Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530960
06 ħarsa lura lejn l-2024 IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum u jara kif isalva t-togħma tajba tal-baġit tas-sena. RANDOLPH DEBAT TISTA Randolph Debattista hu l-ambaxxatur il-ġdid wara li rriżenja minn Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista. Infatti deher ċar li Abela ma kienx kuntent bih bħala kap eżekuttiv. Meta kien imsemmi minn kulħadd bħala persuna li ma kienx idoneu għal dan ir-rwol u kien responsabbli flimkien ma' ħaddieħor għall-falliment tal-PL fl-elezzjonijiet. Deher iktar moħħu biex jitfa' botti lit- tmexxija tal-PL milli jara kif il-Partit ikun effettiv. L-istess ġralu Cyrus Engerer, il-partner tiegħu, li induna li ma kellux ċans jitla' bħala deputat tal- Partit Laburista. Prova jikkonvinċi lil Abela biex jingħata post teknokratiku barra minn Malta imma Abela ma aċċettax. L-aħħar li smajna kien li se jibda partit ġdid. JOSEPH MUSCAT Joseph Muscat, li darba kien stilla magħruf u li fl-2024 jibqa' jiddefendi l-indefensibbli. Muscat, li wassal lill- Partit Laburista minn partit tellief għal partit rebbieħ fl-2013 u fl-2019 qed jaffaċċja akkużi kriminali serji. Muscat, li għandu konsulenza tajba ma' bosta sinjuruni kbar Maltin u barranin jibqa' jiddefendi ismu u jinsisti li m'għamel xejn ħażin. Imma ismu ħa jibqa' marbut mal-każ Yorgen Fenech, kif ukoll mal- każ ta' Vitals u Steward. Dan tal-aħħar każ ċelebri ta' sparpaljar ta' miljuni ta' flus il-poplu lill-grupp ta' barranin ħallelin. Muscat ma jiddejjaqx jitkellem fil-pubbliku, u ta' spiss jidher f 'intervisti jagħti l-pariri tiegħu fuq il-politika u jidher ripetutament fuq Instagram ma' martu Michelle li tħobb tilbes ħwejjeġ u aċċessorji li jiswew eluf ta' ewro. BERNARD GRECH Bernard Grech irnexxielu jikseb riżultat elettorali li wassal il-PN f 'pożizzjoni li jerġa' jkun verament ta' theddida elettorali għall-PL. Grech, li qatt ma kiseb rati għoljin fis-sondaġġi, kien kapaċi jikkapitalizza fuq l-iskandli li kellu jaffaċċja Abela, kif ukoll mid- dwejjaq tal-elettorat fil-konfront ta' żieda fil-ħaddiema barranin, it-traffiku, l-ambjent, u l-għoli tal-ħajja. Grech kien kapaċi jgħaqqad il-partit u jġib ċerta trankwillità fil-PN. Imma għandu nuqqasijiet sew meta jiġi biex jartikola argumenti ekonomiċi jew inkella jispira b'ideat politiċi innovattivi. Wieħed irid jara jekk l-2025 hix se sservi biex tassigura li l-PN jibqa' biċ-ċans li jirbaħ lil-Labour. LEONID MCK AY Leonid McKay ġie maħtur minn Robert Abela bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista fejn ħa l-post ta' Randolph Debattista li kien ikkunsidrat bħala 'għajjien' u bla ħeġġa. McKay, li ġej minn familja Laburista, qatt ma kien attiv fil-Partit Laburista iżda wera kapaċitajiet maniġerjali meta kien qed imexxi lill-Caritas, il-Housing Authority u ftit wara l-ARUC. Intgħażel minn Robert Abela wara parir li ngħata minn missieru George Abela, l-Eks President tar-Repubblika u Eks Deputat Mexxej tal-PL. Il-missier Abela jibqa' influwenza fuq it-tifel. Min-naħa tiegħu, McKay għandu għadma kbira jipprova jdaħħal xi forma ta' ordni fil-PL wara t-tmexxija ta' Debattista. IAN BORG Ian Borg ibbrilla mhux ftit fil-pożizzjoni ta' Ministru għall-Affarijiet Barranin. L-ewwel jirrappreżenta lil Malta fil- Kunsill tas-Sigurtà fil-Ġnus Magħquda u mbagħad fl-OSCE. Żamm 'il bogħod Min tela', min baqa' l-istess, u IKOMPLI MINN PAĠNA 4