Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530960
07 ħarsa lura lejn l-2024 illum • IL-ĦADD 29 TA' DIĊEMBRU 2024 mill-kontroversja politika u l-iskandli u b'hekk baqa' jfuħ. Ġabar rispett kbir minn ħafna osservaturi li kienu sorpriżi bil-mod kif irnexxielu jikseb tant rispett fuq livell internazzjonali. Reġa' tela' skaluna meta ġie magħżul Deputat Mexxej għall-Affarijiet Parlamentari flok Chris Fearne. U wisq aktar meta ħa d-dekasteru tat-turiżmu li kien taħt Clayton Bartolo. Ħafna jargumentaw li fl-assenza ta' Robert Abela, Borg ikun il- mexxej naturali tal-PL. ALEX AGIUS SALIBA Alex Agius Saliba rebaħ l-ikbar ammont ta' voti fl-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Laburista. Xorta ma ġabx daqs Roberta Metsola imma mar tajjeb ħafna. 'Thunder' kif inhu magħruf mal-kollegi tiegħu, prova wkoll jikseb l-appoġġ fil- bidu tal-kampanja ta' dawk il-Laburisti li huma ta' Joseph Muscat. U l-ewwel attività tiegħu kien stieden lil Muscat minkejja d-dellijiet koroh fuq l-Eks Prim Ministru. Agius Saliba spiċċa Deputat Mexxej għall-Partit wara kummiedja mill-attivist Jason Micallef. Mhux ċerti kemm se jkun jista' jagħmel dan ix- xogħol meta hu membru parlamentari full time Brussell, iżda minkejja kollox, Agius Saliba huwa wieħed mill-aħjar elementi politiċi fil-PL bħalissa. ROBERTA METSOLA Roberta Metsola, l-istilla tal-Ewropa u l-persuna li kieku kellha tiġi Malta tmexxi l-PN tkun f 'ċans kbir li trebbħilhom elezzjoni nazzjonali. Metsola ħadet ir- riedni għat-tieni darba bħala l-President tal-Parlament Ewropew u rebħet is- simpatija ta' bosta partiti. Imdawra minn numru mdaqqas ta' persuni kompetenti u kapaċi. F'kuntest internazzjonali hija kkunsidrata bħala persuna influwenti u għandha gravitas kbir. Fuq livell lokali l-affarijiet huma inqas ċari imma f 'għalqa politika pjuttost fqira u bla wċuħ kariżmatiċi u elokwenti, Metsola għandha ċans kbir li titfi lill-politikanti l-oħra, inkluż lil Abela. Imma li mhux ċerti minnu hu jekk Metsola hix se tiġi lura Malta u tieħu post Grech. GLENN MICALLEF Glenn Micallef sar il-Kummissarju l-ġdid fi Brussell wara l-proposta tiegħu sorpriża minn Robert Abela, u wara li Chris Fearne ma baqax kandidat wara l-iskandlu Vitals. Micallef huwa fost l-iżgħar kummissarji li qatt kellha l-UE. Rispettat bħala teknokratiku bħal oħrajn qablu, qatt ma kellu storja twila fil-PL. Kien ħadem fl-istituzzjonijiet tal-UE u viċin il-Ministru Zammit Lewis. Kien ħa l-post ta' Clyde Caruana li kien sar kap tas-segretarjat ta' Abela. Micallef, li ħa jkollu paga ta' iktar minn 300K f 'sena apparti l-ħafna benefiċċji, se jkun responsabbli minn dekasteru pjuttost ġdid li jiffoka fuq iż-żgħażagħ. PETER AGIUS Id-definizzjoni ta' jekk ma jirnexxilekx erġa' prova. Peter Agius prova jitla' bħala MEP iktar minn darba, iżda kienet din is-sena wara li l-PN reġa' akkwista t-tielet siġġu minn ħalq il-Labour, li rnexxielu. Mhux neċessarjament l-aqwa li l-PN jista' joffri, iżda ovvja li jidher ileqq ħdejn persuni bħal David Casa li ma tantx għadna nisimgħu wisq bih. Fl- istess waqt, jaf jirbaħ is-simpatija ta' xi erba' Maltin taparsi patrijotti meta jgħid li se jiffoka fuq affarijiet Maltin aktar minn dawk ġeopolitiċi. Fuq kollox, "il- barranin", jekk hux Malta jew lil hinn, dejjem jibqgħu l-inkwiet tal-Maltin. ROSIANNE CUTA JAR Li Rosianne Cutajar tirritorna lura fil- grupp parlamentari ma kinitx wisq ta' sorpriża. Kien ovvju li l-Prim Ministru ried jibda jiġbor is-simpatija ta' dawk imweġġgħa. Li hu interessanti hu li Rosianne Cutajar, qabel l-iskandlu, kienet qed taħdem fuq riformi interessanti. Kienet stilla f 'kamp politiku kważi ddominat mill-irġiel, u bdiet anke saħansitra tintroduċi ideat liberali li kien ħasra ta' vera li ntilfu magħha meta telqet. Fosthom kien hemm il- kremazzjoni, it-tneħħija tat-taxxi tat- tampun, u l-introduzzjoni ta' inizjattivi biex iqawwu l-pożizzjoni tal-mara fis- suq tax-xogħol. Kumbinazzjoni, dawn ġew imnieda jew imħabbra li se jsiru, din is-sena. Ara kemm intilef ħin! MYRIAM SPITERI DEBONO Il-vjaġġ li wassalna biex naraw President ġdid kien interessanti. Hawn ukoll kellna l-battibekki u t-theżżiż tas-snien. Bħal meta Helena Dalli ħadet għaliha għax ma ntgħażlitx hi għax il-Partit Nazzjonalista ma riedu l-ebda membru li kien fil- kabinett ta' Joseph Muscat jieħu postu fi rwol daqshekk importanti. In-nomina ta' Myriam Spiteri Debono ma kinitx mistennija, iżda kienet milqugħa. Dan għaliex apparti li hi maħbuba minn ħafna, għandha fibra soċjali, u dak li għandha tgħid, tgħidu. Bħal meta wissiet lill- politikanti li bil-ġlied tagħhom mhu se naslu mkien, fl-ewwel diskors tagħha ... jew inkella bħal meta fil-messaġġ tal-Milied, it jiem ilu, irrikonoxxiet il-barranin li qegħdin fil-pajjiż biex jaħdmu, u bil-lingwa Ingliża rringrazzjathom minkejja li huma suġġett jaħraq li ż-żewġ politiċi jtajru lejn xulxin bħal ballun f 'pitch tal-futbol. Kienet persuna qrib ħafna tal-Eks Prim Ministru Alfred Sant, u mill-ewwel uriet li mhix se tħalli lill-Kastilja jindaħal, xi ħaġa li diġà għamlet fil-it xhur li ilha President. u min ħa tisbita