Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531097
02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2025 • illum CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Capricorn, għalik, l-istess Capricorn se jkun il-mument li tagħraf min huma dawk ta' madwarek li jistgħu jkunu ta' għajnuna u mhux iżommuk milli tieħu xi deċiżjoni. Għalhekk, analizza sew lil dawk li vera huma utli għalik. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Virgo. Namaste. TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Capricorn, għalik, Taurus se jkun il-mument li ma tgħaġġilx aktar meta tiġi biex tagħżel dik l-għażla li tkun tant tixtieq iżda se tibda tagħraf tirrifletti aktar u b'hekk tieħu deċiżjonijiet aktar profondi. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Capricorn, għalik, Cancer se jkun il-mument li tagħraf aħjar il-bżonnijiet ta' madwarek. Issa trid tagħraf aħjar it-toroq li huma utli waqt li telimina dawk li mhumiex utli sabiex tkattar fik stabbiltà. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Aquarius. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Capricorn, għalik, Virgo se jkun il- mument li tagħraf kemm l-imħabba li qed tesperjenza hija dik l-imħabba li dejjem xtaqt. Għalhekk agħraf kompli kattar u tħalli l-ebda sitwazzjoni oħra tfixklek. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Leo. Namaste. SCORPIO (L-GĦAQREB), MIT-23 TA' OTTUBRU SAL-21 TA' NOVEMBRU F'din il-ġimgħa waqt iż-żodjaku ta' Capricorn, għalik, Scorpio se jkun il-mument li twettaq analiżi lejn il-finanzi tiegħek. Issa huwa l-waqt li tagħraf aħjar fejn hi eżatt il-pożizzjoni finanzjarja tiegħek. Wettaq dan b'għaqal. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Pisces. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-oroskopju waqt iż-żodjaku ta' Capricorn (Il-Wott) Mill-Ħadd 5 ta' Jannar sas-Sibt 11 ta' Jannar Il-BCA u l-OHSA b'kampanja ta' għarfien dwar il-helpline 138 Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal- Kostruzzjoni Jonathan Attard flimkien mal-amministrazzjoni u l-impjegati tal-Awtorità tal- Bini u l-Kostruzzjoni u dik tas- Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol komplew bil-kampanja ta' għarfien dwar il-helpline 138. Dan hekk kif fl-aħħar ġimgħat tas-sena niżlu f 'diversi komunitajiet fosthom il-Belt, Tas- Sliema, Buġibba u Raħal Ġdid, fejn mhux biss setgħu jwieġbu għad-domandi taċ-ċittadini, imma qassmu wkoll fuljett informattiv lill-ħaddiema dwar dak kollu relatat mas-saħħa u s-sigurtà u l-kostruzzjoni. "Dan l-intervent fil-komunitajiet jikkonferma l-impenn tagħna li mhux biss nippromovu s-servizz ta' dan il-helpline, imma wkoll inkomplu nisimgħu kif nistgħu nkomplu ntejbu dan is-servizz provdut liċ-ċittadini tagħna," sostna l-Ministru Jonathan Attard. Intant, skont l-aħħar statistika relatata ma' dan is-servizz, fil-21 ġimgħa mill-bidu tiegħu daħlu total ta' 14,474 telefonata, medja ta' kważi 100 telefonata kuljum. Minn dawn it-telefonati kien hemm 11,311-il telefonata relatati mal- BCA u 3,163 telefonata relatati mal-OHSA. L-iktar ġimgħa li fiha daħlu telefonati kienet bejn il-25 ta' Novembru u l-1 ta' Diċembru fejn daħlu 1,100 telefonata għal medja ta' 157 telefonata kuljum, filwaqt li l-inqas ġimgħa li fiha daħlu telefonati kienet propju l-ġimgħa bejn it-23 u d-29 ta' Diċembru fejn minkejja l-jiem ta' festi xorta daħlu 216-il telefonata għal medja ta' 31 telefonata kuljum. L-Aġent Kap Eżekuttiv tal- Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni l-Perit Roderick Bonnici min- naħa tiegħu spjega li s-servizz tal-138 ġab liż-żewġ awtoritajiet flimkien biex jilqgħu l-ilmenti tan-nies b'mod aktar effettiv biex ikunu jistgħu jindirizzawhom skont kif meħtieġ. Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu għar-rispons tan-nies waqt dawn is-sessjonijiet fil-komunitajiet fejn bħala awtoritajiet setgħu jkomplu jimu x'jista' jsir biex ikompli jitjieb dan is-servizz. Il-Kap Eżekuttiv tal-OHSA Josianne Cutajar żiedet tgħid li l-OHSA hija riżorsa għal kull ħaddiem f 'pajjiżna li ġej minn kwalunkwe settur u permezz ta' dan il-helpline, mhux biss kompliet tissaħħaħ din ir-riżorsa, imma din hija linja diretta ta' kif dak li jkun jista' jirrikorri għall- awtorità b'mod aktar effiċjenti. Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard