MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 January 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531097

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2025 Raġel imfittex wara serqa fil-Gżira waqt li kien mgħammar b'sikkina Il-każ tal-iljuni u l-leopardi miżmumin illegalment f 'razzett fin-Naxxar żvela l-kriżi fil-ħarsien tal-annimali f 'Malta, il-Partit Nazzjonalista qal is-Sibt filgħodu. "Gvern bla pjan u viżjoni anke fil-qasam tal-ħarsien tal- annimali. Ir-rispons għall-każ tas-sejba ta' annimali eżotiċi fin- Naxxar juri nuqqas ta' ppjanar biex il-Gvern jilqa' għal każi bħal dawn," il-Kelliema tal- Oppożizzjoni għall-Ħarsien tal- Annimali Janice Chetcuti qalet. Hija qalet li dan l-inċident juri biċ-ċar nuqqas ta' viżjoni u ppjanar mill-Gvern, li għadu ma ħoloqx infrastruttura jew pjan biex jilqa' għal każijiet bħal dawn. Fi stqarrija iebsa, Chetcuti qalet li l-Gvern qed jonqos milli jħares mhux biss il-liġijiet eżistenti imma anke l-benesseri ta' dawn l-annimali. Minkejja li l-liġijiet jitkellmu ċar dwar il-konfiskar immedjat ta' annimali miżmumin illegalment, l-iljuni u l-leopardi għadhom fuq il-propjetà, taħt superviżjoni tal-pulizija, minħabba li d-Direttorat għas- Servizzi Veterinarji (VRD) m'għandux ir-riżorsi biex jieħu ħsiebhom. Daryl Grima minn Vuċi għall- Annimali, li kien fuq il-post, qal li l-annimali nstabu miżmumin mingħajr ikel għal diversi jiem. "Dawn l-annimali kienu qed jgħixu f 'kundizzjonijiet diżastrużi, inkluż l-iljun, f 'gaġġa mudlama," qal Grima. L-attivisti ċemplu lill-awtoritajiet immedjatament biex jintervjenu, iżda s-soluzzjoni għadha ma nstabitx. Il-Kelliem għad-Direttorat għas-Servizzi Veterinarji kkonferma l-Ġimgħa li sar intervent fuq il-post bl-assistenza tal-pulizija, iżda żied jgħid li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. L-annimali ma ġewx ikkonfiskati, u l-post jinsab taħt sorveljanza sakemm tittieħed deċiżjoni. Il-PN sostna li dan l-inċident ma jistax ikun iżolat u x'aktarx hemm każijiet oħra simili f 'pajjiżna. "F'Malta l-Gvern ma ħoloq l-ebda post li jista' jipprovdi l-kenn lil dawn it-tip ta' annimali li ħafna drabi jiġu misjuba f 'kundizzjonijiet mhux xierqa, kif ġara f 'dan il-każ," Chetcuti żiedet tgħid. L-Oppożizzjoni appellat biex l-annimali ma jittiħdux f 'postijiet li jisfruttawhom kummerċjalment iżda jintbagħtu f 'santwarji xierqa li jiggarantulhom ħajja dinjituża. Żiedu li d-Direttorat għandu jkun aktar trasparenti fil- pjanijiet tiegħu u jinforma lill- pubbliku dwar il-qagħda ta' saħħa ta' dawn l-annimali u l-passi li se jittieħdu. F'ittra miftuħa lill-Gvern, għaqdiet tal-annimali qablu mal-PN dwar il-ħtieġa ta' ppjanar aħjar u infrastruttura biex jiġu evitati dawn il-każijiet. Huma qalu li l-Ministru kkonċernat għandu jisma' l-għajta tagħhom u jieħu azzjoni immedjata biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni. Il-Pulizija qed tfittex raġel li allegatament daħal f 'residenza l-Gżira b'sikkina u seraq diversi oġġetti minn hemmhekk. L-inċident seħħ is-Sibt filgħodu f 'residenza fi Triq Giacint Tua. Kelliem għall-Pulizija kkonferma li xhud ra raġel armat b'sikkina fil-madwar. Aktar tard, il-Pulizija kkonfermaw li kienu qed jinvestigaw rapport dwar serqa f 'din ir-residenza. Skont l-investigazzjonijiet preliminari, ir-raġel ħabbat il- bieb tal-appartament għall-ħabta tad-9:00 am. Meta r-resident tal- appartament, raġel ta' 28 sena minn Nepal, fetaħ il-bieb, kien il- mument li fih bdiet teskala s-serqa. Ir-raġel armat allegatament daħal ġewwa, qafel lir-resident fil- gallarija, u seraq diversi oġġetti qabel ma ħarab minn fuq il-post. Ħadd ma weġġa' waqt l-inċident, iżda l-inċident ikkawża allarm fost ir-residenti tal-inħawi. Xi nies li jgħixu viċin irrappurtaw lill-ġurnalisti li l-aggressur kien daħal fl- appartament bi vjolenza. Resident ieħor qal li kien hemm persuna oħra fl-appartament fil- ħin tas-serqa, li kienet rieqda, u semgħet ħabta fil-bieb qabel ma rat lir-raġel armat jidħol. Fuq il-post, kien hemm il- preżenza qawwija tal-Pulizija, li komplew jiċċekkjaw iż-żona u qed imexxu investigazzjonijiet dwar dan il-każ serju. Għalissa għadu mhux magħruf fejn jinsab is-suspettat. Il-Pulizija qed tħeġġeġ lil kull min għandu xi informazzjoni li tista' twassal għall-arrest tar-raġel biex jagħmel kuntatt magħhom. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Il-PN jakkuża lill-Gvern b'nuqqas ta' ppjanar fil-ħarsien tal-annimali wara s-sejba ta' annimali eżotiċi fin-Naxxar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 January 2025