Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531097
13 arti u kultura IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2025 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Għix dak li Splendid xtaq jaħbi, fil- produzzjoni, Burdell fi Strada Stretta Jekk tieħu gost tisma' mużika klassika, jew forsi trid tipprova tbill subgħajk f 'dan il-ġeneru hekk sabiħ, mela inti mistieden għal lejl affaxxinanti ta' melodiji klassiċi fil- Kunċert tal-Epifanija li se jsir fis-6 ta' Jannar fil-Knisja ta' Sant'Agustinu, il-Belt Valletta fis-6.00 pm. Il-konċert huwa organizzat mill-Friends of the Manoel f 'kollaborazzjoni speċjali mal-Opera Nova Project li twaqqfet minn Denise Mulholland u Gillian Zammit. Il-programm tal-lejla jinkludi esebizzjoni mis-soprano Gabrielle Portelli u t-tenur Stanley Joe Portelli, akkumpanjati minn Maria Elena Farrugi. Fost l-għażliet mill- programm hemm ir-Reċitattiv: "Comfort ye" u l-Air: "Every Valley" ta' G.F. Handel, kif ukoll ir-"Rejoice Greatly" mill-opra e Messiah. Il-pubbliku se jkun jista' jgawdi wkoll il-mużika ta' Gounod, l-"Ave Maria", il-"Laudate Dominum" minn Vesperae solemnes de confessore ta' Mozart, u l-"Wiegenlied" ta' Schubert. Il-programm imbagħad jinkludi l-meditazzjoni ta' Bach b'"Jesu, Joy of Man's Desiring" u l-"Quia Respexit" mill-"Magnificat in D Major". Anki "e Lord's Prayer" ta' Malotte u l-"O Divin Rédempteur" ta' C. Gounod se jinkludu, u l-kunċert jintemm bil- melodiji ġubilanti "Hark the Herald Angels Sing" ta' Wesley u "O Holy Night" ta' Adam. Wara l-kunċert se jkun hemm okkażjoni fil-monasteru storiku. Il- postijiet huma limitati, u għalhekk ir-riservazzjonijiet jistgħu jiġu magħmula direttament mal-Friends of the Manoel, b'donazzjoni ta' €10 tkun apprezzata. Kunċert ta' mużika klassika għall- Epifanija fil-knisja ta' Sant'Agustinu Strada Stretta, il-qalba tal-Belt Valletta, terġa' tingħata l-ħajja f 'format li it kienu qed jistennew. Splendid qed jerġa' jitgħabba bil-piż ta' storja li tħalli lil min iħares lejha bi tbissima kerha u kurjuża. B'ispirazzjoni mill-passat imqalleb tal-binja, 'Burdell fi Strada Stretta' mhux se jħallik tixrob tazza nbid u tgħid, "grazzi għall-memorji". Dan ix-xogħol ħaj jinvolvi l-pubbliku direttament, bil-kumpanija ta' ſair-dancers se tidderiġik lejn l-aktar kantunieri mudlama u vojta li dan il-post għadu joffri. Dan l-ispettaklu ħaj, li għandu jiġi meqjus bħala prestazzjoni interattiva, joffri esperjenza unika li tistieden lill-udjenza ħerqana biex tesplora l-misteri u t-traġedji moħbija tat-toroq mudlama Beltin. F'din il-mixja minn kamra għall-oħra, il-movimenti tal-artisti jikxfu stejjer ta' disperazzjoni, passjoni, u sopravivenza. 'Burdell fi Strada Stretta' hu meqjus ħafna aktar minn sempliċi ħarġa teatrali. Hu sfida emozzjonali u artistika li tħalli lill-udjenza bl-impressjoni li forsi l-istorja mhix biss fuq il-passat ta' Strada Stretta, imma wkoll fuq dak li tħaddan kull udjenza matul il-ġurnata ta' kuljum. Id-dati tal-wirja huma mill-10 sat-12 ta' Jannar, fil-post storiku Splendid fi Strada Stretta, il-Belt Valletta. Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn www.showshappening.com. Din il- produzzjoni hi rrakkomandata għal persuni ta' aktar minn 16-il sena u mhux adattata għal dawk b'qalb dgħajfa. Allura għidilna, int lest tissieħeb f 'dan il-vjaġġ uniku li jwasslek ħdejn il-veritajiet li forsi qatt ma ridt tkun taf ?