Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531097
Bħal dawn l-aħħar snin, it- tendenza dwar x'tip ta' films se joħorġu fis-sena l-ġdida hi simili bħal ta' qabel. Il-produtturi tal-kumpaniji maġġuri ta' Hollywood huma konxji li l-films tas-supereroj (u f 'dan ir-rigward il-battalja għas-supremazija tal- finanzi bejn Marvel Studios u DC Entertainment se tkompli tiħrax) u oħrajn ta' andament b'azzjoni mħarrka, kif ukoll xogħlijiet animati li jattiraw familji ma' kullimkien, produzzjonijiet b'baġits kbar iżda wkoll li jirrendu lura miljuni ta' dollari, se jkollna minnhom sewwa. Innotajt ukoll li l-films tal-biża' u t-twerwir qed jiżdiedu ħafna għax, fuq kollox, meta film ta' dan il-ġeneru li jiswa bejn 10-15-il miljun dollaru u jdaħħal madwar 70 miljun – u ġieli iżjed – dan hu tassew qligħ inkoraġġanti. Il-Blockbusters u films ta' azzjoni qawwija Xi films tas-supereroj u oħrajn b'andament imħarrek huma: Captain America: Brave New World. (Walt Disney Studios) bl-atturi Anthony Mackie (Sam Wilson/Captain America), Danny Ramirez (Joaquin Torres/Falcon), Shira Haas (Ruth Bat Seraph/ Black Widow) u Harrison Ford (addeus "underbolt" Ross) bħala l-President tal-Istati Uniti. Sam Wilson isib ruħu involut f 'inċident internazzjonali u jrid isib minn huma l-imħuħ wara dan. Jurassic World Rebirth (Universal Pictures). Ħames snin wara l-avvenimenti ta' Jurassic World Dominion, spedizzjoni kuraġġuża tmur f 'reġjun ekwatorjali biex tieħu DNA minn tliet mostri ġganti preistoriċi għal xi testijiet. Superman (Warner Bros.) Wara l-film grandjuż tal-1978 u ieħor tal-2004, ir-Raġel tal-Azzar se jerġa' jagħmel dehra fuq il- liżar ċinematografiku b'dan is- supereroj jimbarka fuq vjaġġ biex jirrikonċilja l-eredità tiegħu ta' Kriptonjan mat-trobbija tiegħu bħala uman bl-isem ta' Clark Kent. It-titlu jista' jinbidel għal Superman Legacy. e Fantastic Four: First Steps (20th Century Studios/Disney Distribution). Ambjentat fis- snin sittin, dan it-tim ta' eroj b'superpoteri (dan hu s-sitt film dwar l-avventuri tagħhom) iridu jipproteġu l-lokal fejn jgħixu milli jinbela' minn raġġ potenti kożmiku ta' Galactus u l-enigmatiku sieħbu, e Silver Surfer. Mission Impossible: The Final Reckoning (Paramount Pictures). Dan hu s-sequel dirett ta' Mission Impossible: Dead Reckoning (2023). L-aġent Ethan Hunt (Tom Cruise) u t-tim tiegħu se jkomplu jeħduha kontra l-assassin gwapp, Gabriel (Esai Morales). Films oħra ta' din ix-xorta jinkludu William Tell, Avengers: Doomsday, Tron Ares u Spider- Man Homecoming 4 (Sony), jekk ikun lest għall-wiri. Films animati Il-film ta' Disney Moana 2 li ħareġ it wara Gladiator 2, verament iddomina fid-dħul tal-flus, fatt li juri l-popolarità qawwija tal-films animati. F'din is-sena se jkollna diversi minn dawn fosthom, bħal f 'ġeneri oħra diversi, sequels, prequels, remakes, reboots, eċċ. Dog Man – F'din l-avventura animata, Dog Man, nofsu kelb u nofsu bniedem, iwiegħed li jservi u jipproteġi waqt li jippersisti u jsus wara s-superviljakk Petey il- Qattus. e Smurfs Movie – Film ġdid animat, din id-darba xogħol mużikali bil-ħbieb żgħar u ħelwin tagħna ta' kulur blu, il-Puffi. Sneaks – Toy hu papoċċ li ħajtu għaddieha ġol-kamra lussuża tiegħu. Meta jkollu jmur New York ifittex lil oħtu misruqa minn kollettur bla skrupli, se jgħaddi minn avventuri li qatt ma ħolomhom. Elio – Mill-kumpanija Disney jasal Elio, kelb iżolat b'immaġinazzjoni fertili li jsib ruħu f 'Communiverse, organizzazzjoni intergalaktika b'rappreżentanti minn diversi pjaneti mbiegħda. Films animati oħrajn li nistennew bil-ħerqa huma: Wicked Part 2 (naturalment ovvju wara s-suċċess tal-ewwel attentat), e Bad Guys 2, Zootopia 2, u e Spongebob Movie: Search For Squarepants. 14 films IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2025 • illum Carmel Bonnici Xi films li nistgħu naraw fl-2025 L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA