Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531097
analiżi IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2025 • illum 06 17 Black: L-istorja kronoloġika ta' wieħed MARIANNA CALLEJA Il-Maġistrat Charmaine Galea temmet inkjesta kriminali u kkonkludiet li Keith Schembri u Konrad Mizzi għandhom jiġu mixlija dwar pjanijiet biex jirċievu flus mill-kumpanija 17 Black ta' Yorgen Fenech f 'Dubai. Il-konklużjonijiet tal-inkjesta ġew ippreżentati lill-Avukat Ġenerali it jiem ilu, bil-maġistrat tirrakkomanda li Schembri, Mizzi u tal-inqas tliet persuni oħra jiġu mixlija. L-inkjesta tirrakkomanda wkoll azzjoni kriminali kontra diversi kumpaniji. Imma kif wasalna s'hawn? ĠUNJU, 2008 Il-Prim Ministru Joseph Muscat jiġi elett bħala mexxej tal-Partit Laburista. Il-ħabib qrib tiegħu, Keith Schembri, jinħatar bħala ċ-chairman tal-grupp ta' ħidma tal-Partit Laburista dwar l-enerġija. MEJJU, 2009 Ix-Shareholder ta' Electrogas, Paul Apap Bologna, jippreżenta proposta lill-gvern tal-Partit Nazzjonalista għall-bini ġdid ta' stazzjon tal-enerġija. L-eks shareholders ta' Electrogas, Gasol, jiġu msemmija fil-preżentazzjoni, flimkien ma' investituri Maltin li jinkludu "grupp varjat ta' ċittadini Maltin u familji tan- negozju prominenti." SETTEMBRU, 2012 – JANNAR, 2013 Konrad Mizzi jinħatar Kelliem tal- Oppożizzjoni għall-Enerġija, u jgħid lill- midja li Partit Laburista fil-Gvern se jkollu politika ġdida tal-enerġija. Sa Jannar tas-sena 2013, Mizzi jgħid li l-PL kellu rispons pożittiv għal investiment potenzjali għal proġett tal-power station. Jgħid li saru numru ta' laqgħat ma' investituri li wrew interess f 'dan il-proġett. 9 TA' MARZU, 2013 Il-Partit Laburista jkaxkar lill-PN f 'elezzjoni storika li tarah lura fil-Gvern wara 25 sena. Ftit wara, il-konsulenti tal-OPM Nexia BT jibdew il-proċess biex jinkorporaw tliet kumpaniji fil- Panama billi jużaw is-servizzi ta' Mossack Fonseca, il-kumpanija li kienet fil-qalba tal-leak tal-Panama Papers. Tnejn minn dawn il-kumpaniji? Tillgate u Hearnville, waħda ta' Keith Schembri u oħra ta' Konrad Mizzi. APRIL, 2013 Appell għall-espressjonijiet ta' interess jinħareġ mill-Enemalta. Il-partner maniġerjali ta' Nexia BT, Brian Tonna, jiġi nnominat fil-kumitat ta' selezzjoni ta' Enemalta. OTTUBRU, 2013 Atturi importanti bħal Shell, Gazprom, u Edison jaraw il-proposti tagħhom miċħuda, filwaqt li l-konsorzju Electrogas jiġi ddikjarat bħala l-preferut tal-Enemalta. Il-ehim però jiġi ffirmat sentejn wara. Il-gvern fil-fatt iffirma ehimiet għall- akkwist tal-enerġija u l-provvista tal-gass ma' Electrogas, f 'April tal-2015. Skont estratti mill-pjan tan-negozju li ġie llikjat u li kien għamel Nexia BT, Electrogas tkun proposta li tirċievi dħul ta' €3.9 biljun matul perjodu ta' 19-il sena. ĠUNJU – NOVEMBRU, 2015 e Times of Malta jiżvela l-eżistenza ta' garanzija bankarja sigrieta ta' €88 miljun mill-gvern biex tkopri self massiv minn BOV meħud minn Electrogas. Matul l-istess perjodu, Mizzi u Schembri jmexxu shares fil-kumpaniji tagħhom fil-Panama abbażi ta' trusts li Nexia BT stabbilew għalihom fi New Zealand. Fl-istess xahar, jingħata kont għal 17 Black f 'Noor Bank. Xahar wara, aġent lokali tal-LNG tanker, imexxi $200,000 għand 17 Black. F'Novembru tal-istess sena, iċ-ċittadin Ażerbajġani Rufat Baratzada jibgħat ammont totali ta' $1.4 miljun f 'żewġ tranżazzjonijiet lil 17 Black. Investigaturi finanzjarji Amerikani jqisu dan bħala "attività suspettuża". DIĊEMBRU, 2015 Il-partner ta' Nexia BT Karl Cini jibgħat email lil Mossack Fonseca li tipprovdi informazzjoni dwar it-trasferimenti li se jsiru lill-kumpaniji ta' Konrad Mizzi u Keith X' inhi 17 Black? Kif sirna nafu biha? Kif torbot ruħha man-negozjant Yorgen Fenech, l-Eks Chief of Staff Keith Schembri, u l-Eks Ministru Konrad Mizzi? L-ILLUM tħares lura lejn l-avvenimenti kronoloġikament, li wassluna sal-lum. Joseph Muscat Konrad Mizzi Brian Tonna Brian Tonna Karl Cini Paul Apap Bologna