Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531097
analiżi illum • IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2025 07 wieħed mill-akbar skandli politiċi f 'Malta Schembri fil-Panama. Il-kumpanija f 'Dubai 17 Black hija msemmija bħala target client tal-kumpaniji fil-Panama. Dan ifisser li se tkun sors ta' dħul għall-kumpaniji finta offshore. Kumpanija oħra f 'Dubai msejħa Macbridge hija wkoll imsemmija bħala target client. L-email tgħid li €150,000 se jiġu mħallsa f 'pagamenti kull xahar għal kull wieħed mill-kumpaniji fil-Panama. Id-dħul totali minn 17 Black u Macbridge huwa stmat li jkun $2 miljun. APRIL, 2016 Wara li jiġi żvelat l-iskandlu tal-Panama Papers, Il-Prim Ministru Joseph Muscat "jirtira" lil Mizzi mill-portafolji tal-enerġija u s-saħħa, bħala risposta għall-pressjoni dejjem tikber. Minkejja li tilef il-portafoll tal-enerġija, il-Prim Ministru jżomm lil Mizzi responsabbli għas-segwitu tal- "implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-enerġija tagħna." Il-Prim Ministru jgħid li l-ebda azzjoni ma ġiet imqiegħda kontra Schembri għax "mhuwiex figura politika u għandu l-fiduċja tiegħi." Il-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar joħroġ bil-leave minħabba mard u jirriżenja wara li jirċievi talba formali mill- FIAU biex jinvestiga lil Schembri u l-Mizzi. 22 TA' FRAR, 2017 F'artiklu misterjuż ħafna fuq il-blogg tagħha, Daphne Caruana Galizia tippubblika l-kliem '17 Black Dubai' taħt ir-ritratti ta' Keith Schembri, John Dalli, Joseph Muscat u Konrad Mizzi. Din kienet l-ewwel darba li l-isem 17 Black ħareġ fil-pubbliku. 26 TA' MEJJU, 2017 e Malta Independent tippubblika storja fejn tgħid li investigazzjoni mill- Unit ta' Analiżi tal-Intelliġenza Finanzjarja (FIAU) turi kif kumpanija bbażata f 'Dubai, magħrufa bħala 17 Black, kienet irċeviet flus mingħand l-aġent tal-tanker tal-LNG f 'Delimara. Ir-rapport allega li 17 Black kellha tittrasferixxi l-flus lill-kontijiet ta' żewġ kumpaniji fil-Panama li kienu mwaqqfa minn Keith Schembri u Konrad Mizzi. Ir-rapport tal-FIAU mhuwiex verżjoni finali, u l-aġenzija għadha qed taħdem fuq il-każ. 17 TA' OTTUBRU, 2017 Daphne Caruana Galizia tinqatel b'bomba qawwija fil-karozza tagħha. Inqas minn xahrejn wara, tlett irġiel jiġu akkużati bil-qtil tagħha, iżda l-moħħ wara l-assassinju għadu ma nstabx. 18 T'APRIL, 2018 The Daphne Project tiżvela li 17 Black u kumpanija oħra, Macbridge, kienu elenkati bħala target clients tal-kumpaniji fil-Panama li ġew miftuħa għal Mizzi u Schembri. Iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru joħroġ stqarrija għall-istampa fejn jammetti li l-kumpanija tiegħu, Tillgate, kienet ħejjiet pjanijiet ta' negozju ma' 17 Black u Macbridge, iżda xejn ma ħareġ mill-ftehim. Huwa jiċħad ukoll li kellu xi għarfien dwar trasferimenti ta' flus. Din hija l-ewwel darba li Schembri jammetti r-rabta tiegħu ma' 17 Black. Mizzi jibqa' jinsisti li m'għandu l-ebda għarfien dwar 17 Black. The Daphne Project jiżvela wkoll li l-FIAU Maltija ttraċċat żewġ pagamenti lil 17 Black li jammontaw għal total ta' $1.6 miljun, wieħed minnhom minn kumpanija fis-Seychelles imsejħa Mayor Trans, li tappartjeni lil ċittadin mill- Ażerbajġan. 9 TA' NOVEMBRU, 2018 Is-sit tal-aħbarijiet, Reuters, jiżvela li s-sid ta' 17 Black huwa Yorgen Fenech, is- CEO tal-Grupp Tumas, u li l-kumpanija għandha kont f 'Noor Bank. Reuters tgħid ukoll li rapport tal-FIAU li jidentifika lil Fenech bħala s-sid ta' 17 Black intbagħat lill-pulizija fir-rebbiegħa tal-2018 għal investigazzjoni dwar ħasil ta' flus. 20 TA' NOVEMBRU, 2019 Yorgen Fenech jiġi arrestat fuq il-jott tiegħu hekk kif jagħmel l-almu tiegħu biex jitlaq mill-marina ta' Portomaso. Huwa jittieħed għall-interrogazzjoni u jiġi identifikat bħala "persuna ta' interess" fl-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Caruana Galizia. 26 TA' NOVEMBRU, 2019 Konrad Mizzi u Keith Schembri jirriżenjaw mill-irwoli tagħhom. Kważi ġimgħa wara, Joseph Muscat iħabbar li hu wkoll se jirriżenja fit-12 ta' Jannar. Fit- 13 ta' Jannar Robert Abela jinħatar Prim Ministru. 14 TA' DIĊEMBRU, 2020 Keith Schembri jagħti xhieda quddiem l-inkjesta pubblika. Hu jiddefendi l-irwol tiegħu fil- ħolqien ta' network offshore, u jammetti li kellu pjanijiet ta' negozju ma' 17 Black, minkejja li qatt ma mmaterjalizzaw. Hu jikkonkludi li m'hemm l-ebda rabta bejn Electrogas u 17 Black. Yorgen Fenech L-eks Kummissarju Michael Cassar Robert Abela