MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 January 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531390

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' JANNAR 2025 In-nirien f 'Los Angeles: dak kollu li għandek tkun taf MARIANNA CALLEJA Din il-ġimgħa, Los Angeles qiegħda taffaċċja waħda mill- agħar traġedji fl-istorja tagħha. Serje ta' nirien qerrieda ħakmu diversi żoni madwar il-belt, imqanqla minn irjieħ qawwija u kundizzjonijiet niexfa li ħolqu l-kombinazzjoni perfetta għal katastrofi sħiħa. In-nar beda nhar it-Tlieta li għadda u għadu qed jinfirex f 'ħames żoni differenti ta' Los Angeles. L-awtoritajiet qed jaħdmu bla waqfien biex jikkontrollaw dawn il-ammi, iżda ħafna minnhom għadhom mhux ikkontrollati. S'issa ġew irreġistrati, 10 persuni mejta, għexieren midruba, 179,783 persuna ġew evekwati waqt li 200,000 oħra qegħdin taħt it-twissija ta' evakwazzjoni. In-nirien, li kollha ngħataw isem, qed iħallu warajhom staġni sħiħa. In-Nirien Palisades huma fost l-akbar, wara li ħakmu aktar minn 19,000 ettaru ta' art. F'termini ta' ħsarat ekonomiċi, qed jiġi stmat li n-nirien kollha se jlaħħqu l-ispejjeż ta' aktar minn $10 biljun. Fost il-postijiet magħrufa li jinsabu taħt periklu jew li huma kompletament meqruda hemm il- Hollywood Walk of Fame, Capitol Records, u Griffith Observatory. Numru ta' ċelebritajiet ukoll kienu milquta, b'nies bħal Paris Hilton, Billy Crystal, u oħrajn jitilfu darhom. Ix-xena f 'Los Angeles bħalissa tidher qisha film ta' diżastri, nixfa, nar, u irjieħ qawwija, kollox qed jinbela' f 'ħakka t'għajn. FEJN QEGĦDIN IN-NIRIEN? In-nirien qed jolqtu diversi żoni ta' Los Angeles, u kull nar għandu l-karatteristiċi tiegħu. IN-NAR PALISADES Dan in-nar beda nhar it-Tlieta filgħodu f 'Pacific Palisades, fil-viċinanzi tal-kontea ta' Los Angeles, lejn il-Lvant ta' Malibu. In-nar, li beda f 'roqgħa ta' veġetazzjoni, infirex b'mod mgħaġġel u sal-Ħamis filgħaxija kien laħaq 19,978 ettaru, b'6% biss ikkontrollat. Il-Kap tat- Tifi tan-Nar ta' Los Angeles, Kristen Crowley, iddeskrivietu bħala wieħed mill-aktar diżastri qerrieda fl-istorja tal-belt. IN-NAR EATON Beda nhar it-Tlieta filgħaxija ħdejn wied fuq artijiet nazzjonali fit-Tramuntana ta' Downtown Los Angeles. Dan in-nar żdied għal 13,690 ettaru sal-Ħamis filgħaxija u għadu kompletament taħt l-ebda kontroll. Il-Kap tat-Tifi tan-Nar tal-Kontea, Anthony Marrone, wissa li sa 5,000 struttura jistgħu jiġu meqruda jew affettwati. IN-NAR HURST Dan il-ħruq beda wkoll nhar it-Tlieta filgħaxija f 'Sylmar, fil-viċinanzi ta' subborg fit- Tramuntana ta' San Fernando. Beda minn ħruq żgħir ta' veġetazzjoni li malajr kiber għal 771 ettaru. Sal-Ħamis filgħaxija, kien 37% kontenut, iżda għadu jhedded diversi komunitajiet fil- viċinanzi. IN-NAR LIDIA Nhar l-Erbgħa waranofsinhar, in-nar Lidia faqqa' ħdejn Acton, żona rurali bejn is-Sierra Pelona u l-muntanji San Gabriel. Dan kien wieħed mill-ftit nirien li l-pumpiera irnexxielhom jikkontrollaw b'75%, bil-ħruq jitfaċċa fuq 394 ettaru. IN-NAR KENNETH Wieħed min-nirien li faqqa' l-aħħar, beda nhar il-Ħamis filgħaxija fiż-żona ta' Woodland Hills, ħdejn Calabasas. L-uffiċjali qalu li l-ħruq infirex għal 960 ettaru u għadu mhux taħt kontroll, iżda l-progress tiegħu kien waqaf grazzi għall- isforzi tal-ħaddiema tat-tifi tan- nar. IN-NAR SUNSET Dan in-nar kien wieħed mill- aktar żgħar iżda xorta perikoluż peress li faqqa' ħdejn Runyon Canyon fiż-żona famuża tal- Hollywood Hills nhar l-Erbgħa filgħaxija. Għalkemm infirex għal 60 ettaru, l-awtoritajiet irnexxielhom jikkontrollawh kompletament sal-Ħamis. GĦALIEX NIRIEN BĦAL DAWN FIS-SUPPOST KESĦA TA' JANNAR? Il-kawża ewlenija hija r-riħ Santa Ana, magħruf għan- natura estrema tiegħu f 'xhur xitwin, b'veloċità li tilħaq sa 161 km fis-siegħa. Kif qalu l-esperti diġà, ir-riħ, u l-ħaxix niexef, ma tantx jgħinu. Esperti xjentifiċi, bħal Dr Daniel Swain tal-UCLA, qed iwissu li dawn l-avvenimenti qed isiru aktar frekwenti minħabba t-tibdil fil-klima. Sheriff Robert Luna ħeġġeġ lill-abitanti biex ma jinjorawx l-ordnijiet ta' evakwazzjoni, għax inkella jistgħu jaffaċċjaw arrest. Fl-istess waqt, qed jinqabdu nies jisirqu minn żoni milquta, u fil-fatt diġà ġew arrestati 20 persuna. Minkejja li l-irjieħ bdew jonqsu, il-periklu għadu hemm. L-uffiċċju tat-temp nazzjonali qal li l-livelli baxxi ħafna ta' umdità se jkomplu jżidu mal- periklu tan-nirien għall-ġranet li ġejjin. Dan kollu jfisser li Los Angeles għadha għaddejja minn kapitlu traġiku u inċert. Sadanittant, il-President Joe Biden ħabbar għajnuna federali biex tgħin fit-tifi tan-nar u fir- riabilitazzjoni tal-komunitajiet milquta. L-Amerka din il- ġimgħa kienet fl-aħbarijiet għal bosta raġunijiet, fosthom minħabba n-nirien li laqtu l-aktar parti famuża tal-kontinent, Los Angeles.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 January 2025