MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 January 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531606

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 19 TA' JANNAR 2025 • illum 06 Wara snin ta' stennija, il-Gvern Laburista qabad il-barri minn qrunu u ħareġ bil- politika tal-migrazzjoni. Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-Ministru Byron Camilleri, il- moħħ wara din il-politika. MARIANNA CALLEJA IL-POLITIKA TAL-MIGRAZZJONI TENFASIZZA BIL-QAWWA L-BŻONN LI JINŻAMMU ĦADDIEMA ĊITTADINI TA' PAJJIŻI TERZI (TCN), IŻDA BOSTA JARGUMENTAW LI L-ĦADDIEMA BARRANIN SPISS JITILQU MINĦABBA KUNDIZZJONIJIET ĦŻIENA TAX- XOGĦOL JEW PAGI BAXXI. X'PASSI KONKRETI SE JIEĦU L-GVERN BIEX JIŻGURA LI MIN IĦADDEM ITEJJEB IL- KUNDIZZJONIJIET? Il-Malta Labour Migration Policy hija politika favur il-ħaddiema kollha ta' pajjiżna. Malta għandha fost l-aqwa protezzjoni legali għall-ħaddiem, u ghaldaqstant jeħtieġ nagħmlu l-pass li jmiss sabiex naqtgħu l-abbuż tal-it, li mill-effetti tiegħu jbatu l-ħaddiema kollha. Din il-politika qed tindirizza dan billi tintroduci mekkaniżmi ġodda li jeħtieġ ikunu segwiti, sabiex issaħħaħ l-abiltà tal- awtoritajiet tagħna li jinfurzaw il-liġijiet tagħna u tagħti dinjità għal kulħadd. Insemmi fost oħrajn l-obbligu li s-salarju jitħallas direttament f 'kont bankarju, għal ħaddiema barranin ġodda. Li ssir in-notifika b'mod immedjat kemm meta jkun ingaġġat ħaddiem, u anke meta jkun terminat. Qed tintroduci wkoll il-kunċett ta' skwalifikazzjoni, jiġifieri li jekk min iħaddem jinqabad jikser xi liġi jew jinqabad jabbuża mill-ħaddiem, ma jkunx jista' japplika għal ħaddiema barranin ġodda. Dan se jkun ta' deterrent biex kull min qed iħaddem ma jabbużax mill-ħaddiema tiegħu. B'dawn il-miżuri qed insaħħu lill-ħaddiem biex ma jibżax jersaq u jirrapporta kull każ ta' abbuż, għax kif għamilna fil-kwistjoni tal-food couriers u tal-Y plates, se nkunu qegħdin nirrispondu mal-ewwel. Fl-istess ħin, din il-politika qed tinċentiva l-istabbilità fis-suq tax-xogħol, anke permezz ta' perjodu itwal tal-permess marbut ma' taħriġ jew miżuri effettivi ta' integrazzjoni. Dan jagħti aktar serħan il-moħħ, kemm lill- ħaddiem, kif ukoll lil min iħaddem. Qegħdin ukoll inżidu l-ħlas assoċjat mal- ingaġġ ta' persuna barranija ġdida, filwaqt li se nraħħsu dak assoċjat mat-tiġdid. X'se jagħmlu dawn? Se jinċentivaw lil min iħaddem biex iżomm u jinvesti f 'ħaddiema li diġà ingaġġa, u mhux iġib ħaddiem ieħor ġdid minflok. L-istess għandu jiġri bil-miżura li tiskoraġġixxi turnover għoli. Dan kollu għandu jwassal biex anke persuni ingaġġati f 'ħiliet meqjusa aktar baxxi jkollhom l-opportunità li jtejbu l-kundizzjonijiet tax- xogħol tagħhom. Miżuri oħrajn li huma intiżi biex itejbu l-ħiliet: Pereżempju, nafu li hawn ħafna ħaddiema barranin li minkejja għandhom kwalifiċi tajbin f 'oqsma li Malta għandha bżonn, qed ikunu ingaġġati f 'xogħlijiet li huma low-skilled. Qed ikunu proposti korsijiet – li jissejħu Bridge Courses, jiġifieri korsijiet li jwasslu biex kwalifiċi tagħhom ikunu konsistenti ma' dawk li huma rikonoxxuti f 'Malta. Dan jagħti aktar 'Il-Maltin m'għandhomx noffru għarfien

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 January 2025