MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 January 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531842

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Din is-serje li bdiet fl-1938 u spiċċat fl-1950 jisimha Blondie, ibbażata minn fuq strixxa komika ta' Chic Young (li ġietu l-idea fl-1930) kienet l-aktar waħda ta' suċċess għall- Kumpanija Columbia Pictures. Din is-sensiela kienet tikkonsisti minn 28 film, kważi kollha ta' madwar siegħa u għaxar minuti tul. F'kull produzzjoni, l-istorja kienet tikkonċentra fuq il-ħajja ta' familja verament Amerikana bl-isem (kunjom) ta' Bumstead. Il-missier kien jismu Dagwood, Blondie l-omm, Alexander it-tifel tassew maħbub (fil-films tal-bidu kien jismu Baby Dumpling), Cookie t-tifla ż-żgħira u naturalment Daisy il-kelba meraviljuża u tassew intelliġenti li kapaċi tagħmel diversi bużullotti u anki darba xerrdet id- dmugħ bħall-bniedem. B'udjenza kbira li diġà kienet familjari mal-istrixxa komika ta' Chic Young sa mill-1930, film dwar Blondie fl-1938, kellu diġà reklam ippreparat li ma falliex. Id-diriġenti tal-Kumpanija Columbia Pictures irnexxielhom isibu atturi li mhux biss kienu kapaċi u xierqa għall- partijiet ewlenin tagħhom, imma kienu jixbhu sewwa lil dawk komiċi li dehru fl-istrixxi tal-gazzetti. Penny Singleton (li biddlet isimha minn Dorothy McNulty) żebgħet xagħarha bjond u b'hekk saret l-għażla perfetta biex tinterpreta l-parti prinċipali. Arthur Lake hawn sab ukoll l-irwol ta' ħajtu jinterpreta l-ineffiċjenti u l-inkompetenti Dagwood Bumstead. Fil-parti ta' Baby Dumpling intgħażel Larry Simms. Bħala s-superjur ta' Dagwood, l-iżbukkat J. C. Dithers, insibu lil Jonathan Hale fi rwol tassew ispirat. Il-parti tal- inkwiżittiv Alvin Fuddle ħadimha Danny Mummert u dik ta' ommu Fay Helm. Din is-serje kompliet fit-triq tas-suċċess għal 12-il sena sħaħ u 28 episodju. Dawk tal-bidu kienu l-aħjar, friski u oriġinali b'diversi waqtiet intelliġenti, xi ħaġa li taħbi l-fatt li kienu produzzjonijiet ta' baġit żgħir. Sa nofs is-snin 40, speċi ta' formula saret evidenti. B'hekk fil-films wieħed seta' jobsor minn qabel kif kienu se jiżviluppaw u b'immaġini aktar riċiklati. Xi ħaġa ġenwina kienet li dehret kontinwità minn episodju għal dak ta' warajh, b'Baby Dumpling jikber, jibda jmur l-iskola fir-raba' film, jieħu l-isem ta' Alexander fil-ħdax- il episodju u Daisy jkollha l-frieħ fil-film ta' wara. Bonus ieħor spunta mill-fatt li Columbia Pictures użaw din is- serje biex jirriklamaw xi atturi aspiranti taħt kuntratt magħhom. Rita Hayworth u Glenn Ford, tnejn mill-atturi li kienu waslu f 'nofs il-popolarità dehru fi Blondie On A Budget u Blondie Plays Cupid. Larry Parks u Janet Blair ħadmu fi Blondie goes to College. Ismijiet oħra tal-futur kienu Lloyd Bridges u Robert Sterling li dehru f 'xi partiċelli. Ta' min isemmi li wara erbatax-il film, fl-1945 Columbia Pictures kienu se jwaqqfu din is- sensiela, però minħabba domanda kbira mill-pubbliku ddeċidew li jkomplu. F'diversi minn dawn il- produzzjonijiet, ħafna msejħa character actors (atturi b'wiċċ familjari mal-pubbliku f 'partijiet sekondarji jew ċkejknin) saru midħla tal-ispettaturi fosthom Irving Bacon, li inkarna l-parti tal- pustier, aktarx dejjem f 'diffikultà (fil-films tal-aħħar snin ta' din is-serje dan l-irwol interpretawh Eddie Acuff u Dirk Wessel), Jerome Cowan li daħal flok Jonathan Hale bħala l-imgħallem ta' Dagwood u l-insapportabbli Jack Rice magħruf l-aktar bħala l-iżbukkat ħaten Edward Kennedy f 'parti simili fl- uffiċċju ta' Dagwood. Fi żmienhom dawn il-produzzjonijiet fis-swali ċinematografiċi tassew taw pjaċir lill-pubbliku. Din is-serje kienet tikkonsisti f 'dawn ix-xogħlijiet: 1938 – Blondie; 1939 – Blondie Meets e Boss; Blondie Takes A Vacation; Blondie Brings Up Baby; 1940 – Blondie On A Budget; Blondie Has Servant Trouble; Blondie Plays Cupid; 1941 – Blondie Goes Latin; Blondie In Society; 1942 – Blondie Goes To College; Blondie's Blessed Event; Blondie For Victory; 1943 – It's A Great Lie; Footlight Glamour; 1945 – Leave It To Blondie; 1946 – Life With Blondie; Blondie's Lucky Day; Blondie Knows Best; 1947 – Blondie's Big Moment; Blondie's Holiday; Blondie In e Dough; Blondie's Anniversary; 1948 – Blondie's Reward; Blondie's Secret; 1949 – Blondie's Big Deal; Blondie Hits e Jackpot; 1950 – Blondie's Hero; Beware Of Blondie. 14 films IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2025 • illum Carmel Bonnici Blondie – serje ta' 28 film dwar familja tipikament Amerikana L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Arthur Lake Penny Singleton

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 January 2025