MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 January 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531842

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 951 €1.25 IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2025 INTERVISTA MA' MARK CAMILLERI GAMBIN, SEGRETARJU ĠENERALI TAL-PARTIT MOMENTUM PAĠNI 6 - 7 IL-GVERN QED JEVALWA PROPOSTA TAL-MAM DWAR 'PROMOZZJONI ĠENERALI' Pullicino Orlando jwissi kontra l-'ħmerijiet' ta' Azzopardi fil-każ ta' Yorgen Fenech TKOMPLI T-TILWIMA INDUSTRIJALI L-Assoċjazzjoni Medika ta' Malta (MAM) qed tinsisti mal-Gvern biex it-tobba kollha tal-familja (GPs) jiġu promossi għall-kariga ta' 'Principal General Practitioner' skont informazzjoni li kisbet il-gazzetta ILLUM. Din il-proposta qed issir waqt li l-MAM qed tinnegozja ehim settorjali ġdid mal-Gvern, filwaqt li għaddejja b'direttivi industrijali. It- tilwima bejn il-MAM u l-Gvern għandha x'taqsam mad-deċiżjoni tal-Gvern li jgħaddi pazjenti lejn sptarijiet privati "mingħajr ma kkonsulta lill-union dwar l-inizjattiva." Il-Gvern iddefenda din l-outsourcing bħala pass kruċjali biex tiġi evitata l-konġestjoni fid- Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, speċjalment matul l-istaġun tal-influwenza. Sadanittant, il-MAM ressqet serje ta' proposti dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-mediċini tal-familja, fosthom il-promozzjoni ġenerali għall-kariga ta' Principal General Practitioner. Barra minn hekk, l-assoċjazzjoni qed titlob li l-kapijiet tax-xiijiet kollha jingħataw allowance addizzjonali għal sessjonijiet miżjuda. Informazzjoni li kisbet l-ILLUM tindika li l-Gvern bħalissa qed jeżamina l-implikazzjonijiet ta' din il-promozzjoni ġenerali, kif ukoll tal-allowance addizzjonali għas-sessjonijiet. Sorsi qalu li l-Gvern jeħtieġ iż-żmien biex jiddetermina jekk dawn il-proposti humiex sostenibbli, minħabba l-preċedent li jista' jinħoloq. Mhux ċar jekk dawn il-miżuri jistgħux joħolqu impatt fuq klassijiet oħra tal- professjoni medika u fuq is-sistema tas-saħħa b'mod ġenerali. L-Eks Deputat Nazzjonalista, Jeffrey Pullicino Orlando jwissi rigward 'dikjarazzjonijiet irresponsabbli li saru mill-Avukat Jason Azzopardi,' relatata mal- investigazzjonijiet tal- assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. PAĠNA 3 Il-President tal-Assoċjazzjoni Medika, Martin Balzan (xellug) u l-unjin tiegħu bħalissa jinsabu f 'kunflitt mal-gvern u l-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela (lemin) dwar ċerti servizzi tal- emerġenza

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 January 2025