MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 January 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531842

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2025 • illum opinjoni Iva għal ħinijiet ta' skola itwal (L-ewwel parti) H uwa bla dubju dibattitu interessanti. Dibattitu li għandu jinvolvi eduka- turi u dawk li huma esperti fil-qasam. S'issa ma rajt lil ħadd mill- Fakultà tal-Edukazzjoni jikkummenta dwar il-ħinijiet tal-iskola. Il-fatt li l-Għaqdiet tal-Għalliema huma voċiferi dwar kwalunkwe innovazzjonijiet li jiġu proposti, jiskoraġġixxi lin-nies milli jersqu 'l quddiem u jippartecipaw f 'dibattitu bħal dan li huwa tant bżonjuż. Segwejt id-diskussjoni xprunata mill-Onorevoli kollega Dott Edward Zammit Lewis u bħalu jien favur riforma li ilha ġejja. Fil-fatt id-Dottorat tiegħi tratta t-tranżizzjonijiet ta' studenti nisa' minn Junior Lyceum għal Higher Secondary, MCAST u/jew xogħol. Is-sejbiet kienu skantawni peress li xi wħud kienu għaddew b'suċċess minn 11-il suġġett fil-livell ordinarju iżda xorta għażlu l-MCAST għax kienu se jirriżenjaw mix-xogħol ladarba jkollhom it-tfal. Ejjew ilkoll naqblu li għandu jkun hemm parità ta' stima bejn l-MCAST, l-Università, l-ITS u l-istituzzjonijiet edukattivi l-oħra kollha. Fuq il-karta dan huwa minnu imma hemmhekk jibqa'. M'aħniex qed nagħmluha faċli għall-istudenti sabiex javvanzaw liberament bejn l-istituzzjonijiet edukattivi. Għaliex xi diploma mill-MCAST suppost ekwivalenti għar-rekwiżit tad-dħul fil- Matrikola għall-Università mhumiex aċċettabbli għall- Università? Għaliex l-Università ma taċċettax li jkollok suġġetti f 'Livelli Intermedji u Avvanzati minn Universitajiet oħra flimkien ma' dawk li toffri hi għaċ- Ċertifikat tal-Matrikola? Għaliex fl-aħħar mill-aħħar dejjem tgħolli l-livell u saħansitra tippretendi livelli aktar għoljin minn dawk ta' universitajiet li huma fl-Unjoni Ewropea. Hemm min jgħid li hekk għandu jkun għax għandna livell għoli u għandna nkunu kburin imma fil-fatt min qed ibati? L-istudenti Maltin għax imċaħħdin u saħansitra jiġu mċaħħdin milli jkomplu bl-istudji tagħhom barra minn xtutna. Jiena ġejja minn familja ta' edukaturi. Iż-żewġ ġenituri tiegħi huma għalliema mħarrġa mill- kulleġġ tal-għalliema. Meta kont għadni tarbija, l-iskejjel tal-gvern kellhom sigħat twal u l-ġenituri tiegħi spiċċaw il-ġurnata tal-iskola tagħhom fl-4 pm. Kont nasal id-dar mill-iskola fil-ħin meta kienu jispiċċaw huma. Ħinijiet tal-iskola itwal inaqqsu mill-ħtieġa tax-xogħol tad-dar. Ma nistax niem kif ċerti skejjel jistennew li jagħtu edukazzjoni ħolistika lill-istudenti tagħhom meta l-ġurnata tal-iskola tispiċċa fis-1.30 pm u b'hekk il-biċċa l-kbira tat-tfal ikopru l-biċċa l-kbira ta' dak li huwa meħtieġ li jiġi spjegat fil-klassi waħedhom id-dar jew bl-għajnuna tal- ġenituri tagħhom. Xi jfisser dan? Dawn it-tfal jistgħu jkunu fi żvantaġġ kbir peress li mhux il-ġenituri kollha kapaċi jispjegaw il-kunċetti bl-aħjar mod. Ħafna mhumiex edukaturi mħarrġa. Ġenituri oħra ma kellhomx il-privileġġ li jieħdu edukazzjoni tajba u l-lingwaġġ komuni f 'pajjiżna jiddetta li tibgħat lil uliedek fi skola indipendenti jew tal-Knisja huwa aħjar. Però rridu aktar riċerka f 'dan ir-rigward. Imbagħad għandna kwistjonijiet oħra. Dak li fil-lingwaġġ edukattiv jgħidulu l-kurrikulu moħbi. L-hekk imsejħa skejjel għal dawk li huma intelliġenti u dawk li huma meqjusa bħala inqas abbli akkademikament. Messaġġi sottili mogħtija mill-iskejjel dwar x'għandhom jew x'm'għandhomx jagħmlu l-istudenti tagħhom sabiex ikollhom suċċess. Is-suċċess huwa suġġettiv kif inhu dak li għandu jkun inkluż jew mhux inkluż fis-sillabi. Madankollu għajjien nara adolexxenti minn 14 sa 18-il sena jieħdu medikazzjoni għall-ansjetà. Dak li huwa inkluż fis-sillabi huwa esaġerazzjoni, li ttektek l-aktar fuq il-memorja u mhux fuq ir- raġunament, u mhux tiċċelebra dak li student irnexxielu jikseb iżda pjuttost il-potenzjal tagħhom li ma jirnexxix. Din hija diżgrazzja u li hu aktar traġiku huwa li ma sar xejn dwarha. Il-fatt li s-sillabi huma ddettati mill-bord tal-MATSEC li huwa parti mill-Università ta' Malta ma jgħinx. Għandna bżonn bord indipendenti apparti kull istituzzjoni edukattiva li tieħu ħsieb is-sillabi u l-eżamijiet. Huwa, fl-opinjoni tiegħi, inġust li nibqgħu ngħollu l-livelli u nistabbilixxu karti tal-eżamijiet b'tali mod li dawk li jagħżlu li jattendu istituzzjonijiet edukattivi oħra jkunu awtomatikament żvantaġġati. It-tieni parti tal-artiklu tal- Membru Parlamentari Katya De Giovanni jkun ippubblikat nhar il-Ħadd. Membru Parlamentari tal-Partit Laburista KATYA DE GIOVANNI Amsterdam Trade Bank N.V. (''ATB'') ġie ddikjarat fallut fit-22 ta' April 2022 (F.13/22/77). Fit-28 ta' Jannar 2025, il-Qorti Distrettwali ta' Amsterdam iddetermi- nat li l-laqgħa ta' verifika fil-falliment ta' Amsterdam Trade Bank N.V. se ssir fil-31 ta' Marzu 2025 fid-09.30 CET fil-Qorti Distrettwali ta' Amsterdam, Parnassusweg 280, Amsterdam. Il-kredituri għandhom jippreżentaw it-talbiet tagħhom kontra ATB mat-trustees mhux aktar tard mis-17 ta' Marzu 2025. Talbiet sottomessi wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. Kredituri ta' ATB li għadhom ma rċevew l-eb- da komunikazzjoni jew ħlas interim mingħand it-trustees huma b'dan mitluba jikkuntattjaw lit-trustees fuq infoatb@stibbe.com. ATB topera wkoll taħt l-ismijiet ATBANK, ATBConnect, ATBSavings, FIBR u FIBR Bank u hija rreġistrata mal-Kamra tal-Kummerċ taħt in-numru 33260432. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-falli- ment, jekk jogħġbok ikkuntattja l-iskrivanija tal-informazzjoni tat-trustee tal-fal- liment fuq infoatb@stibbe.com .

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 January 2025