Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531842
02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2025 • illum AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'dan il-Qamar Ġdid waqt iż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, l-istess Aquarius se tkun ġimgħa fejn trid twettaq analiżi ta' dak li seħħ madwarek sabiex b'hekk issa tista' tibda tħejji l-pjanijiet meħtieġa. Analizza sew. Iż- żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Cancer. Namaste. TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'dan il-Qamar Ġdid waqt iż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Taurus se jkun il-bidu ta' fażi fejn issa għandek dik l-opportunità li kapaċi tkattrek. B'hekk se tkun f 'qagħda li ttejjeb futurek. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Libra. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'dan il-Qamar Ġdid waqt iż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Cancer se tkun ġimgħa fejn trid tkun aktar kunfidenti. Trid toħloq ambjent ta' kunfidenza ġewwa fik sabiex grazzi għal din il-kunfidenza tkun kapaċi tmexxi u tkattar lilek innifsek. Irrifletti. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Taurus. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA) MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'dan il-Qamar Ġdid waqt iż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Virgo se tkun ġimgħa fejn se tagħraf tanalizza l-pożizzjoni tiegħek jekk għadhiex waħda li tixtieq. Int bdejt bħal tħoss ġewwa fik li jista' jkun wasal il- mument għall-bidla. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Virgo. Namaste. SCORPIO (L-GĦAQREB), MIT-23 TA' OTTUBRU SAL-21 TA' NOVEMBRU F'dan il-Qamar Ġdid waqt iż-żodjaku ta' Aquarius, għalik, Scorpio se tkun dik il-ġimgħa fejn trid tieħu pawża minn dak li hemm madwarek; pawża sabiex grazzi għaliha tkun kapaċi tippjana aħjar il-proġetti li tixtieq twettaq. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Libra. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-Qamar Ġdid (New Moon) waqt iż- żodjaku ta' Aquarius (Iż-Żir) Mill-Ħadd 26 ta' Jannar sas-Sibt l-1 ta' Frar Il-Ħamas jeħles erba' suldati Iżraeljani, għall-ħelsien ta' 200 priġunier Palestinjan ILENIA DEBONO Nhar is-Sibt, erba' ostaġġi Iżraeljani ngħataw lill-Forzi tad-Difiża Iżraeljani (IDF). L-ostaġġi, li kienu kollha suldati nisa, inħelsu mill-Ħamas għall-ħelsien ta' madwar 200 priġunier Palestinjan. L-erba' suldati: Karina Ariev, Daniella Gilboa, Naama Levy u Liri Albag; kollha nqabdu waqt l-attakki tas-7 t'Ottubru. Fost il-priġunieri Palestinjani li nħelsu hemm nies li ġew ikkundannati bi qtil u kienu qed iservu sentenzi ta' priġunerija għal għomorhom. Imma priġunieri li kienu involuti fl-attakki tas-7 t'Ottubru ma nħelsux. It-tpartit ta' priġunieri seħħ wara li sar il-ftehim ta' twaqqif mill-isparar bejn il-Ħamas u Iżrael sabiex jieqaf il-ġlied f 'Gaża wara 15-il xahar ta' gwerra. L-ewwel fażi tal-ftehim involviet il-ħelsien tat-33 ostaġġ Iżraeljan li kienu fil-kustodja tal-Ħamas, għall-ħelsien ta' madwar 1,900 priġunier Palestinjan f 'ħabs Iżraeljan. Dan il-proċess beda bil-ħelsien tal-ewwel tliet ostaġġi u 90 priġunier, li hu mistenni jdum madwar sitt ġimgħat. Meta din il-fażi tintemm, il- pass li jmiss jibda 16-il ġurnata wara, fejn l-ostaġġi kollha jinħelsu u t-truppi Iżraeljani jitilqu kompletament minn Gaża. It-tielet u l-aħħar stadju jara r-ritorn ta' katavri t'ostaġġi li mietu, u l-bini mill- ġdid ta' Gaża. Il-proċess ta' rikostruzzjoni huwa mistenni li jdum għexieren ta' snin, wara l-kampanja militari qerrieda Iżraeljana. Il-gwerra f 'Gaża ħalliet iżjed minn 46,000 ruħ mejta, skont il-Ministeru tas-Saħħa mmexxi mill-Ħamas. Il-fatalitajiet kienu riżultat tal-kampanja militari Iżraeljana li bdiet wara l-attakk tal-Ħamas fis-7 t'Ottubru li qatlet 1,200 ruħ u 251 oħra ttieħdu bħala ostaġġi. Mit-2.3 miljun ruħ li kienu jgħixu f 'Gaża, ħafna kellhom jaħarbu, u avolja kienu ftit li rritornaw lura f 'darhom, il-parti l-kbira mir-reġjun baqa' mhux abitabbli. L-ostaġġi, li kienu kollha suldati nisa, inqabdu waqt l-attakki tas-7 t'Ottubru. Il-ħelsien tagħhom kien parti mill-ftehim bejn Iżrael u l-Ħamas. L-erba' suldati Iżraeljani li nħelsu s-Sibt: Karina Ariev, Daniella Gilboa, Naama Levy u Liri Albag