MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 January 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531842

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2025 'Dawn il-ħmerijiet huma kollha ta' preġudizzju fil-kawża kontra Fenech' NGOs jitolbu lill-Gvern biex jippubblika l-White Paper dwar ir-riforma tal-inkjesti maġisterjali 27 ta' Jannar 2024 AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Ewropew għall-Politika Agirkola Komuni 2023-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: • Intervent 73.1: Investiment mhux produttivi fl-azjendi agrikoli (Afforestazjoni) • Intervent 73.2: Investiment mhux produttiv mhux marbuta mal- ażjenda Agrikola (Afforestazjoni) Is-sejħa se tagħlaq fit-28 ta' Marzu 2025 f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni tista' titniżżel onlajn mis-sit https://fondi.eu/what-funding-is-available/ u tintbagħat fuq l-indirizz elettroniku fuq rdsubmissions.mees@gov.mt . Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għal-Linji Gwida tal-Miżuri biex jikkonferma jekk il-proposta tiegħu hijiex eliġibbli għall-finanzjament taħt dawn is-sejħiet. Aktar informazzjoni dwar dawn is-sejħiet, kif ukoll dwar il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni, jista' tinkiseb mis-sit elettroniku https://fondi.eu/. Mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Qed jiġu organizzati sessjonijiet ta' informazzjoni dwar iż-żewġ sejħiet, kif ġej: • l-Oaks Business Centre, Triq Farsons, Hamrun (uffiċċju tal-Awtorità ta' Ġestjoni), nhar il-Ħamis 6 ta' Frar 2025 • Fir- Razzett Esperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, Xewkija, nhar il- Ġimgħa 7 ta' Frar 2025 Għall-aktar dettalji żur is-sit indikat aktar il-fuq, fejn tista' tikseb id-dokumenti kollha b'rabta ma dawn sejħiet jew iċempel lill-SEM fuq 2779 7300. ILENIA DEBONO L-Eks Deputat tal-Partit Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando qajjem allarm dwar l-aġir ta' Jason Azzopardi bħala l-avukat parte civile tal- familja Caruana Galizia. F'post fuq Facebook, is-Sibt filgħodu, Pullicino Orlando rreaġixxa għall- post ta' Matthew Caruana Galizia fuq id-deċiżjoni li ħadet il-Qorti sabiex teħles mill-arrest l-allegat moħħ wara l-qtil t'ommu. Hu weħħel fil-Prim Ministru u l-Ministru tal-Ġustizzja għad-dewmien biex tinstab data meta jinstema' l-każ. "Kieku jien kont minflokok, kont inkun iżjed ikkonċernat rigward i d - d i k j a r a z z j o n i j i e t irresponsabbli li saru mill-avukat tiegħek Jason Azzopardi, u l-evidenza mxerrda, relatata mal- investigazzjonijiet tal- assassinju t'ommok," qal Pullicino Orlando lil Matthew Caruana Galizia. I d - d i k j a r a z z j o n i j i e t imsemmija huma dawk li saru f 'intervista li seħħet fl- 2024. Dakinhar Azzopardi qal lill-ġurnalist li, "l-evidenza li ġiet miġbura b'mod legali tippunta lejn Yorgen Fenech bħala l-moħħ ewlieni wara dan il-qtil." Pullicino Orlando qal li dawn il-"ħmerijiet" huma kollha ta' preġudizzju fil- kawża kontra Fenech. "Kieku jien kont minflokok, kont insaqsi lil Dr Azzopardi rigward il-laqgħat sigrieti li kellu ma' ċerti individwi li inti regolarment implikat bħala responsabbli għal dan ir-reat makabru,' żied Pullicino Orlando. Fl-aħħar tal-post, l-Eks Deputat Nazzjonalista tefa' dawl fuq il-fatt li Azzopardi gawda minn vaganza b'xejn fil-Hilton ta' Tel Aviv bl-ispejjeż f 'idejn il-kumpanija Tumas. Jason Azzopardi Koalizzjoni ta' NGOs għamlet appell kollettiv lill-Gvern biex jippubblika White Paper dwar l-emendi proposti għal-liġi li tirregola l-inkjesti maġisterjali. Il-koalizzjoni saħqet li dokument bħal dan jista' jservi ta' pjattaforma għal djalogu sinifikanti u għal involviment pubbliku qabel ma jsiru bidliet leġiżlattivi fil-parlament. "Jekk il-Gvern biħsiebu jirrestrinġi jew jelimina dan id-dritt," argumentaw l-NGOs, "għandu obbligu li jipprovdi ċans liċ-ċittadini jesprimu l-opinjonijiet tagħhom." Huma ssuġġerew li t-trasparenza u l-involviment tal-pubbliku huma essenzjali, partikolarment meta r-riformi jkunu jistgħu jgħaddu effett serju fuq l-istat tad-dritt f 'Malta. L-NGOs fakkru li l-Kummissjoni Ewropea ripetutament irrakkomandat li Malta tistabbilixxi proċess obbligatorju ta' parteċipazzjoni pubblika fil-kitba tal- leġiżlazzjoni. Għalkemm din ir- rakkomandazzjoni għadha mhijiex implimentata, l-organizzazzjonijiet qalu li l-Gvern għandu xorta jikkonsulta b'mod adegwat mal- pubbliku qabel ma jintroduċi liġijiet, speċjalment dawk li jolqtu l-qafas legali tal-pajjiż u l-ħidma kontra l-korruzzjoni. Huma nnutaw li d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-inkjesti maġisterjali kellhom rwol kruċjali f 'dawn l-aħħar snin, billi ppermettew azzjoni f 'każijiet fejn istituzzjonijiet oħra, bħall- pulizija, fallew. L-NGOs fakkru li każijiet ta' korruzzjoni bħall-konċessjoni frawdolenti tal-isptarijiet u dawk ta' profil għoli bħal 17 Black ma kinux javvanzaw mingħajr l-għodda legali attwali. Il-koalizzjoni wissiet li t-tnaqqis ta' dan id-dritt jista' jdgħajjef il-kapaċità ta' Malta biex tindirizza l-korruzzjoni b'mod effettiv u jista' jfixkel il- kisba tal-ġustizzja f 'każi futuri. L-organizzazzjonijiet appellaw lill-Gvern biex jassigura li kull emenda għal-liġi, issaħħaħ, minflok tirrestrinġi, il-kapaċità ta' ċittadini u istituzzjonijiet biex jidħlu kontra l-korruzzjoni. Id-dikjarazzjoni kienet iffirmata minn Repubblika, Aditus Foundation, the Daphne Caruana Galizia Foundation, GĦSL, Occupy Justice, PEN Malta, Żgħażagħ Ħaddiema Nsara, Kopin, u Moviment Graffitti.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 January 2025