MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 January 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1531842

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' JANNAR 2025 • illum 04 MARIANNA CALLEJA L-aħbar li Yorgen Fenech ingħata l-ħelsien mill-arrest il- Ġimgħa sbieħ filgħodu qajmet diskussjoni fil-pajjiż, flimkien ma' reazzjonijiet differenti. Il-gazzetta ILLUM iddur fuq Franco Debono, avukat kriminali li m'għandu bżonn l-ebda introduzzjoni, u tistaqsi jekk ħelsien mill-arrest bħal dan hux ġustifikat. Jitkellem ma' dan il-ġurnal, Debono mill-ewwel għamilha ċara li hu mhux se jitkellem fuq l-ebda każ partikolari, iżda b'mod ġenerali xorta spjega r-raġuni għaliex il- Qrati jagħtu ħelsien mill-arrest. "Bail huwa release pending trial. Is-sistema tal-ġustizzja penali toħloq safeguards biex persuna li għad trid tigi ġġudikata ma tqattax żmien il-ħabs bil-possibbiltà li mbagħad tiġi lliberata mill-akkużi jew teħel sentenza mhux ta' ħabs u allura tkun seħħet waħda mill- akbar inġustizzji immaġinabbli," beda jispjega Debono. Huwa qal li m'hemmx inġustizzja akbar minn dik li persuna tkun għamlet żmien il-ħabs imbagħad tinstab mhux ħatja, u aktar ma jkun twil iż-żmien, aktar tkun kbira l-inġustizzja. "Il-Qrati tagħna ma jagħtux bail bl-addoċċ, iżda (jagħtuhom) wara li jeżaminaw il-każ bir-reqqa, u jimponu kundizzjonijiet xierqa u stretti sabiex jassiguraw li r-retta amministrazzjoni tal-gustizzja tiġi rrispettata," Debono temm jgħid mal-ILLUM. Fl-istess waqt Debono qal fuq il-midja soċjali illi huwa jiem il- weġgħat ta' kulħadd u għalhekk b'empatija, mhux tant se jitkellem. Fakkar kif meta bħala deputat Nazzjonalista ppropona riforma ħolistika fil-ġustizzja, fl-intern u fil-kostituzzjoni li maż-żmien qabel magħha kulħadd u ġiet aċċettata. "Kieku minflok tgħajjir sibt sapport minn ċerti nies dak iż- żmien, mill-Gvern, seta' jsir ħafna iktar. Minn dak iż-żmien ħafna riformi saru. Min jiem jaf," qal Debono. F'post ieħor, Debono spjega kif l-element essenzjali ta' smigħ xieraq huwa li ġuri jsir f 'atmosfera trankwilla u oġġettiva lil hinn mill- għagħa li jkun qajjem ir-reat fejn is-socjetà b'mod ġenerali u l-midja tesprimi ruħha u ħafna drabi r-rabja, kif kulħadd għandu kull dritt. "Tant hu hekk li kif jintgħażlu l-ġurati, l-ewwel twissija tal- Imħallef dejjem tkun – 'Insew dak kollu li smajtu jew qrajtu qabel dħaltu hawn ġew. Insewh. Clean slate. tridu tiġġudikaw biss u biss fuq li se tisimgħu hawn ġew.' Din twissija standard li tisma' f 'kull ġuri," qal Debono. "Issa spjegawli intom kif ġurat jista' jinsa kulma sema' u qara jekk il-ġuri jsir sena wara r-reat!?" "Sa sena wara, ir-reat, speċjalment jekk ikun serju, ikun għadu frisk f 'moħħ il-ġurati u forsi jkunu għadhom impressjonati b'li qraw jew b'li semgħu. Dik mhix ġustizzja. U dan mhux fl-interess tal-akkużat iżda fl- interess suprem tal-ġustizzja u biex jiġu evitati miscarriages of justice." YORGEN FENECH JINGĦATA L-ĦELSIEN MILL-ARREST AKTAR MINN ĦAMES SNIN WARA L-ARREST TIEGĦU Yorgen Fenech, in-negozjant akkużat b'kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, ingħata l-ħelsien mill-arrest il-Ġimgħa filgħodu, aktar minn ħames snin wara l-arrest tiegħu b'rabta mal-qtil ta' Caruana Galizia fl-2017. Il-Maġistrat Edwina Grima ħarġet id-deċiżjoni dwar il-ħelsien mill- arrest waqt seduta fil-Qorti. Il-Qorti ordnat lil Fenech iħallas depożitu ta' €80,000, filwaqt li zitu Moira Fenech se toffri garanzija. L-ishma tagħha fil-kumpanija Tumas Group se jintużaw bħala garanzija biex ikun żgurat li Fenech jimxi mal- kundizzjonijiet tal-ħelsien mill- arrest. Il-Qorti ordnat lil Fenech biex iżomm distanza ta' mill-inqas 50 metru mill-kosta jew minn kull ajruport. Huwa se jkollu jiffirma kuljum fl-għassa tal-pulizija f 'San Ġiljan u josserva curfew strett bejn il-5 pm u l-11 am. Biex tiġi żgurata l-konformità, Fenech se jkun taħt superviżjoni ta' uffiċjal tal-probation u għandu jgħix biss fl-indirizz provdut lill-Qorti. F'seduta preċedenti, Tumas Group offriet propjetà qrib ir-residenza ta' zijuh, li l-Qorti approvat bħala r-residenza allokata għal Fenech. Pulizija se tkun stazzjonata barra din il-propjetà 24 siegħa kuljum. Id-dokumenti tal-passaport u l-identifikazzjoni ta' Fenech ġew ikkonfiskati mill-Qorti. Barra minn hekk, huwa ġie pprojbit milli jikkomunika max-xhieda tal-prosekuzzjoni, inklużi figuri ewlenin bħal Melvin euma, il- middleman li sar xhud tal-Istat, u l-Eks Kap tal-Istaff tal-Prim Ministru Keith Schembri. Bħala miżura ta' protezzjoni, qraba tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia se jkunu koperti b'ordni ta' protezzjoni maħruġa mill-Qorti hekk kif il-każ ikompli. PROĊESS KONTROVERSJALI U KRITIKA MILL-FAMILJA CARUANA GALIZIA Fenech, negozjant prominenti u werriet tal-grupp Tumas, qed jiċħad l-akkużi li jorbtuh mal-assassinju ta' Caruana Galizia. Huwa wkoll qed jaffaċċja akkużi f 'diversi każijiet kriminali separati. Daphne Caruana Galizia kienet inqatlet fis-16 ta' Ottubru 2017 f 'attakk b'karozza bomba viċin ir- residenza tagħha fil-Bidnija. Dan il-qtil ikkawża xokk madwar Malta u lil hinn, u wassal għal protesti u skrutinju internazzjonali fuq l-istat tad-dritt fil-pajjiż. Fenech kien arrestat lejn l-aħħar tal-2019 b'rabta mal-qtil. L-arrest tiegħu kien akkumpanjat minn kriżi politika li rat lill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Joseph Muscat, jirriżenja fost akkużi ta' rabtiet tal- gvern mal-każ. 'M'hemmx inġustizzja akbar minn dik li persuna tkun għamlet żmien il-ħabs imbagħad tinstab mhux ħatja' Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-Avukat Franco Debono dwar xi jfisser li persuna jingħata ħelsien, u kif bail jingħata AVVIŻ TA' ESPRESSJONI TA' INTERESS GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Soċjali Ewropew+ 2021-2027 Wara l-Pre-Avviż ta' Sejħiet għal proposti ta' proġetti li ġie ippubblikat fl-24 ta' Novembru 2024, il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej, jixtieq iħabbar li qed tiġi organizzata sessjoni biex jinġabar feedback minn Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi, Organizzazzjonijiet Volontarji u msieħba Soċjali li huma interessati li jissottomettu proposti ta' proġetti li jaqgħu taħt il-Prijorità u l-Għanijiet Speċifiċi (ESO) imniżżlin hawn taħt. Priorità 2: It-Trawwim tal-Inklużjoni Attiva għal Kulħadd Għan Speċifiku: 4.8. Inklużjoni attiva u impjegabbiltà. Għan Speċifiku: 4.11. Aċċess ugwali għal servizzi soċjali u ta' kura tas-saħħa ta' kwalità. Matul din is-sessjoni, Applikanti Prospettivi li huma interessati jipproponu proġett taħt dawn l-Għanijiet Speċifiċi huma mħeġġa jipprovdu feedback lill-Awtorità ta' Ġestjoni. Din is-sessjoni ser issir nhar il-Ħamis, 13 ta' Frar 2025 mil-17:00 sas-19:00 fl-uffiċini tal-Oaks Business Centre, Blokk B, Triq Farsons, Ħamrun. Min hu interessat jista' jirreġistra għal din is-sessjoni billi jaċċessa l-QR Code t'hawn taħt. L-Applikanti Prospettivi huma mħeġġa jirreferu għall-Programm ESF+ disponibbli fuq https://fondi.eu/programme/european-social-fund-plus/. It-tnedija tas-sejħiet, flimkien mal-Formola tal-Applikazzjoni u d-dokumentazzjoni supplimentari, se jiġu ppubblikati iktar tard din is-sena. Franco Debono

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 January 2025