Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532057
16 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2025 • illum Roberta Metsola tkeċċi MPE Pollakk wara kumment anti- Semitiku waqt mument ta' silenzju għall-vittmi tal-Olokawst Membri Parlamentari Ewropej Pollakki oħra jikkritikaw lill-kollega tagħhom Grzegorz Braun, Membru Parlamentari Ewropew li mhu affiljat mal-ebda grupp politiku Ewropej, ġie mkeċċi minn seduta parlamentari Ewropea wara kumment li tellef sessjoni ddedikata lill-vittmi tal- Olokawst nhar l-Erbgħa. Waqt il-minuta ta' silenzju, li kienet organizzata waqt il-plenarja tal-Parlament Ewropej, Braun instema' jgħid "ejja nitolbu għall-vittmi tal- ġenoċidju Lhudi f 'Gaża," u "grazzi lil kulħadd tat-talb tagħkom." Wara li għaddiet il-minuta ta' silenzju, il-President tal- Parlament Ewropew Roberta Metsola dlonk staqsietu biex jitlaq, u aktar tard staqsiet sabiex jiġi mkeċċi. Dan l-aġir ġab miegħu kummenti mħallta. Il- Kungress Ewropew Lhudi rrefera għal dawn il-kummenti bħala "anti-Semitiżmu fil-qalb tad-demokrazija Ewropea." Filwaqt li Membri Parlamentari Ewropej Pollakki wkoll urew id-diżappunt tagħhom. "Tal-Mistħija," stqarr l-MEP Dariusz Joński fuq il-pjattaforma soċjali X. Din ma kinitx l-ewwel xena kontroversjali li ħoloq Braun waqt il-karriera politika tiegħu. Fl-2023, huwa tefa xemgħat tal-Hanukkah b'fire extinguisher waqt ċeremonja ma' awtoritajiet Pollakki Lhudin u Iżraeljani. Braun pinġa lilu nnifsu bħala individwu reliġjuż u konservativ fil-passat, bi stqarrijiet pubbliċi rigward il- poplu Lhudi, nies LGBTQ+ u l-pandemija tal-CoronaVirus. ILENIA DEBONO Nhar it-Tnejn 27 ta' Jannar, il-Parlament Ewropew ospita ċerimonja ta' tifkira għall- vittmi tal-Olokawst, kif ukoll it-80 anniversarju mil- liberazzjoni tal-kamp ta' konċentrament t'Auschwitz. Iċ-ċerimonja nfetħet mill- President tal-Parlament Ewropej Roberta Metsola b'diskors rigward il-ħruxija tal- Olokawst u kemm hi importanti li qatt ma jintesa x'ġara waqt dan il-mument tal-waħx fl-istorja. "Li niftakru hu dmir tagħna. Għandna r-responsabbiltà li naraw li 'qatt aktar' ma tkunx biss wiegħda fiergħa," sostniet Metsola. Fl-istess diskors, Metsola għamlet referenza għall-ewwel President mara tal-Parlament Ewropej, Simone Veil li hi wkoll għaddiet mill-oppressjoni ta' dawn iż-żminijiet mudlama. B'din ir-referenza, hija enfasizzat li l-Parlament Ewropew ħa jibqa' dejjem jiġġieled għad-dinjità, tama u umanità. Wara dan id-diskors, indaqqet silta mużikali biċ-ċello oriġinali ta' Hermann. Corrie Hermann, bint il-mużiċist taċ-ċello Pál Hermann, indirizzat lill- parlament u rrakkuntat l-istorja kiefra ta' kif inqatel missierha min-Nazisti fl-1944. Il-mużiċist kien meqjus bħala wieħed mill-aħjar taċ- ċello fi żmienu. Hi qasmet il- ħajja ta' missierha, il-karriera mużikali tiegħu u d-destin traġiku tiegħu. Qalet kif qabel Hermann ġie ddeportat lejn kamp ta' konċentrament fil- Litwanja, hu rnexxielu jgħaddi nota sabiex jiġi salvat iċ-ċello Gagliano tiegħu. Illum, iċ-ċello Gagliano ta' Hermann jintuża bħala strument t'ispirazzjoni madwar id-dinja, b'kompożizzjonijiet minn ta' Hermann stess li jindaqqu minn artisti internazzjonali. "Hitler ħaraq il-kotba, kisser pitturi, u qatel miljuni ta' nies; imma l-mużika tibqa' ħajja." Hekk għalqet id-diskors tagħha Corrie Hermann. 'L-anti-Semitiżmu nistgħu niġġilduh billi niftakru' – Roberta Metsola tindirizza t-tifkira tal-Olokawst Roberta Metsola tagħti d-diskors tagħha ħdejn Corrie Hermann. Ritratt mis-sit tal-Parlament Ewropew.