Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532057
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-tenur maħbub Paul Asciak iċċelebrat b'wirja fit-Teatru Manoel Kor taż-żgħażagħ minn Għawdex, bl- isem ta' Schola Cantorum Jubilate (SCJ), qed jorganizza l-kunċert '3Ts – Tea, Tunes, Togetherness' – nhar il-Ħadd biex jiġbor fondi għall-proġetti mmexxija minn e Malta Trust Foundation f 'Għawdex. Immexxija mill-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca, il- Malta Trust Foundation taħdem għal soluzzjonijiet sostenibbli li jindirizzaw il-faqar u l-vulnerabbiltà, b'enfasi fuq id- diżabilità, is-saħħa mentali u l-benessri, l-edukazzjoni (kemm formali u informali) u l-empowerment taż-żgħażagħ. Il-kunċert – ħin melodiku li jgħaqqad lin- nies għal kikkra te tajba, it ħelu u forom differenti ta' arti – se jimmarka l-ewwel avveniment f 'lista ta' ċelebrazzjonijiet ta' SCJ għall-25 anniversarju tiegħu. Is-solisti tal-SCJ – Marouska Attard, Hannah Tong, Bianca Simone u James Agius – se jesegwixxu repertorju ġuvjali, mimli mumenti drammatiċi u varjati. Il-programm jinkludi biċċiet ta' Donizetti, Rossini, Bizet, Tosti, Head u l-mibki Prof. Joe Vella. Il-kunċert se jilħaq il-qofol tiegħu b'arranġament speċjali ta' xogħlijiet lokali mill-kompożitur Paul Portelli. Barra minn hekk, se jkun hemm qari tax-xogħlijiet ta' Alda Merini, immirati biex iqajmu kuxjenza dwar is-saħħa mentali u l-benessri f 'soċjetà diversa u popolata żżejjed. L-artisti Għawdxin Vince Caruana, Paul Stellini, Chris Saliba, Maria Cassar u Jeremy Spiteri se jżewqu lill-avveniment b'esebiti mill-istudios tagħhom. Il-kunċert tat-3Ts se jsir il-Ħadd, 2 ta' Frar, fit-3.30 pm, ġewwa Ta' Frenċ Courtyard f 'Għawdex. Id-dħul huwa b'biljett: dawk interessati jistgħu jimlew formola ta' pre- booking u jsegwu l-istruzzjonijiet biex jixtru l-biljetti, li jiswew €40 kull wieħed. Il-qligħ se jmur għal e Malta Trust Foundation. Għal aktar dettalji, ikkuntattja lil Schola Cantorum Jubilate bl-email fuq info@ scjchoir.com jew fuq 7945 0950. Te u Mużika: Kunċert għal kawża tajba It-Teatru Manoel, b'kollaborazzjoni ma' Heritage Malta ħabbar il-uħ ta' wirja ġdida li tiċċelebra l-ħajja u l-karriera tal- mibki Paul Asciak, wieħed mill- iktar tenuri maħbubin u popolari ġewwa pajjiżna. L-esebizzjoni, li qed tittella' fit-Teatru Manoel tiaħ fid-29 ta' Jannar u tibqa' għaddejja sal-aħħar ta' Frar. Il- wirja hija kkaratterizzata minn għadd ta' oġġetti personali li kienu jappartjenu għal Asciak u tiiriet oħrajn marbutin miegħu, kif ukoll kostum li ntlibes mit- tenur fl-1960 u li ġie kkonservat b'reqqa u attenzjoni kbira. Il-kostum intlibes minn Paul Asciak fir-rwol tiegħu bħala Otello fl-opra ta' Giuseppe Verdi li ġġib l-istess isem. L-opra kienet ittellgħet fit-18 u l-20 ta' Lulju tal-1960 fil- ġonna tal-Argotti. F'Diċembru tal-2024, it-Teatru Manoel għadda lil Heritage Malta l-kostum, li jikkonsisti f 'dawn il-biċċiet: ġakketta sewda tal-bellus, kappa, terħa, qmis bajda bla kmiem, żewġ pari kalzetti tas-suf, katina tal- metall kulur id-deheb, ċintorin, u par buz. Dawn l-oġġetti tneħħew bil-mod minn fuq il-manikin li kienu mlibbsin fuqu u ttieħdu fil- laboratorju tat-tessut ta' Heritage Malta għal trattament delikat ta' konservazzjoni. Kull biċċa, l-ewwel tnaddfilha s-saff tal-wiċċ tagħha sabiex jitneħħew il-partiċelli tat- trab, u waqt dan il-proċess tħejja rapport li jiddeskrivi l-kundizzjoni ta' kull oġġett. Dawn il-biċċiet varji tal-kostum imbagħad ġew trattati individwalment bi trattament speċjalizzat għal kontra l-moffa, u tħallew jinxfu. Il-proċess ta' wara involva l-għoti ta' trattamenti speċifiċi bbażati fuq il-bżonnijiet u l-kundizzjonijiet tal-materjal innifsu. Flimkien ma' dan il-kostum uniku, l-esebizzjoni fit-Teatru Manoel tinkludi ritratti, kotba ta' tiira (souvenir books), posters tal-produzzjonijiet ta' Paul Asciak, siltiet mill-gazzetti, kif ukoll il- kaxxa tal-irtokk tiegħu. Xi ħaġa oħra li se tkun għall-wirja għall- ewwel darba huwa bust ta' Paul Asciak, li ġie mogħti b'donazzjoni lit-Teatru Manoel minn uliedu. Il-Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel Edward Zammit qal li din l-esebizzjoni tiċċelebra l-ħajja u l-karriera tat-tenur Malti Paul Asciak, tenur li jagħmilna tassew kburin li aħna Maltin. Zammit saħaq li għat-Teatru Manoel kien ta' privileġġ li wettaq dan il-proġett flimkien ma' Heritage Malta. Qal li t-Teatru Nazzjonali ta' pajjiżna jinsab tassew onorat li qed jospita din l-esebizzjoni li tinkludi bosta affarijiet imprezzabbli tat-tenur Malti Paul Asciak. Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv ta' Heritage Malta Noel Zammit qal li huwa ta' unur għal Heritage Malta li flimkien mat-Teatru Manoel ħadmu fuq il-konservazzjoni tal- kostum ta' Paul Asciak. Inizjattiva li mhux biss tonora l-kontribut li Asciak ta lill-kultura ta' pajjiżna iżda xeħtet dawl fuq l-importanza ta' kollaborazzjoni ħajja bejn żewġ entitajiet. Zammit qal li dan wassal għal qsim ta' ideat, riżorsi u ħiliet biex tkun assigurata l-preservazzjoni u l-apprezzament tal-legat li ħallew artisti Maltin, bħal Asciak, għall-ġenerazzjonijiet futuri. Paul Asciak twieled il-Belt Valletta fit-28 ta' Jannar tal-1923. Huwa qatta' ħafna mis-snin bikrin tiegħu jkanta mal-kor magħruf Belti, is-St. James Choir. Id-debutt operistiku tiegħu seħħ fl-età ta' 23 sena, meta ħadem il-parti ta' Turrido fil-Cavalleria Rusticana ta' Pietro Mascagni fir-Radio City Opera House fil-Ħamrun. Erba' snin wara, fl-1950, huwa ddebutta ġewwa l-Italja permezz tar-rwol tiegħu ta' Manrico fl-opra Il Trovatore ta' Verdi. Huwa kanta madwar Malta u l-Italja kollha, kif ukoll ġewwa l-Ingilterra, Wales, u l-Irlanda. Suċċess notevoli fil- karriera ta' Paul huwa recording tal- parti ta' Flavio fin-Norma ta' Bellini li fiha ħadet sehem ukoll is-sopran stilla Maria Callas. Paul kien ġie impjegat ukoll mit-teatru prestiġjuż Royal Opera House Covent Garden ġewwa Londra. Matul dan il- perjodu, huwa ħa sehem f 'iktar minn 50 produzzjoni. Paul irtira mit-teatru fl-1961, iżda rritorna temporanjament fl-irwol ta' Otello fl-età ta' 66 sena ġewwa l-Polonja. Wara li rtira, huwa sar għalliem tal-mużika u serva bħala General Manager tat-Teatru Manoel bejn l-1988 u l-1992. Paul Asciak miet f 'April tal-2015. Huwa ħalla warajh legat kbir li qed ikun iċċelebrat f 'din il-wirja fit-Teatru Manoel b'kollaborazzjoni ma' Heritage Malta, kif ukoll l-Arkivji Nazzjonali u D'Amato Music Store.