MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532057

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2025 • illum opinjoni Iva għal ħinijiet ta' skola itwal (It-tieni parti) J inħtieġu sigħat skolastiċi itwal flimkien ma' ħsieb mill-ġdid serju tal- mod kif il-vaganzi jiġu mqassma matul is-sena skolas- tika. Il-vaganzi tas-sajf huma twal wisq u t-tfal iżgħar jinsew dak li tgħallmu speċjalment jekk il-ġenituri ma jsaħħux it-tagħlim permezz tal-kotba u attivitajiet oħra. Għandu jkollna perjodu itwal tal-vaganzi matul is-sena li jippermetti lill-għalliema jieħdu nifs ukoll għax xi drabi t-termini huma twal wisq. It-teknoloġi- ja tippermetti li jkollna l-arja kkondizzjonata u nistgħu naqilbu għall-isports bħall-għawm aktar milli l-atletika f 'perjodi aktar sħan. Dawn il-bidliet fil-ħsieb jistgħu jgħinuna nagħmlu din il-bidla. Xi ngħidu għal-lezzjonijiet privati? L-ammont li jintefaq f 'dawn il-lezzjonijiet għal min jiflaħ għalihom huwa redikolu u joħolqu qasma awtomatika bejn min jiflaħ u min ma jiflaħx iħallas. Fl-opinjoni tiegħi m'għandhomx ikunu meħtieġa ... u forsi għalhekk bħalissa għandna ġranet qosra tal-iskola! Għalliema serji u dedikati żgur li m'għandux ikollhom għalfejn jikkumplimentaw dak li jaqilgħu mis-salarju tal-iskola tagħhom permezz ta' lezzjonijiet wara l-ħin tal-iskola. Għalkemm kien hemm żieda fil-pagi u l-pakkett tagħhom, dan għadu mhux komparabbli ma' dak li jaqla' avukat, dentist, tabib. Imma ma ninsewx li l-għalliema huma dawk li jippermettu lill-oħrajn isiru professjonisti fil-qasam tagħhom u madankollu jispiċċaw jaqilgħu ferm inqas minn dawk li huma stess xi darba għallmu! X'inġustizzja! Ħafna jikkummentaw li l-edukaturi għandhom vaganzi ... ħrafa oħra. Kwalunkwe għalliem professjonali jaf sew li l-vaganzi tas-sajf huma hemm biex jippreparaw għas-sena akkademika li ġejja u li l-biċċa l-kbira tal-vaganzi l-oħra jintużaw biex jikkoreġu x-xogħol tal-istudenti. Allura għaliex għandna bżonn ġranet tal-iskola itwal jekk is- sillabi għandhom jiġu revisti? Għandna bżonn iż-żmien biex ngħallmu l-ħiliet diġitali, biex ninkoraġġixxu l-ħidma f 'tim u titrawwem il-kollaborazzjoni. Għandna bżonn ukoll iż- żmien bħala edukaturi biex nippreżentaw l-istess materjal b'modi differenti biex jinkludu modi differenti ta' tagħlim. Jeħtieġ li l-edukaturi jingħataw il-ħin biex jirriflettu fuq il- prattika tagħhom u jiddiskutu dak li qed jagħmlu fil-klassi mas-Senior Management Team, mal-Inclusive Co-ordinator u anke mal-uffiċjali responsabbli mill-qasam tagħhom. Li serjament huma nuqqas f 'dan kollu huwa l-fatt li t-tagħlim mhuwiex dwar kunċetti iżda sar maqsum f 'suġġetti. Ġustament bħala edukaturi aħna lkoll kburin bis-suġġett tagħna stess imma naħseb li qed nonqsu serjament lejn l-istudenti tagħna ghax mhux isir tagħlim ħolistiku. Għandna bżonn sistema fejn ngħallmu flimkien, fejn ngħallmu kunċetti lill-istudenti u fejn aħna bħala edukaturi nistgħu nikkollaboraw. Dan jgħodd ukoll għall-konnessjoni bejn il-ħsieb u l-ħiliet. Nixtieq nara skejjel fejn kulħadd, l-istudenti u l-edukaturi jitgħallmu flimkien, u dawk li huma inklinati akkademikament jistgħu jiġu ggwidati biex jitgħallmu l-ħiliet filwaqt li dawk li huma aktar hands on jitgħallmu suġġetti li huma aktar astratti. Fi kwalunkwe ambjent ta' tagħlim, l-istudenti jitgħallmu mill-għalliema tagħhom iżda mhux biss! Aħna l-għalliema għandna x'nitgħallmu qatigħ mill-istudenti tagħna stess. Huwa fatt ukoll li l-istudenti jitgħallmu ħafna minn xulxin u li dan għandu dejjem jiġi mħeġġeġ. Għalhekk naħseb li ġranet tal-iskola it itwal huma aħjar. Naħseb li l-biċċa l-kbira tal- istudenti u l-edukaturi jemmnu li hemm bżonn li t-tagħlim isir b'mod rilassat, fejn l-edukaturi jingħataw il-kumpens li verament jixirqilhom mingħajr ma jkollhom iħejju b'mod addizzjonali għat- tagħlim privat tagħhom. L-iktar importanti huwa li l-istudenti mbagħad ikunu liberi li jirrilassaw id-dar jew li jagħmlu l-isports jew l-attivitajiet favoriti tagħhom mingħajr l-ebda xogħol tad-dar, sabiex jirritornaw l-iskola l-għada b'moħħ frisk. Membru Parlamentari tal-Partit Laburista KATYA DE GIOVANNI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 February 2025