MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532057

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

09 opinjoni IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2025 • illum Deputat tal-PN fil-PAC u Shadow Minister għall-Amministrazzjoni Pubblika, ix-Xandir Pubbliku u l-Ġlieda Kontra d-Dijabete CLAUDETTE BUTTIGIEG Oppożizzjoni proattiva S piss, meta nkun qed nitkellem man-nies, jistaqsuni fuq il-ħidma parlamentari. Kważi kważi jissorprendu ruħhom li jien għandi għal qalbi l-ħidma parlamentari. Jiena ġenwinament nemmen li mill-parlament nistgħu nagħmlu ħafna ġid, iżda biex nirnexxu f 'din il-ħidma rridu nisimgħu u nitkell- mu man-nies. Jekk inħares biss lejn il-ħidma parlamentari tal-ġimgħa li għaddiet, b'sodisfazzjon ngħid li t-tim tad-deputati li nifforma parti minnu, il-Partit Nazzjonalista, għalkemm fl-Oppożizzjoni, għamel xogħol tajjeb ħafna. Nhar it-Tnejn u t-Tlieta, pereżempju, iddiskutejna r-rapport tas-sostenibbiltà f 'pajjiżna. Kien hemm diversi diskorsi li kienu ta' valur u portata fejn kien jidher ċar li d-deputati tal-Partit Nazzjonalista huma ppreparati. Diskorsi riċerkati li koprew diversi oqsma tal-kunċett tas-sostenibbiltà minn perspettivi differenti. Nhar it-Tlieta wkoll, reġa' ltaqa' l-kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi. Dan il-kumitat parlamentari huwa l-uniku kumitat li jitmexxa minn deputat li mhux min-naħa tal-Gvern. Fil-każ tagħna huwa l-Onor. Darren Carabott li jmexxi l-kumitat, filwaqt li l-Onor. Graham Bencini u jien, membri f 'isem l-Oppożizzjoni u l-Gvern, għandu erba' membri. Fil-laqgħa ta' nhar it-Tliet, fuq talba tal-Oppożizzjoni, bdejna niddiskutu rapport tal-Awditur Ġenerali marbut mal-ħidma tal- Kummissjoni tal-Films f 'Malta. Waqt din il-laqgħa, reġgħet ġiet ikkonfermata kif il-Gvern ħalla flus il-poplu jitberbqu bl-addoċċ, bla pjan u bla rendikont mill- Kummissjoni tal-Films, hekk kif l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika beda jagħti l-informazzjoni fl-investigazzjoni quddiem il- Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi fil-Parlament. Wara li f 'Awwissu 2023, id- deputati tal-Partit Nazzjonalista fil- Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi, flimkien max-Shadow Minister Julie Zahra, għamlu talba lill- Awditur Ġenerali biex jinvestiga il-Kummissjoni tal-Films, inkluż il-Malta Film Week u anke l-Malta Films Awards, f 'Novembru 2024, ġie ppubblikat ir-rapport "Evaluating the role of the Malta Commission in promoting the Maltese film industry" – li fih ħarġu numru ta' konklużjonijiet u kixfu n-nuqqasijiet fi ħdan il-Kummissjoni tal-Films dwar il-mod kif tamministra l-miljuni ta' flus il-poplu. Ħareġ ċar illi hemm nuqqasijiet serji fil-governanza, fit- trasparenza, fil-kontabilità u anke fid-dokumentazzjoni bankarja li huma l-pern tal-operat tal- Kummissjoni tal-Films ta' Malta. Tant hu hekk illi, minħabba n-nuqqas ta' informazzjoni li l-Kummissjoni baqgħet qatt ma għaddiet lill-Awditur Ġenerali, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika sabuha diffiċli immens biex jaslu għal stampa ċara ta' x'verament kien qed jiġri fit-tmexxija tal-istess Kummissjoni tal-Films, b'mod partikolari dak li seħħ u xi ntefaq waqt il-Malta Films Week u l-Malta Film Awards. Saħansitra, intqal bla tlaqliq li ma setgħux jimu l-Value for Money li ħa l-poplu Malti mill- infiq li għamlet il-Kummissjoni tal-Films. L-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali għamilha ċara li l-Kummissjoni tal-Films ma pprovdietx rendikont u l-bilanċi tal-kontijiet bankarji. Fil-fatt, it-talba tal-Awditur Ġenerali, biex il-Kummissjoni tipprovdi bilanċi u statements bankarji ġiet injorata għal xhur sħaħ u dan wassal biex l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali lanqas biss seta' jiddetermina l-Kummissjoni tal-Films kemm għandha kontijiet bankarji u kemm kienet il-veru nefqa tal-fondi pubbliċi fosthom fid-diversi avvenimenti marbutin mal-Malta Film Week u l-Malta Film Awards. L-industrija tal-films f 'pajjiżna għandha potenzjal enormi, kemm biex tkabbar u tinvesti fit-talent u l-produzzjonijiet lokali – u saħansitra tkabbar il- fama internazzjonali tagħha, iżda l-attitudni tal-Gvern preżenti qed iżżomm dan lura. Hija l-ħidma tad-deputati Nazzjonalisti fil- parlament li qed twassal biex jinkixfu dawn in-nuqqasijiet li għandhom jiġu rranġati malajr kemm jista' jkun għaliex qed nitkellmu fuq fondi pubbliċi, jiġifieri flus il-poplu! Il-ħidma parlamentari kompliet nhar l-Erbgħa meta l-Parlament iddiskuta mozzjoni mressqa mill-Partit Nazzjonalista biex l-Avviż Legali li ppubblika l-Gvern dwar l-Anti-SLAPP jitjieb u sabiex jitwettqu b'mod sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal- inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, u li l-Gvern ilu jinjora għal aktar minn tliet snin. Din il-mozzjoni ġiet ippreżentata mix-Shadow Minister għall- Ġustizzja Karol Aquilina, kif ukoll minni bħala Shadow Minister għall-Amministrazzjoni Pubblika u x-Xandir Pubbliku f 'Novembru 2024. Fl-aħħar ta' Lulju li għadda, il-Gvern kien ħareġ jiaħar li d-direttiva Anti-SLAPP tal-Unjoni Ewropea se ssir parti mil-liġijiet ta' pajjiżna permezz ta' Avviż Legali. Dan l-Avviż Legali jagħti lill- ġurnalisti Maltin l-inqas livell ta' protezzjoni li joħroġ mid-direttiva. Il-Partit Nazzjonalista jqis id-direttiva Anti-SLAPP bħala opportunità kbira biex pajjiżna mhux biss ikollu liġijiet li jkunu skont id-direttivi tal-Unjoni Ewropea, iżda li jkunu joffru tassew l-ogħla livell possibbli ta' ħarsien għall-ġurnalisti mill- abbużi ta' dawk li jridu jaħbu l-verità. Għalhekk permezz ta' din il-mozzjoni, il-PN ippropona diversi emendi biex tittejjeb il-liġi Anti-SLAPP, fosthom proposta li tressqet fuq suġġeriment u b'konsultazzjoni mal-Istitut tal- Ġurnalisti Maltin, l-IĠM. Sfortunatament il-Gvern għażel li jarmi kull proposta li tressqet mill-Oppożizzjoni. Talba ċkejkna, simbolika, biex nistiednu liż- żewġ rappreżentanti tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin biex ikunu preżenti fil-kamra (u mhux fil- gallarija) ukoll ġiet irriutata. Din id-direttiva tal-Unjoni Ewropea li għandha l-għan li twaqqaf persuni li jkollhom l-intenzjoni jkissru lill-ġurnalisti finanzjarjament biex jagħlqulhom ħalqhom tipprovdi provedimenti minimi biex dan isir. Id-direttiva li hija msemmija għal Daphne Caruana Galizia, tista' titjieb bil- bosta iżda l-Gvern qed jirriuta li jagħmel dan. Ta' min jinnota li f 'diskorsi li jixbhu dawk ta' xi pajjiż bħal Korea ta' Fuq, l-ebda Ministru ma rrefera għal-liġi b'isimha u ħadd minnhom ma semma' l-fatt li Daphne ġiet assassinata brutalment għax kienet qed tagħmel xogħolha. Dan kollu ma jaqtgħalniex qalbna imma jkompli jsaħħaħ id- determinazzjoni tagħna li nkomplu niġġieldu għal dak li hu sewwa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 February 2025