Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532057
10 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2025 • illum opinjoni Membru Parlamentari Laburista RAMONA ATTARD Insaħħu l-effettività tal-ġustizzja u naqtgħu l-abbuż I r-riforma fl-inkjesti hija għodda oħra li se ssaħħaħ id-drittijiet tal-Maltin u l-Għawdxin. Għandna sitwazzjoni fejn inkjesti li jkun talabhom individwu privat bit-tama li ssir ġustizzja, uħud minnhom jistgħu jkunu fuq imwiet ta' qraba, li għadhom ma ngħalqux minkejja numru ta' snin. Wara kull inkjesta li ma ngħalqitx hemm persuna, hemm familji sħaħ li sakemm għadhom ħajjin jittamaw li xi darba ssir ġustizzja mingħajr ma s'issa għandhom tragward meta dan se jiġri. Dan kollu ser jinbidel. B'din ir-riforma, issa inkjesta trid tkun lesta sa sentejn wara li jkun sar ir-rapport. B'hekk din il-miżura tikkunsidra l-bżonnijiet li jkun hemm sabiex jinġabru l-provi imma fl-istess waqt tieħu ħsieb li ssir ġustizzja fil-ħin, kemm għall-vittma, kif ukoll għas-suspettat. B'hekk kont mistagħġba kif waqt dibattitu fuq l-istazzjoni nazzjonali mal-Ministru Jonathan Attard, ix-Shadow Minister għall- Ġustizzja Karol Aquilina ddikjara li jekk il-Partit Nazzjonalista jkun fil-Gvern, hu kien se jreġġa' lura din ir-riforma ħlief għal xi partijiet li kien ukoll vag dwarhom. B'dak li qal, Karol Aquilina qed juri insensittività għal min ilu jistenna ħafna snin li ssir ġustizzja u għadu jittama. L-insensittività ta' Karol Aquilina issa drajnieha. Waqt li d-Deputat Laburista Carmelo Abela emozzjona ruħu għax beda jirrakkonta fil-Parlament l-effett fuqu u fuq il-familja ta' gidba ffabrikata li saret fuqu, hu beda jidħaq. F'ċirkostanzi bħal dawn, l-inqas ħaġa li kont nistenna kienet li ssir apoloġija lil Carmelo. Din l-istess insensittività issa qed narawha f 'dan il-qasam, meta jheddu li din il-liġi li tagħti d-drittijiet lil persuni li anke intortament imissu ma' xi inkjesta, titreġġa' lura jekk jitla' l-PN fil- Gvern. Nistaqsi jekk din id- dikjarazzjoni għandhiex l-appoġġ tal-grupp parlamentari kollu tal- Partit Nazzjonalista għax insibha diffiċli kif it mumenti wara li kien ħareġ biss il-ġist tal-abbozz ta' liġi fuq dan is-suġġett, id- Deputat Nazzjonalista kellu ċans jifli kollox bir-reqqa, jikkonsulta mal-grupp Parlamentari kollu u joħroġ bil-pożizzjoni daqstant b'saħħitha kontra. Apparti li din ir-reazzjoni kienet ċertament ta' malajr u mingħajr ħsieb meta tikkunsidra li kien għadu lanqas biss ġie ppubblikat l-abbozz intier. Ma imtx ukoll kif it jiem ilu, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista vvotat kontra l-Ewwel Qari ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, jiġifieri litteralment ivvotaw kontra t-titlu ta' dan l-abbozz mingħajr ma kienu għadhom ġew ippubblikati l-emendi li qed jiġu proposti. Il-bżonn ta' riforma f 'dan il-qasam mhux biss ġiet mis- sitwazzjoni ta' nies li missew ma' dan il-qasam u weġġgħu wkoll bil-liġi kif inhi bħalissa, iżda anke minn persuni li jaħdmu fil- professjoni legali. Professjonisti legali esprimew it-tħassib tagħhom, għall-fatt li qed jinfetħu rikorsi fil-Qorti li jitolbu l-uħ ta' inkjesti bbażati biss fuq artikli ta' bloggs, bi wħud minnhom lanqas biss ikollhom awtur u jikkwotaw sorsi anonimi. Għalhekk b'din ir-riforma issa rikorsi ta' dan it-tip iridu jiġu sostnuti bi provi li jiġġustifikawhom. Professjonisti legali tkellmu wkoll fuq is-sitwazzjoni tal- esperti li jiġu maħtura mill- Qorti. Qegħdin f 'sitwazzjoni fejn qed naraw waqt il-proċeduri li għaddejjin fil-Qorti, f 'inkjesti li kienu bbażati totalment fuq ix-xogħol ta' esperti, spiċċaw b'seduti tal-Qorti ddominati, jew għax l-espert ma jkunx irid jiġi Malta biex l-avukati tad-difiża jkunu jistgħu jsaqsuh domandi, jew inkella b'esperti li mhumiex kwalifikati għall-inkarigu mogħti lilhom skont il-liġi Maltija. U dan minkejja li tħallsu eluf ta' ewro mingħajr ebda skrutinju. Għalhekk issa kull spiża fuq inkjesta li tkun sostanzjali se tiġi approvata minn qabel mill-Prim Imħallef. Professjonisti legali saħqu wkoll li ma tagħmilx sens li s-sistema tal-inkjesti mhijiex aġġornata għad-drittijiet li daħħlu mill-2013 'l hawn bħad-dritt tal-assistenza legali waqt l-interrogazzjonijiet u d-disclosure, jiġifieri d-dritt li tingħata l-informazzjoni kollha ta' dak kollu li jkun hemm f 'investigazzjoni kontrik. Spiċċajna f 'sitwazzjoni fejn inkjesti jkunu nfetħu fuq talba tal-privat b'suspettat partikolari, imbagħad b'xi mod numru oħra ta' nies jispiċċaw akkużati, mingħajr qatt biss ikunu jafu li qed jiġu investigati u mingħajr qatt ma ngħataw id- drittijiet tagħhom bħal li jkunu rappreżentati minn avukati jekk jixhdu waqt l-inkjesta jew mingħajr saħansitra ngħataw id-dritt li jwieġbu għas-suspetti kontrihom u wisq inqas id-dritt għad-disclosure. Permezz ta' din ir-riforma issa dawn id-drittijiet se jingħataw ukoll f 'każ ta' inkjesti. Il-proċess issa se jiskatta permezz ta' rapport ġuramentat magħmul lill-Pulizija, li għandhom l-għodod propji li jinvestigaw jekk hemmx reati kriminali. Jekk ma jkunx hemm eżitu ta' din l-investigazzjoni wara sitt xhur, min jagħmel ir-rapport ikollu d-dritt jagħmel talba quddiem il-Qorti Kriminali li tista' tordna uħ ta' inkjesta maġisterjali. B'din ir-riforma, il-vittmi jew qraba tagħhom se kollhom id- dritt ukoll biex wara sitt xhur mill- uħ tal-aċċess ikunu infurmati mill-Avukat Ġenerali, sa fejn ikun legalment possibbli, jiġifieri sakemm ma tiġix ippreġudikata l- investigazzjoni innifisha, fiex waslet l-inkjesta. Nikkonkludi billi ngħid li fl-opinjoni tiegħi din ir-riforma hi mibnija fuq tliet pilastri, l-ewwel – fuq id-dritt tal-vittma jew qraba tagħha li tkun infurmata dwar l-inkjesta u li ssir ġustizzja fi żmien raġonevoli li ma jkarkarx numru twil ta' snin. It-tieni pilastru mibni fuq id-drittijiet ukoll ta' min ikun suspettat, drittjiet bażiċi li ddaħħlu mill-2013 'l hawn issa se japplikaw għall-inkjesti wkoll, it-tielet pilastru – ir-riżorsi tal- ġustizzja jintużaw sabiex verament issir ġustizzja u mhux biex issir persekuzzjoni kontra individwu bbażata fuq fatti ivvintati jew fuq insinwazzjonijiet li ma jistgħux jiġu vverifikati. Jien irrid li r-riżorsi tal-ġustizzja jintużaw fejn verament hemm bżonn, bħal fil-qasam tal-familja u tal-vjolenza domestika, u anki ta' drogi u reati oħra, u mhux jinħlew riżorsi u żmien bl-intenzjoni li xi ħadd possibbilment juża lakuni legali biex jittanta jfarrak in-nies. Dan kien l-ewwel gvern li ħatar erba' maġistrati ffukati biss fuq inkjesti; pass kuraġġuż li l-ebda gvern ieħor qatt m'għamel. L-istess gvern li reħa l-poter minn idejh li jappunta l-membri tal-ġudikatura l-istess gvern li daħħal il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, il- whistleblower act u t-tneħħija tal-preskrizzjoni għar-reati ta' korruzzjoni kommessi minn politiċi. Għalhekk dan il-Gvern mhux biss għandu l-esperjenza imma huwa l-unika forza politika li effettivament għadha toħlom u twettaq ir-riformi. "Wara kull inkjesta li ma ngħalqitx hemm persuna, hemm familji sħaħ li sakemm għadhom ħajjin jittamaw li xi darba ssir ġustizzja"