Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532057
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-Kurunell Alex Dalli qatt ma kellu jkun direttur tal-ħabs, u lanqas ma kellu jkun Randolph Spiteri, l-assistent tiegħu, maħtura biex imexxu l-ħabs. Ir-rapport tal-Ombuds- man jikkonferma l-istejjer investigattivi li kienu bdew f 'din il-gazzetta u komplew fil-MaltaToday. Minn hawn insellmu lil Yendrick Cioffi u lil Albert Gauci Cun- ningham, żewġ persuni li dak iż-żmien kienu ġurnalisti mal-ILLUM u li kellhom il-kuraġġ jiktbu l-verità dwar il-ħabs. Insellmu lil dawk li wrew wiċċhom biex jikkonfermaw dawn l-istejjer, anke meta konna qed naffaċċjaw libelli fil-qrati. Insellmu fuq kollox lill-awtoritajiet li għamlu minn kollox biex jirredikolawna u lil dawk kollha li tkellmu dwar l-atroċitajiet u l-aġir ta' Dalli. Kien hemm żewġ karatteristiċi li ppremjaw lil Dalli u lil Spiteri. L-ewwel: il-fatt li dak iż-żmien kienu segwaċi ta' Joseph Muscat. Spiteri mhux dejjem kien. Infatti qabel l-2013 kien magħruf bħala persuna viċin ħafna ta' David Casa. It-tieni karatteristika hi li kienu persuni kattivi. Fir-rapport tal-Ombudsman hemm referenzi ċari għall-mod ta' kif il- ħabs kien qed jiġi mmexxi. Sakemm l-awtoritajiet fl-2021 indunaw li Alex Dalli u Randolph Spiteri ma kinux denji, kienu laħqu mietu numru ta' nies fil-ħabs; inkluż nies li ma kellhomx għalfejn jikkommettu suwiċidju. Każijiet u stejjer tal-waħx. Apparti l-istejjer l-oħra ta' kif kienu jiġu ttrattati ħabsin minn ġurnata għal oħra. Meta stħarriġ intern mill-psikjatra Anton Grech sab 'ċerti' nuqqasijiet, il- Ministru responsabbli Byron Camilleri sab iċ-ċans li jirringrazzja lil Dalli, u anzi kkumplimentah tal-passi li ħa fil- ħabs. U mhux hekk biss, il-Prim Ministru Robert Abela ħatru bħala delegat fil- Libja. Alex Dalli ma kienx persuna li għamel ġudizzju ħażin jew inkella kien inkompetenti. Imma kien kattiv u kriminali. Dawk iż-żewġ kunsiderazzjonijiet għamluh ineleġibbli għal dan l-inkarigu. U l-ebda Alla m'għandu jippremja bniedem bħal dan, anke jekk hu Laburist akkanit jew bniedem effikaċi f 'xogħlu. Wara li telaq Dalli, kien hemm stejjer oħra l-ħabs biex inkomplu nikkonfermaw kemm is-sitwazzjoni hija miskina. U ilha miskina, anke fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista meta kellna diretturi tal-ħabs li kienu kummidjanti bħal Alex Dalli u Randolph Spiteri. Il-ħabs mhux post ta' pjaċir, imma lanqas ifisser li nbiddlu l-ħabs f 'post ta' kastig fejn id-dinjità umana tiġi mneżżgħa u distrutta. Huwa ġustifikat li hawn min jitlob biex ikun hawn responsabbiltà politika. Huwa xieraq minkejja l-fatt li dawn is-suġġerimenti huma xprunati minn gwadann politiku. Dik hi d-demokrazija, sistema ta' checks and balances fejn min ikollu l-poter f 'idejh ikun taħt skrutinju. Jalla l-ħabs ikollu nies li jmexxuh b'mod eżemplari, li jkunu jafu jagħrfu s-sewwa mill-ħażin, u li jmexxu l-ħabs kif inhu xieraq fiż-żmien li qed ngħixu. Il-każ ta' Alex Dalli u l-Gvern