MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532057

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Jitnieda l-programm 'Inħobbok – Valentine's in Gozo 2025' Fi Frar li ġej, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku biex jiċċelebra l-wirt kulturali għani ta' pajjiżna b'żewġ avvenimenti uniċi – Castrum Maris fil-Forti Sant'Anġlu, u l-uħ speċjali tas-sit ta' San Pawl Milqi f 'Burmarrad, li normalment ikun magħluq. Għalkemm ninsabu fil-bidu tas-sena, u forsi tmiemha għalissa narawh 'il bogħod, Heritage Malta qed tiżgura li ta' kull xahar toffri opportunitajiet biex toħloq memorji li jispikkaw meta tħares lura. Nhar il-Ħadd 2 ta' Frar, il-Forti Sant'Anġlu, wieqaf setgħan fil-ponta tal- Birgu bħala l-aktar simbolu ikoniku tal- importanza strateġika tal-gżejjer tagħna, se jmur lura għall-kapitlu medjevali tiegħu. Mill-10:00 am sat-3:00 pm, re- enactors mill-Historical Re-enactment Group Malta se juru kif kienet il-ħajja fil- Fortizza Castrum Maris fis-snin 1400. Il-viżitaturi se jaraw lis-suldati fi lbies u armatura tal-perjodu u jitgħallmu dettalji dwar l-armi u l-provvisti essenzjali għad-difiża tal-Forti ta' dak iż-żmien. Il-biljetti tad-dħul se jkunu b'rati normali, filwaqt li l-membri ta' Heritage Malta u dawk li għandhom passaport tal-istudenti jew tal-anzjani jistgħu jidħlu b'xejn. Iċ-ċelebrazzjoni tal-festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl se nimmarkawha bil-uħ speċjali ta' San Pawl Milqi f 'Burmarrad, nhar it-Tnejn, 10 ta' Frar. Is-sit huwa tradizzjonalment meqjus bħala l-post fejn Publiju, il-Protos tal-gżira, laqa' u ospita lil San Pawl waqt iż-żmien li l-appostlu qatta' fil- gżira madwar is-sena 60 QK. Din l-opportunità rari li wieħed iżur dan is-sit storiku – li tipikament ikun magħluq – tinkludi ċ-ċelebrazzjoni ta' quddiesa bil-Malti fl-10:00 am, u żewġ dawriet iggwidati li jispjegaw is-sinifikat arkeoloġiku u reliġjuż tiegħu. Id-dawra bil-Malti tibda fid-9:00 am, segwita minn dawra bl-Ingliż fil-11:00 am. Peress li l-ispazji għal kull dawra huma limitati, huwa essenzjali li l-biljetti jinqatgħu minn qabel. Għall-membri ta' Heritage Malta se ssir attività esklussiva nhar is-Sibt 8 ta' Frar. Il-parteċipanti se jesploraw is-sit f 'dawra ggwidata, imbagħad se jkunu huma stess li jmiddu jdejhom f 'attivitajiet arkeoloġiċi, inkluż skavar u l-ikkatalogar tal-artefatti, taħt għajnejn esperti, għal għodwa tassew unika. L-attendenza hija b'xejn, iżda l-ispazji huma limitati, għaldaqstant huwa meħtieġ li l-biljetti jinqatgħu minn qabel. Ibbukkja l-biljetti tiegħek issa fuq www.heritagemalta.mt/store jew billi żżur xi mużew jew sit ta' Heritage Malta. Għal aktar dettalji u biex tiskopri aktar avvenimenti żur: www.heritagemalta. mt/whats-on. Heritage Malta tagħti l-ħajja lill-ġrajjiet ta' Malta fil-Forti Sant'Anġlu u f 'San Pawl Milqi fi Frar Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri nieda programm mimli attivitajiet relatati ma' Jum San Valentinu f 'Għawdex li se jkun mifrux bejn l-1 u s-16 ta' Frar 2025. Fil-fatt, id- Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għaddej bil-preparamenti sabiex għal sena oħra joffri esperjenza unika lil dawk kollha li jixtiequ jiċċelebraw il-festa tal-maħbubin fil- gżira Għawdxija. Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li biċ-ċelebrazzjonijiet ta' San Valentinu, il- kalendarju kulturali u vibranti f 'Għawdex jerġa' jibda jieħu l-ħajja. Dan l-avveniment sinifikanti f 'pajjiżna stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-attrazzjonijiet ewlenin li jwittu t-triq għal sena ta' esperjenzi kulturali indimentikabbli fil- gżira Għawdxija. Huwa spjega li l-għan ta' dan il-programm hu li tinħoloq atmosfera unika fejn Għawdex ikun ċentru ta' kultura u ospitalità. "Inħobbok – Valentine's in Gozo" hija fuq kollox okkażjoni oħra annwali biex Għawdex ikompli jispikka b'mod innovattiv. "L-impenn tagħna biex nagħmlu lil Għawdex bħala l-aqwa destinazzjoni Mediterranja huwa evidenti mhux biss fil-kreattività tal-avvenimenti li ntellgħu, iżda wkoll fid-dedikazzjoni tagħna biex inrawmu xena kulturali b'saħħitha. Dan l-investiment huwa kruċjali għall- aspirazzjonijiet tagħna li naraw lil Għawdex jiġi rikonoxxut bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2031, mira li tirrifletti l-identità unika u l-wirt dinamiku ta' gżiritna," stqarr il-Ministru Clint Camilleri. Il-programm ta' San Valentinu f 'Għawdex ta' din is-sena se jinkludi, kemm tradizzjonijiet, kif ukoll attrazzjonijiet ġodda maħsuba biex iferrħu lil kull min iżur il-gżira. Bħal dejjem, San Valentinu f 'Għawdex se jilħaq il-qofol tiegħu permezz ta' kunċert spettakolari fil-qalba tal-Belt Victoria fi Pjazza Indipendenza. Sabiex wieħed jaċċessa l-programm sħiħ bid-dettalji tal-attivitajiet jista' jidħol fuq: https://eventsingozo.com/valentines- in-gozo-2025/#programme-booklet. Il-Ministru Clint Camilleri temm billi stieden lil kulħadd sabiex iżur Għawdex għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ta' mħabba u kreattività li jagħtu bidu għal sena oħra importanti għall-vjaġġ kulturali u artistiku ta' Għawdex.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 February 2025