Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532057
Din li ġejja hija xi informazzjoni qasira dwar uħud mill-aqwa elementi ta' dawn il-films: Blondie (1938) 68 minuta. Direttur Frank Strayer, bl-atturi Penny Singleton, Arthur Lake, Larry Simms, Gene Lockhart, Ann Doran, Jonathan Hyde, Gordon Oliver, Danny Mummert u Irving Bacon. Dan l-ewwel film minn serje ta' 28 jintroduċi lill-familja, ta' it serjetà, Bumstead bi storja tipikament umoristika; Dagwood jitkeċċa mix-xogħol u Blondie taħseb li qed jiġri man-nisa lejliet il-ħames anniversarju mit-tieġ tagħhom. Blondie Meets e Boss (1939) 75 minuta. Jaħdmu Penny Singleton, Arthur Lake, Larry Simms, Dorothy Moore, Jonathan Hyde, Danny Mummert u Irving Bacon taħt id- direzzjoni ta' Frank Strayer. Din id-darba Blondie tieħu l-kontroll tal-uffiċċju meta Dagwood joħroġ jistad. F'partiċelli nsibu lil James Craig u Robert Sterling. Blondie Takes A Vacation (1939) 68 minuta. Direttur Frank Strayer. Jieħdu sehem Penny Singleton, Arthur Lake, Danny Mummert, Donald Meek, Elizabeth Dunne u irving Bacon. Blondie u l-familja jieħdu pussess ta' akkomodazzjoni fuq muntanja biex isalvawha minn falliment u f 'dan il-film divertenti jinvolvu ruħhom f 'ħafna inkwiet. Blondie Brings Up Baby (1939) 67 minuta. Dirett minn Frank Strayer bl-atturi Penny Singleton, Arthur Lake, Larry Simms, Danny Mummert, Jonathan Hale u Peggy Ann Garner. L-affarijiet jirrankaw b'ħeffa meta Baby Dumpling jibda jmur l-iskola u jisparixxi bil- prużuntuż u ineffiċjenti Dagwood isus warajh. Robert Sterling u Bruce Bennett, atturi popolari tal-futur, jidhru f 'partijiet ċkejkna. Blondie On A Budget (1940) 73 minuta. Taħt is-soltu Direttur Frank Strayer, jidhru Penny Singleton, Arthur Hale, Rita Hayworth, Larry Simms, Danny Mummert, Fay Helm u Irving Bacon. Rita Hayworth, li wara saret waħda mill-aktar imfittxija ta' Columbia Pictures, tinterpreta l-maħbuba ta' qabel ta' Dagwood, fatt li jnissel għira fi Blondie. Il- preżenza ta' Hayworth tqajjem din il-produzzjoni. Blondie Has Servant Trouble (1940) 70 minuta. Dirett minn Frank Strayer. Jaħdmu Penny Singleton, Arthur Lake, Larry Simms, Danny Mummert, Jonathan Hale, Irving Bacon u Fay Helm. Kummiedja divertenti ambjentata f 'dar imsaħħra. Il-familja Bumstead jorqdu f 'dar li tbeżża' mimlija seuri strambi u "iħirsa". Blondie Plays Cupid (1940) 68 minuta. Direttur Frank Strayer. Penny Singleton, Arthur Lake, Glenn Ford, Danny Mummert, Jonathan Hale u Irving Bacon. Blondie tgħin koppja żagħżugħa jaħarbu imma l-imħabba vera ma tinbitx malajr. Xogħol sodisfaċenti megħjun miż-żagħżugħ Glen Ford. Blondie Goes Latin (1941) 69 minuta. Jerġa' jidderieġi Frank Strayer bis-soltu atturi Penny Singleton, Arthur Lake, Larry Simms, Jonathan Hale, Irving Bacon u Tito Guizar u Ruth Terry. F'mawra fuq cruise fl-Amerka t'Isfel, Dagwood jingħaqad mal- banda bit-tnabar ta' Tito Guizar u Blondie ttiha għaż-żfin u l-kant. Atmosfera ta' ferħ u bluha. Blondie Goes To College (1942) 74 minuta. Direttur Frank Strayer. Jaħdmu Penny Singleton, Arthur Lake, Larry Simms, Jonathan Lake, Danny Mummert, Larry Parks, Janet Blair, Lloyd Bridges u Adele Mara. Komplikazzjonijiet li wieħed jista' jobsorhom jinqalgħu meta l-Bumsteads jerġgħu lura lejn l-iskola u jagħmlu tabirruħhom li mhumiex miżżewġin. Blondie's Blessed Event (1942) 69 minuta. Dirett minn Frank Strayer, bl-attur Penny Singleton, Arthur Lake, Larry Simms, Norma Jean Wayne, Jonathan Hale, Danny Mummert, Hans Conrad u Irving Bacon. Dagwood iqajjem paniku kbir waqt laqgħa importanti waqt li Baby Dumpling issa għandu oħtu ġdida, Cookie, f 'dan l-episodju mħarrek sewwa. Blondie Knows Best (1946) 69 minuta. Din id-darba d-Direttur hu Abby Berlin u l-atturi huma Penny Singleton, Arthur Lake, Larry Simms, Marjorie Kent, Shemp Howard (wieħed mit-ree Stooges) u Danny Mummert. Dagwood jippretendi li hu l-imgħallem u jqajjem ħafna komplikazzjonijiet f 'din il-produzzjoni minuri aġevolata minn Shemp Howard bħala wieħed b'vista baxxa. Blondie's Big Deal (1949) 69 minuta. Dirett minn Edward Bernds. Jidhru Penny Singleton, Arthur Lake, Larry Simms, Jerome Cowan, Marjorie Kent, Eddie Acuff u Danny Mummert. Hawn Dagwood jivvinta żebgħa li ma taqbadx u jmur tassew żmerċ meta jiżbogħ id-dar tal-imgħallem tiegħu. Dan għaliex xi kompetituri mingħajr skrupli jbiddlulu ż-żebgħa tiegħu. Beware Of Blondie (1950) 66 minuta. Direttur Edward Bernds. L-atturi huma Penny Singleton, Arthur Lake, Larry Simms, Marjorie Kent, Adele Jerkins u Danny Mummert. Mr. Dithers jagħmel l-akbar żball ta' ħajtu meta jieħu vaganza u jpoġġi lil Dagwood bħala l-kap tal-uffiċċju tiegħu. F'dan l-aħħar film minn din is-serje jkun Edward Earle li jinterpreta lil Dithers, li tintroduci l-familja Woodley li huma l-ġirien tal-Bumsteads fl-istrixxa komika. Il-films tal-bidu, sas-sena 1944, kienu superjuri għall-oħrajn li ġew wara. Minħabba appelli mill- pubbliku, biex tissodisfa d-domanda tal-udjenzi li xtaqu aktar episodji, il-Kumpanija Columbia Pictures iddeċidiet taħdem aktar films minn din is-sensiela li rriżultaw b'anqas ideat u immaġinazzjoni, magħmula bl-għaġla u bi stil ta' kaaf. Xorta waħda n-nies baqgħu juru interess fihom fil-it snin ta' wara l-gwerra. Meta dawn il-produzzjonijiet dehru għall-ewwel darba fuq it-TV, King Features Syndicate neħħewlhom il-uħ oriġinali u l-kretti tal-final, ippreparaw din is-serje televiżiva bħal xi tema ta' kanzunetta, u żiedu l-ħin ta' dawk l-episodji li kienu qosra għal 75 minuta billi inkludew xeni qabel it-titlu tal-bidu. Xi stazzjonijiet oħra, wara, neħħew dan il-materjal żejjed, però oħrajn m'għamlux hekk. Dawk li jsegwuhom għandhom ikunu jafu li din mhix il-proċedura kif dawn il-films verament ta' gost kienu intwerew għall-ewwel darba fit-teatri. 14 films IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2025 • illum Carmel Bonnici Blondie – serje ta' 28 film dwar familja tipikament Amerikana IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA