MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532271

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Ix-xadini minn dejjem kienu popolari fiċ-ċinema. It-tfal jogħxew ħafna fuqhom l-aktar meta dawn l-annimali jimitaw lill-bnedmin. Ħafna huma dawk li jħobbu jrabbuhom bħala annimali domestiċi. Ix-xadini jħobbu ħafna l-banana u jafu sewwa kif iqaxxruha. Il-kumpanija Disney ġieli ħadmet films fejn dawn il-ħlejjaq kellhom parti sostanzjali, bħal e Monkey's Uncle (1965) u Monkeys Go Home (1967). Produzzjonijiet serji dwarhom kienu Gorillas In e Mist (1988), Monket Shines (1988), eċċ. Clint Eastwood ħadem ma' orangutan f 'Every Which Way But Loose (1978) u Any Which Way You Can (1980). Il-gorilla King Kong, ta' kobor immens hija popolari sal-preżent f 'ruxxmata ta' films sa mis-sena 1933 u oħrajn bħal Son Of Kong, diversi sequels u anki Mighty Joe Young (1949 u 1998). Żgur li l-iżjed xadina famuża u popolari hija Cheetah li ferrħet lil miljuni ta' spettaturi f 'films ta' Tarzan, l-aktar dawk ta' Johnny Weissmuller f 'serje ta' tlettax-il film. Xadina oħra intelliġenti hija dik li dehret ma' Sabu f 'Cobra Woman (1943). Però, dan l-artiklu hu ffukat fuq serje ta' ħames films, Planet Of e Apes li ħarġu bejn is-snin 1968–1973. Fis-sena 2001 ħareġ film ieħor bl-istess isem ta' Planet Of e Apes b'impatt ħafna iżjed pwerili minn dak oriġinali. Din is-sensiela kellha qawmien mill- ġdid fl-2011 b'mod epiku u anki interessanti b'Rise Of e Planet Of e Apes u kompliet b'vitaltà b'xogħlijiet bħal Dawn Of e Planet Of e Apes (2014), War For e Planet Of e Apes (2017) u s-sequel Kingdom Of e Planet Of e Apes (2024), bi probabbiltà kbira li din se tkompli. Il-profitti komplew jakkumulaw permezz ta' kotba, komiks, video games u anki ġugarelli. Planet Of e Apes hija l-itwal serje Amerikana tax-xjenza fittizja li s'issa rendiet aktar minn $2 biljun fuq baġit totali ta' kwart minn din is-somma. L-awtur oriġinali tal-film Planet Of e Apes hu l-Franċiż Pierre Boulle. Dan l-awtur twieled nhar l-20 ta' Frar 1912 bl-isem ta' Pierre Francois Marie Louis Boulle f 'Avignon, Franza. Il-kittieb Boulle hu l-aktar famuż għal żewġ xogħlijiet, e Bridge On e River Kwai (1952) u Planet Of e Apes (1963) li wara nħadmu films u rebħu xi Oscars. Boulle miet nhar it-30 ta' Jannar 1994 f 'Pariġi fl-għomor ta' 81 sena. Hu kien inġinier li kien qed iservi ta' aġent sigriet f 'Singapore mal- Free French. Meta nqabad mill- Ġappuniżi serva sentejn b'xogħol iebes. Kienu dawn l-esperjenzi li għenuh jikteb e Bridge On e River Kwai dwar l-infamija Ferrovija tal-Mewt, li malajr sar best seller. Il-film epiku u spettakolari tal-1957 rebaħ seba' Oscars u kien l-awtur stess li kiteb l-iscreen play tiegħu flimkien ma' tnejn oħra li ma setgħux juru isimhom. In-novella l-oħra tax-xjenza fittizja, Planet Of e Apes, li fiha xadini intelliġenti jieħdmu kontroll fuq l-umani, ġiet adattata f 'serje ta' disa' films li rebħu diversi unuri u li minnhom ħarġet verżjoni għat-TV u, kif diġà semmejt, ġugarelli bit-temi tal- films. Fl-1963, wara novelli oħra ta' suċċess, Boulle ppubblika l-ktieb famuż tiegħu La Planete De Singes, li fl-1964 tawh l-isem ta' Monkey Planet minn Xan Fielding u wara reġa' ħareġ il-ktieb issa bl-isem ta' Planet Of e Apes. Dan il-volum mill-ewwel ġie mfaħħar sewwa bħal dan ir-rapport tal-gazzetta Ingliża e Guardian – "Xjenza Fittizja klassika ... mimli eċitament u satirikament intelliġenti". Fis-sena 2500, grupp ta' astronawti, inkluż il-ġurnalista Ulysse Merou, jitilqu fuq vjaġġ lejn pjaneta fis-sistema solari ta' Betelgeuse. Meta jillendjaw jiskopru dinja stramba fejn xadini u gorilli bravi huma s-sidien u l-umani qishom slavaġ magħluqin f 'gaġeġ fiż-zoos biex jiġu użati għall-esperimenti fil-laboratorju u kkaċċjati bħala delizzju. L-istorja ta' Ulysse, maqbud u l-isforzi tiegħu biex jibqa' jgħix u b'final li jaħsdek minn ġewwa hekk kif jirritorna lejn id-dinja u l-iskoperta tiegħu tal-aħħar, tassew hi fantastika, unika, u li żgur tissummak. Din in-novella qisha bħala parabbola dwar ix-xjenza, l-evoluzzjoni, kif il-bniedem kisser id-dinja billi ma beżax għall-ambjent u anki dwar ir-relazzjoni bejn il-bniedem u l-annimal. 14 films IL-ĦADD 9 TA" FRAR 2025 • illum Carmel Bonnici Is-sensiela oriġinali Planet of the Apes L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Pierre Boulle

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 February 2025