Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532271
08
aħbarijiet
IL-ĦADD 9 TA" FRAR 2025 • illum
opinjoni
X'hemm komuni bejn ġobon ta' fama dinjija
bħalm'hu l-Parmigiano Reggiano, il-Feta u
l-Gorgonzola, u l-ġbejna tan-nagħaġ?
D
awn il-prodotti kollha għandhom
id-dritt li fit-tikketta jġibu l-logo ta'
Prodott ta' Denominazzjoni Oriġini
Protetta (DOP). Dan iċ-ċertifikat tagħtih
l-Unjoni Ewropea lil dawk il-prodotti
agrikoli u tal-ikel li hi tikkunsidra bħala
uniċi u li jistħoqqilhom protezzjoni minn
kompetizzjoni inġusta.
L-iskema tad-DOP tnediet fl-1992,
mhux biss bl-iskop li tipproteġi lil dawn
il-prodotti reġjonali, imma wkoll bħala
mezz kif l-Unjoni Ewropea tgħin lill-bdiewa
jġibu prezz aħjar għall-prodotti tagħhom,
tipproteġi lill-konsumatur billi tiżgura li jkun
offrut prodott ġenwin u ta' kwalità, u biex
b'mod ġenerali tippromovi l-attività agrikola.
Din il-protezzjoni tingħata fil-pajjiżi
kollha tal-Unjoni Ewropea. Imma bis-
saħħa ta' numru ta' ehimiet bilaterali
li l-Unjoni għandha ma' pajjiżi mhux
membri, din il-protezzjoni hi estiża għal
ħafna pajjiżi mxerrda mad-dinja kollha.
Dan ir-rikonoxximent li ngħatat il-ġbejna
tan-nagħaġ ifisser li huma biss il-ġbejniet ta'
din il-kwalità prodotti f 'Malta u Għawdex
li jistgħu jissejħu bħala ġbejniet tan-nagħaġ.
Dan mistenni joħloq opportunitajiet tajbin
għal raħħala li jipproduċu dawn il-ġbejniet,
kemm fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll lil hinn
minnha.
Qabel ma toħroġ ċertifikat bħal dan,
l-Unjoni Ewropea tkun trid tiżgura li
l-produzzjoni ta' prodotti DOP tilħaq
l-istandards stabbiliti biex b'hekk ikun
hemm serħan il-moħħ fuq il-kwalità li tkun
qed tiġi offruta lill-konsumaturi. L-Unjoni
titlob ukoll li r-raħħala jirrispettaw it-
tradizzjonijiet marbuta mal-produzzjoni
tal-ġbejna tan-nagħaġ. L-evalwazzjoni
tal-applikazzjonijiet biex prodotti jingħataw
id-DOP tieħu s-snin. Ikun hemm
diskussjonijiet intensi u kontinwi mal-
Kummissjoni Ewropea li fl-aħħar iwasslu
biex ikun hemm ehim fuq l-istandards
li jkunu jridu jinżammu fil-produzzjoni u
l-bejgħ ta' dawn il-prodotti.
Il-ġbejna tan-nagħaġ hi l-ewwel prodott
agrikolu tal-ikel Malti li ngħata dan l-unur.
Din il-kisba prestiġjuża hi fuq kollox
ċertifikat sabiħ u rikonoxximent għar-
raħħala Maltin u Għawdxin li bil-ħidma
tagħhom jissieltu mal-isfidi biex jipproduċu
prodotti ta' kwalità.
It-trobbija tan-nagħaġ hi importanti għal
pajjiżna għax huma jimirħu fuq art xagħri li
mhux tajjeb għall-ebda tip ta' biedja oħra. Il-
ġbejna tan-nagħaġ hi magħmula biss minn
ħalib tan-nagħaġ lokali. Il-proċess jieħu
madwar sagħtejn u normalment il-ġbejniet
ikunu mibjugħa friski fuq is-suq sa erbgħa
u għoxrin siegħa wara. Dan il-ħalib jinġabar
minn nagħaġ tar-razza Maltija mħallta
ma' razez ta' nagħaġ oħra bħalma huma
l-Friesan, u li kollha huma rreġistrati fil-
gżejjer tagħna. Kull fejn possibbli, in-nagħaġ
jingħata għalf ibbażat fuq prodotti lokali,
bħalm'huma l-ħarrub u l-pali tal-bajtar tax-
xewk.
Fis-suq Malti nsibu tliet tipi ta' 'ġbejniet
tan-nagħaġ': friski, nixfin, u tal-bżar. Il-
ġbejna friska għandha kulur abjad u l-qalba
tagħha hi ratba.
Ministru għall-Agrikultura
ANTON REFALO
GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA' FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL-
JUM LI L-iSTOCKS JINBIEGĦU
◆ SIGURTA' ◆ LIKWIDITA' ◆ IMGĦAX KULL SITT XHUR ◆
(Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura)
Dipartiment tat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant'Anna, Floriana, Malta
Tel: 2596 7125
Investiment Sod
Ħruġ ta' €300,000,000
Malta Government Stocks – b'rata ta' imgħax fissa
MALTA GOVERNMENT STOCKS
^dK