Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532271
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 9 TA" FRAR 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Kaos, katastrofi u kummiedja – f 'żewġ teatri! L-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta kummiedja fi tliet atti, 'Polly u Polly' nhar is-Sibt 15 ta' Frar 2025 fis-7.00 ta' filgħaxija u nhar il-Ħadd 16 ta' Frar 2025 fl- 4.00 ta' waranofsinhar. L-istorja ta' din il-kummiedja toħodna fid-dar tal-Professur Luciano Miranda, li permezz ta' xi esperimenti, irnexxielu jiskopri trattament mediku ġdid li jkun għadu sigriet. Barra minn hekk, il- Professur ikun qed jistenna lill-mara ta' ibnu Renzo biex tmur tqatta' xi jiem għandu. Mal-wasla tal-mara tat-tifel, il-Professur ikollu żjara oħra mhix mistennija, li tkompli taqliblu ħajtu ta' taħt fuq. Din il-kummiedja li mhux ta' min jitlifha, se tittella' fis-Sala Dun Karm Lia, Bażilika ta' San Pawl, ir-Rabat. Il- biljetti għal donazzjoni ta' €5, jistgħu jew jinkisbu mill-bieb dakinhar tal-produzzjoni, jew permezz ta' messaġġ fuq il-paġna ta' Facebook tal-Għaqda Drammatika Rabat. L-Għaqda Drammatika Rabat tippreżenta l-kummiedja 'Polly u Polly' Lestu ruħkom għal pandemonju teatrali f 'Marzu li ġej, kemm fit- Teatru Salesjan, kif ukoll fit-Teatru Manoel. U dan għaliex l-MADC waslet biex tiaħ is-siparju għal e Coarse Acting Show ta' Michael Green – produzzjoni mill-aktar divertenti li tikkonsisti f 'sett ta' sitt kummiedji qosra brillanti, fejn kull diżastru immaġinabbli jseħħ proprju quddiem għajnejn l-udjenza. F'din is-serata ta' daħq bla waqfien, kulma jista' jmur żmerċ, se jmur żmerċ. Minn settijiet jikkrollaw sa linji minsija, sa props mitlufin u sinjali mogħtija f 'ħin ħażin, dan il-format ta' dramm-ġo-dramm jippreżenta grupp ta' atturi ddisprati li qed jippruvaw iżommu d-dinjità waqt li d-drammi li qed jaħdmu jiddeġeneraw f 'kaos totali. Din il-produzzjoni tal-MADC tlaqqa' kast komiku eċċellenti taħt id- direzzjoni ta' Stephen Oliver, fosthom Alan Paris, Andrea Pace, Brendon earle, Craig Abela, Edward Caruana Galizia, Edward orpe, Francesca Briffa, Franco Sciberras, Jacob Falzon, Kate De Cesare, Leah Grech, Kim Dalli, Richard Godden u Shaun Rizzo. B'mod li jifqgħek bid-daħq, kull wieħed mis-sitt drammi qosra li jiffurmaw din il-produzzjoni jippreżenta lill-atturi fl-agħar tagħhom. Streuth hija l-misteru klassiku ta' qtil li Agatha Christie qatt ma kienet tazzarda tikteb, filwaqt li A Collier's Tuesday Tea tipprova twassal drama serja tan-Nord li tikkombina kċina ma' minjiera tal-faħam, iżda tiġi żvijata għalkollox mill-aċċenti mkissra. All's Well at Ends As You Like It iġġiegħel ir-reċta Shakespearjana tilħaq livelli ġodda ta' diżastru, bħalma tagħmel ukoll e Cherry Sisters, biċċa xogħol 'mhux skoperta' ta' Chekhov miżgħuda b'tant sinċerità li kważi tqanqlek – jew tal-inqas hekk suppost tagħmel, li ma kienx għall-fatt li xi ħadd ikollu jmut bilwieqfa biex ipatti għal difett fil-props. Last Call for Breakfast isservi assurdità avangardista fil-qosor, li b'xorti ħażina tkompli tiqsar meta attur jinqabad fi blackout, u Julius and Cleopatra tagħlaq is-serata b'taqbida teatrali li tibqa' tissemma, kompluta b'tellieqa bil-karrijiet li trid taraha b'għajnejk biex temminha. "Eċitati ferm li se ntellgħu din il- produzzjoni fuq il-palk," qal Stephen Oliver. "e Coarse Acting Show ta' Michael Green hija ittra ta' mħabba lit- teatru – ħarsa esaġerata u li taqsmek bid-daħq lejn dak kollu li jista' u li jmur ħażin wara l-kwinti. Hija ċelebrazzjoni tar-reċtar live, tal-iżbalji umani, u tal- maġija li sseħħ meta l-atturi jirriutaw li jċedu, minkejja d-diżastri kollha li jinqalgħulhom. L-udjenzi se jieħdu gost biha żgur – kemm id-dilettanti tat-teatru, kif ukoll dawk interessati biss f 'serata ta' daħq sfrenat." Il-produzzjoni tal-MADC ta' e Coarse Acting Show ta' Michael Green se tittella' fit-Teatru Salesjan, Tas-Sliema, fl-14, 15, 16 ta' Marzu u fit-Teatru Manoel, il-Belt Valletta, fil-21, 22, 23 ta' Marzu, bil-wirjiet kollha jibdew fis-7.30 pm. Din il- produzzjoni hija addattata għal udjenzi minn għaxar snin 'il fuq. Il-booking issa miuħ fuq www. madc.com.mt għall-wirjiet fit-Teatru Salesjan u fuq www.teatrumanoel. mt għall-wirjiet fit-Teatru Manoel. Din il-produzzjoni amatorjali ta' e Coarse Acting Show qed tittella' b'arranġament ma' Concord eatricals Ltd f 'isem Samuel French Ltd: www.concordtheatricals.co.uk.