MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532271

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

09 opinjoni IL-ĦADD 9 TA" FRAR 2025 • illum Shadow Minister għas-Settur Marittimu, id-Djalogu Soċjali u l-Ġlieda kontra l-Għoli tal-Ħajja IVAN CASTILLO L-Investiment fil-familja huwa investiment f 'Malta L -aħħar studji juru li Malta qiegħda f 'qagħda allarmanti meta niġu għar-rata ta' twelid li hi l-inqas fl-Unjoni Ewropea. Jekk ma jittiħdux miżuri serji, il-popolazzjoni Maltija misten- nija tonqos bin-nofs f '45 sena. Dan ikun diżastruż, mhux biss għall-iżvilupp ekonomiku u soċ- jali tal-pajjiż, iżda wkoll għall-fu- tur tas-sostenibbiltà tas-sistemi essenzjali tagħna, inkluż il-pens- jonijiet. Hemm koppji li jixtiequ jrabbu t-tfal, iżda ħafna minnhom jaffaċċjaw ostakli kbar. L-insigurtà u l-piż finanzjarju, l-ammont ta' leave tal-ġenituri u n-nuqqas ta' flessibbiltà fuq il-post tax-xogħol, qed ipoġġu pressjoni fuq il- ġenituri. Barra minn hekk, in-nisa għadhom iġorru l-maġġoranza tar-responsabbiltajiet tat-trobbija, b'riżultat li ħafna koppji jispiċċaw jaqtgħu qalbhom milli jkollhom aktar tfal. Il-konsegwenzi ta' din is- sitwazzjoni huma profondi. Akkademiċi mill-Università ta' Malta stqarru li l-livell baxx tar-rata ta' twelid se jkollu impatt serju fuq il-pensjonijiet fil-futur. Il-pressjoni fuq il-fondi tal-pensjonijiet se ssir insostenibbli, u jekk ma nindirizzawx din il-kwistjoni issa, se jkun tard wisq. Il-Partit Nazzjonalista ppreżenta pjan ċar u komprensiv biex jindirizza dawn l-isfidi. Dan il- pjan ibbażat fuq riċerka estensiva u jħares lejn il-futur b'mod realistiku. Fil-fatt, akkademiċi mill- Università ta' Malta f 'diversi artikli f 'gazzetti lokali flimkien ma' studji juru li kemm il-pjan tal-Partit Nazzjonalista huwa allinjat ma' dak li qed jgħidu l-esperti. Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi strateġija komprensiva għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħin mal-familja li tindirizza dawn il-kwistjonijiet b'mod dirett. Dawn ir-riformi jinkludu: 1. Espansjoni tal-leave tal-ġenituri biex il-familji jkollhom aktar ħin flimkien • Leave tal-missirijiet (parternity leave) jiżdied minn 10 għal 15-il ġurnata biex jiġi rikonoxxut ir-rwol dejjem jikber tal-missirijiet fil-kura tat-tfal; • Leave tal-ġenituri (parental leave) jiġi estiż minn 8 għal 28 ġimgħa, maqsum indaqs bejn iż-żewġ ġenituri u mhux trasferibbli biex tkun promossa r-responsabbiltà kondiviża; • Leave tal-maternità (maternity leave) jiżdied minn 18 għal 24 ġimgħa, bl-aħħar sitt ġimgħat ikunu trasferibbli lill-ġenitur l-ieħor jekk iridu; • Total ta' sena sħiħa leave mħallas bejn leave tal-maternità u leave tal-ġenituri, li jagħti l-flessibbiltà essenzjali lill- familji. 2. Leave mħallas mill-Gvern għal kull ħaddiem, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom • Il-leave tal-ġenituri, tal- missirijiet u ż-żieda fil-leave tal-maternità jkunu mħallsa mill-Gvern għall-ħaddiema kollha. Fil-każ tal-leave tal-ġenituri (parental leave) il-ħlas ikun sal-livell tal- paga medja, li hu ferm aktar mir-rata tal-leave tal-mard li hemm bħalissa; • Ħaddiema għal rashom (self-employed) jingħataw l-istess drittijiet bħal ħaddiema impjegati, biex jiġi żgurat trattament ġust għal kull forma ta' xogħol; • Il-gvern ikopri dawn l-ispejjeż biex inaqqas il-piż finanzjarju fuq min iħaddem u n-negozji. 3. Appoġġ għall-kura tat-tfal u remote working • Għajnuna finanzjarja għal ġenituri li jagħżlu li jibqgħu d-dar mat-tfal fit-tieni sena wara t-twelid, ekwivalenti għas-sussidji li jagħti l-Gvern għall-kura tat-tfal (childcare centres); • Krediti tat-taxxa għall- kumpaniji privati li jimplimentaw mudelli ta' remote working, biex jiġu rikonoxxuti l-benefiċċji ta' arranġamenti flessibbli tax- xogħol; • Inkoraġġiment biex aktar negozji jadottaw policies ta' remote working u flessibbiltà ħalli jtejbu l-produttività u l-benesseri tal-impjegati. Dawn il-miżuri huma mfassla biex jiżguraw li kull ġenitur, irrispettivament minn jekk jaħdimx għal rasu jew jekk hu ħaddiem, ikollu l-istess drittijiet u opportunitajiet biex iqatta' aktar ħin mal-familja tiegħu. Irridu nimu li din mhix spiża, iżda investiment fil-futur. Dan lanqas mhu lussu imma bżonn. Is-soluzzjonijiet li qed nipproponu mhumiex piż finanzjarju iżda investiment fit-tul għall-futur tal-pajjiż. L-esperjenza minn pajjiżi oħra turi li meta l-ġenituri jingħataw appoġġ xieraq, ir-rata tat-twelid tiżdied, il-produttività fuq il-post tax-xogħol titjieb, u l-ekonomija ssir aktar b'saħħitha. Ir-riċerka f 'Malta u f 'diversi pajjiżi Ewropej turi li miżuri bħal dawn mhux biss jgħinu lill-familji, iżda jħallu impatt pożittiv fuq l-ekonomija. L-implimentazzjoni ta' leave tal-ġenituri mħallas twassal għal rata ogħla ta' parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, tnaqqas l-assenteiżmu u żżid il-produttività. Barra minn hekk, is-sistemi li jippromovu tqassim ekwu tar-responsabbiltajiet jgħinu biex jinkisbu aktar ugwaljanza bejn il-genituri. Fid-dawl ta' dan kollu, il-Gvern qiegħed jonqos milli jindirizza l-kriżi. Sfortunatament, il-gvern preżenti naqas milli jieħu passi konkreti. Minflok ma għamel użu minn din l-opportunità biex jintroduċi bidliet sinifikanti, iddeċieda li jimplimenta l-minimu meħtieġ mid-direttivi tal-Unjoni Ewropea. Il-politiki tiegħu fallew li jagħtu sostenn lill-ġenituri, lin-negozji u lis-soċjetà b'mod ġenerali. Dan ifisser li ħafna ġenituri Maltin għadhom qed isibuha diffiċli biex iżommu bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u l-familja. L-impatt fit-tul ta' dan in-nuqqas ta' azzjoni huwa ċar: diżastru għal pajjiżna. Però hemm tama u nistgħu nagħżlu triq aħjar. Il-Partit Nazzjonalista joffri viżjoni alternattiva ċara: pajjiż li jinvesti fil-familji tiegħu, jagħti appoġġ ġust lill-ġenituri, u joħloq sistema sostenibbli għal kulħadd. Din mhix kwistjoni ta' politika partiġġjana, iżda ta' ġid komuni. Jekk irridu pajjiż li jiorixxi ekonomikament u soċjalment, irridu nieħdu azzjoni issa. Għandna għażla: nistgħu nibqgħu għaddejjin b'sistema li qed tfalli l-ġenituri u lill-pajjiż, jew nistgħu nagħżlu li ninvestu f 'Malta b'saħħitha u ġusta għall- ġenerazzjonijiet futuri. Il-familji Maltin jixirqilhom appoġġ veru, u l-Partit Nazzjonalista huwa lest li jwassal dan il-bidla.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 February 2025