Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532461
02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2025 • illum PISCES (IL-ĦUT), MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta' Pisces, għalik, l-istess Pisces se jdaħħlek f 'dak il-mument partikolari sabiex tkun tista' tirrifletti aktar eżattament minn dak li għaddejt. B'hekk tkun tista' tibni pedament aktar sod. Pisces huma magħrufin li huma nies ta' fehma soda. Namaste. ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta' Pisces, għalik, Aries se jagħmlek iżjed iffukat sabiex tagħraf aktar lil dawk ta' madwarek u tara kemm huma verament persuni ġenwini, speċjalment dawk li tawk l-appoġġ meħtieġ. Aries huma magħrufin li huma nies ta' fehma soda. Namaste. LEO (ID-DURBIES), MIT-23 TA' LUL JU SAT-22 TA' AWWISSU F'dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta' Pisces, għalik, Leo se jkun iż- żmien ideali sabiex tiffoka aktar fuq it-tkabbir kollu li s'issa esperjenzajt. Ovvjament dan għandek tagħmlu sabiex tkompli tkattar u tissaħħaħ lejn ġejjieni aktar stabbli. Leo huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta' Pisces, għalik, Libra se jkun iż- żmien ideali għalik sabiex tagħraf aktar dawk is-sitwazzjonijiet l-aktar meħtieġa u importanti. Għalhekk trid tkun mimli b'għaqal biżżejjed għat- tisħiħ li hemm riesaq lejk. Libra huma magħrufin għall-gwida li kapaċi joffru. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta' Pisces, għalik, Sagittarius se jiaħlek il-possibbiltà li tibda minn issa tkattar aktar il-ħajja ta' madwarek. Żgur li se tesperjenza toroq ġodda li forsi kienu magħluqin u għalhekk għandek tħares 'il quddiem. Sagittarius huma magħrufin kemm jagħrfu jimu lill- oħrajn. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta' Pisces (Il-Ħut) Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Binja tal-Gvern tingħata lill-Malta Community Chest Fund biex tintuża għal proġett soċjali Stħarriġ tal-gazzetta oħt MaltaToday, il-Partit Laburista reġa' fuq quddiem b'vantaġġ ta' erba' punti fuq il-Partit Nazzjonalista li f 'termini ta' voti jittraduċi f 'vantaġġ ta' kważi 12,000 vot. Dan jindika xejra favur il-Partit Laburista wara li f 'Novembru li għadda stħarriġ tal-istess gazzetta poġġa ż-żewġ partiti ras imb ras. L-istħarriġ juri li minn Novembru li għadda, il-PL iggwadanja tliet punti u l-PN tilef ftit iktar minn żewġ punti perċentwali. Madankollu, minkejja dan il-gwadann, il- Partit Laburista għal darb'oħra ma jirnexxilux jikseb il- maġġoranza assoluta tal- elettorat tant li bilkemm jaqbeż it-48%. Dan jikkonferma tnaqqis sostanzjali mill-elezzjoni tal- 2022 meta 55% kienu vvutaw lill-PL. L-istħarriġ juri wkoll li kważi 8% jew kważi 21,000 votant beħsiebhom jivvutaw lill-partiti ż-żgħar. Dawn huma maqsuma bejn 4% li beħsiebhom jivvutaw għall-partit ġdid imwaqqaf minn Arnold Cassola, u 3% li beħsiebhom jivvutaw għall- ADPD. L-ammont li jiksbu l-partiti ż-żgħar huwa kważi d-doppju tad-differenza bejn il-partiti l-kbar. L-istħarriġ juri wkoll li waqt li l-Partit Laburista jitlef iktar għall-astensjoni, il-PN qed jitlef iktar għall-partiti ż-żgħar, speċjalament għall-Momentum li attira 4% tal-votanti tal-PN. L-istħarriġ juri li l-Partit Laburista għamel gwadann sostanzjali fost il-pensjonanti tant li fost dawk li għandhom 'il fuq minn 65 sena, il-PL igawdi maġġoranza ta' 17-il punt. L-istħarriġ li sar fl-aħħar ġimagħtejn jirrifletti l-klima tal-pajjiż wara li daħlu fis- seħħ il-miżuri tal-baġit li kienu jinkludu qtugħ fit-taxxi u żieda fil-pensjonijiet. Dawn ġew riflessi fid-dħul tal-ħaddiema u l-pensjonanti fl-aħħar ta' Jannar. L-istħarriġ ikkoinċida wkoll ma' żieda fit-temperatura politika li rat lill-Prim Ministru juża diskors aħrax fil-konfront tal-oppożizzjoni u vuċijiet oħra li huma kritiċi lejn il-Gvern u r-riforma li qed imexxi dwar l-inkjesti maġisterjali. F'dan l-isfond l-istħarriġ juri żieda ta' tliet punti fil-fiduċja li jgawdi Robert Abela waqt li Bernard Grech baqa' fejn kien. Id-distakk bejn il-mexxejja żdied minn 18-il punt f 'Novembru għal 22 punt fi Frar. Il-Partit Momentum ta' Arnold Cassola jagħmel avvanzi kbar xahar wara li jiġi mwaqqaf Il-membri tal-partit Momentum L-Awtorità tal-Artijiet ittrasferiet proprjetà fi Triq Fleur-de- Lys, Birkirkara, lill-Uffiċċju tal-President sabiex ikompli jappoġġja lill-Malta Community Chest Fund (MCCF), sabiex twessa' s-servizzi li toffri fil- qasam soċjali u tintuża bħala parti minn proġett pilota li se jgħin persuni vulnerabbli biex ikollhom ħajja indipendenti. Dan it-trasferiment ġie fformalizzat permezz ta' ehim li ġie ffirmat illum fil-Palazz ta' San Anton, mis-Segretarju tal- Presidenza u mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet. L-iffirmar kien ippresedut mill-President ta' Malta, Myriam Spiteri Debono, u mill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi. Waqt l-iffirmar tal-ehim, il- Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi saħaq li dan il-pass juri l-impenn tal-Gvern biex juża l-assi pubbliċi bl-aħjar modi possibbli għall- benefiċċju tal-komunità. "Dan il-ehim huwa eżempju ċar ta' kif il-Gvern qed jagħti valur soċjali lill-proprjetajiet pubbliċi billi jagħmilhom disponibbli għal inizjattivi li jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies. Permezz ta' din il-binja, l-Uffiċċju tal-President ser ikun jista' jkompli jappoġġja l-ħidma tal-Malta Community Chest Fund f 'dan il-proġett pilota innovattiv li se jgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn biex jimxu lejn ħajja aktar indipendenti," qal il- Ministru Zrinzo Azzopardi.