MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532461

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Zucchero se jġib spettaklu uniku f 'Ħal Għaxaq dan is-sajf Ħmistax-il pittura tas-seklu sbatax tal-artist magħruf Malti Stefano Erardi, li juru lill-appostli, ġew trasferiti lura f 'idejn Heritage Malta u l-maġġoranza ġew installati bħala parti mill-wirja permanenti fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil- Birgu. Il-pitturi ġew trattati mit-tim ta' konservazzjoni ta' Heritage Malta. Il-vjaġġ li wassal biex ingħaqdu mill-ġdid imur lura għall-2018, meta grupp ta' kuraturi ta' Heritage Malta ntebħu li numru ta' pitturi tal- appostli li jaqblu kienu mxerrda f 'mużewijiet u proprjetajiet tal- gvern – tnejn kienu fil-Palazz ta' Sant'Anton f 'Ħ'Attard, ieħor kien fil-Palazz tal-Inkwiżitur, ieħor fil-Palazz tal-Gran Mastru u l-bqija jżejnu ministeri u binjiet pubbliċi. F'koperazzjoni ma' diversi entitajiet, il-pitturi ġew trasferiti lura lejn Heritage Malta, fejn il- konservaturi, bl-għajnuna ta' xjentisti fil-laboratorji tagħha, wettqu proġett estensiv ta' restawr u konservazzjoni matul l-2024. Din is-serje ta' 'Apostolato' tikkonsisti f 'għadd ta' pitturi maħluqa minn Stefano Erardi u l-bottega tiegħu bejn is-snin 1670 u 1680, li juru busti realistiċi tal-appostli. Dawn is-settijiet kienu mfittxija biex jiġu mdendla, kemm f 'postijiet reliġjużi, kif ukoll f 'oħrajn privati. Dawn il-ħmistax-il pittura, li jiffurmaw parti mill-kollezzjoni nazzjonali, joriġinaw minn mill- inqas żewġ settijiet differenti, kif jixhdu r-rappreżentazzjonijiet dupplikati ta' wħud mill-qaddisin u t-tipoloġiji differenti fl-isfond. Minkejja li għandhom dehra aktar stilizzata, l-appostli ta' Erardi jagħtu ġieħ lix-xogħol tenebrist tal-kontemporanju tiegħu Mattia Preti. Il-pitturi ġew studjati fil-fond u trattati b'reqqa kbira, bil-għan ewlieni li jiġu ppreservati. Fejn kien hemm telf ta' żebgħa u induratura, imtela mill-ġdid, u l-verniċ u ż-żebgħa mhux oriġinali tneħħew biex jinkixfu dawk oriġinali. Id- deformazzjoni tat-tila tnaqqset, u l-pitturi ġew imġebbda mill-ġdid. Dawn l-interventi kkonfermaw ukoll l-awtentiċità tal- artefatti. Minkejja n-nuqqas ta' dokumentazzjoni arkivjali biex tikkonferma kollox, il-ħmistax-il pittura huma attribwiti lil Stefano Erardi u l-bottega tiegħu għal raġunijiet stilistiċi u tekniċi. Il- profili tal-wiċċ fis-settijiet tal- appostli jidhru wkoll fid-diversi pitturi reliġjużi ta' Stefano Erardi li jinsabu mxerrda madwar il-gżejjer. Settijiet impinġija tal-'Apostolato' huma tipiċi ta' binjiet ekkleżjastiċi u kollezzjonisti, u fil-fatt kwadri li jirrappreżentaw l-appostli jidhru f 'diversi inventarji tal-Palazz ta' żmien l-Inkwiżituri. Għaldaqstant, dawn il-pitturi jikkumplimentaw il-kunċett ta' 'historic house' li bħalissa qed jiġi studjat fl-arkivji Inkwiżitorjali u li qed jiġi propost dejjem aktar fil- Palazz tal-Inkwiżitur – fejn issa jistgħu jiġu apprezzati flimkien, wara tant snin. Pitturi tal-appostli ta' Stefano Erardi issa fuq il-ħitan tal-Palazz tal-Inkwiżitur Il-leġġenda Taljana tal-blues-rock, Zucchero, se jkun f 'Malta dan is- sajf bħala parti mit-tour Overdose D'Amore World Tour. Il-kunċert se jsir fl-Għaxaq Grounds nhar is-17 ta' Lulju 2025, u huwa mistenni jattira eluf ta' fans. B'karriera ta' aktar minn erbgħin sena u aktar minn 60 miljun album mibjugħ, Zucchero (Adelmo Fornaciari) jibqa' wieħed mill-aktar artisti Taljani influwenti globalment. Magħruf għall-istil uniku tiegħu li jgħaqqad il-blues, rock, gospel u soul, huwa kkollabora ma' artisti bħal Eric Clapton, Bono, u Luciano Pavarotti. Il-kunċert se jinkludi kanzunetti ikoniċi bħall-Senza Una Donna, Baila (Sexy ing), Diamante, u Overdose (D'Amore), b'banda live spettakolari u produzzjoni viżiva mill-aqwa. Il-biljetti se jkunu għall-bejgħ mill- 14 ta' Frar, Jum San Valentinu, b'offerta speċjali għal tmiem il-ġimgħa. Għal aktar informazzjoni: www.showshappening. com. Zucchero se jkun f 'Malta dan is-sajf Wirja permanenti fil-Palazz tal-Inkwiżitur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 February 2025