MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532461

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Imnedija l-iskema ta' investiment fil-festi Maltin u Għawdxin għall-2025 Il-Vernal Festival lura akbar mis-sena l-oħra b'NEK u UB40 fuq il-palk tal-MFCC Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda l-linji gwida u r-regolamenti għall-Iskema għall-Wirt Artistiku 2025. Din l-iskema se tkompli tappoġġa l-għaqdiet kulturali u soċjali f 'Malta u Għawdex li jaħdmu b'mod volontarju biex isaħħu u jippreservaw it-tradizzjonijiet relatati mal-festi Maltin. Din l-iskema tkopri tliet kategoriji ewlenin: • Soċjetajiet tal-Banda u Soċjetajiet Mużikali tal- Festa – kull entità hi eleġibbli sa €8,000 • Saħħa u sikurezza fil- kmamar tan-nar – kull entità hi eleġibbli sa €5,000* • Armar artistiku semipermanenti – kull entità hi eleġibbli sa €5,000 Għaqdiet li jużaw kmamar tan-nar li mhumiex propjetà tagħhom jistgħu jibbenefikaw sa massimu ta' €2,500. Il-Ministru Owen Bonnici saħaq fuq l-importanza ta' din l-iskema biex ikompli jissaħħaħ il-wirt kulturali Malti. "Il-festa Maltija hija parti mill-identità tagħna. Permezz ta' din l-iskema, qed ninvestu direttament f 'dawk l-għaqdiet li b'ħidmiethom jippreservaw u jżidu s-sbuħija tal-festi tagħna, filwaqt li nżidu s-sigurtà u nsaħħu l-infrastruttura kulturali tagħhom." Min-naħa tagħha, Rita Falzon, Kap tal-Fondi fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti, qalet "Din l-iskema hija mfassla biex tagħti l-appoġġ meħtieġ lill-għaqdiet li jiddedikaw ħinhom biex itellgħu u jżommu ħajja t-tradizzjonijiet artistiċi u mużikali marbuta mal-festi Maltin. Aħna nħeġġu lill-organizzazzjonijiet eleġibbli biex japplikaw u jibbenefikaw minn dan il-fond." L-applikazzjonijiet għall- ewwel sejħa tal-iskema se jintlaqgħu sal-1 ta' April 2025, bir-riżultati mistennija joħorġu fit-8 ta' Mejju 2025. L-applikazzjonijiet għat-tieni sejħa se jkunu miftuħa sas-7 ta' Ottubru 2025, bir-riżultati mistennija fit-13 ta' Novembru 2025. Għal aktar informazzjoni dwar l-iskema u l-proċess ta' applikazzjoni, żur is-sit www. artscouncil.mt jew ikkuntattja lill-Kunsill b'email fuq fundinfo@ artscouncil.mt jew bit-telefown fuq 23347230. Wara s-suċċess straordinarju tal-kunċert tas-sena l-oħra li laqqa' lil Gigi D'Alessio mal- Versatile Orchestra, il-Vernal Festival qed jirritorna b'saħħa akbar din is-sena bi programm estiż u żewġ kunċerti ewlenin b'artisti internazzjonali. NEK – Il-leġġenda tal-pop Taljan Żgur li smajt Laura non c'è ta' NEK. Din il-kanzunetta ħarġet fl-1997 u kienet sensazzjoni globali u tibqa' waħda mill- aktar diski memorabbli tal-pop Taljan. B'karriera li tlaħħaq tliet deċennji u 'l fuq minn 10 miljun album mibjugħ madwar id-dinja, NEK baqa' figura dominanti fix-xena mużikali. Mill-album leġġendarju Lei, gli Amici e Tutto il Resto sa Un'Altra Direzione, il-kanzunetti tiegħu jirriflettu l-imħabba, it-telfa, u t-tama. Matul is-snin, ħadem ma' artisti bħal Laura Pausini u kompla jespandi l-firxa tiegħu, fejn illum għadu jattira eluf ta' partitarji kull darba li jitla' fuq il-palk. UB40 – Il-ħoss ikoniku tar- reggae Il-vjaġġ ta' UB40 beda f 'Birmingham fl-1978, b'isem ispirat minn formola tal- benefiċċji tax-xogħol fir-Renju Unit. Il-grupp, magħmul minn membri ta' nisel Ingliż, Irlandiż, Ġamajkan, Skoċċiż, u Jemenit, dejjem inkorpora taħlita unika ta' kulturi u stili. Kemm f 'Malta kif ukoll madwar id-dinja, UB40 jibqgħu magħrufa għal suċċessi bħal Red Red Wine, Can't Help Falling in Love, u I Got You Babe, li telgħu fil-quċċata tal- klassifiki internazzjonali. B'aktar minn 70 miljun album mibjugħ, l-enerġija tagħhom fuq il-palk għadha toħloq l-istess eċitament ta' snin ilu. Il-Vernal Festival qed iwiegħed esperjenza mużikali mill-aqwa għal dawk li jħobbu l-mużika Taljana u r-reggae. Ibbukkja l-biljetti tiegħek minn showshappening.com. Owen Bonnici

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 February 2025