MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532461

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Fl-1968 minn dan il-ktieb saret verżjoni ċinematografika diretta minn Franklyn J. Schaffner li fih ħadem Charlton Heston u li anki rebaħ Oscar għall-irtokk. L-iscreen play, miktub oriġinalment minn Rod Serling, iffoka fuq l-azzjoni u ma żammx man-novella, inkluż it-twist klassiku u memorabbli tal-final li wkoll kien differenti mill-ktieb, però xi ħaġa tassew ispirata. Is-suċċess mistħoqq tal-film ispira erba' sequels oħra, serje tat-televiżjoni, serje animata u fl-2001 reġa' nħadem minn Tim Burton, biex għaxar snin wara bdiet serje oħra (li probabbilment se tibqa' għaddejja) epika u spettakulari. Is-serje oriġinali ta' ħames films (1968-73) ħadu l-istima ta' xogħlijiet kulti u klassiċi. L-awtur stess, li ħaseb li n-novella tiegħu ma tistax tkun addattata bħala film, stagħġeb bis-suċċess li kiseb madwar id-dinja u anki għall-impatt li kkrea. Hu kiteb storja oħra bħala sequel, Planet Of The Men li ġiet ippubblikata fl-1970, imma l-produtturi tal- film oriġinali m'aċċettawhiex. It-tieni film, Beneath The Planet Of The Apes li ħareġ fl-1970, ukoll kellu suċċess tajjeb, tant li warajh wasal Escape From The Planet Of The Apes fl-1971, Conquest Of The Planet Of The Apes fl-1972 u Battle For The Planet Of The Apes fl-1973. F'Settembru tal-1973, il- film oriġinali ntwera għall- ewwel darba fuq in-network tat-televiżjoni. Ir-reklamar tal-ġugarelli u prodotti oħrajn relatati ma' din is-sensiela kellu furur kbir tant li nħolqot dik li tissejjaħ "manija għax-xadini." Għalkemm il-protagonist kien Charlton Heston, f 'dak iż- żmien wieħed mill-aqwa ta' Hollywood, is-simpatija tal- pubbliku żgur iddur lejn Roddy McDowell u Kim Hunter bħala żewġ xadini, Cornelius u Dr Zira li kienu jħobbu lill-umani u jippruvaw iħarrbu lil Heston li jmut fit-tieni film u huma jwasslu sat-tielet wieħed fejn wara l-ammirazzjoni ddur fuq Caesar (Sal Mineo), it-tifel tagħhom li trabba bil-moħbi f 'ċirklu ta' Armando (Ricardo Montalban). F'Ġunju tal-1974, Marvel Comics ħarġu magażin ibbażat minn fuq il-ktieb u l-film. Is-serje kollha b'xi informazzjoni qasira fuq kull film, hi din: 1968. PLANET OF THE APES. Dirett minn Franklyn J. Schaffner bil-ħin ta' 98 minuta, bl-atturi Charlton Heston, Roddy McDowell, Kim Hunter u Linda Harrison. Il-klassiku tax- xjenza fittizja u l-isbaħ wieħed li beda kollox. Heston imexxi grupp ta' astronawti (u wara snin twal u l-ekwipaġġ mejjet) jillendjaw fuq pjaneta misterjuża fejn ix-xadini jikkmandaw lill- bnedmin li huma lsiera tagħhom. Personalment inħoss li l-final ta' sorpriża kbira u stagħġib (li qed nikxfu għax naħseb li kulħadd għandu konoxxenza tiegħu) hu l-isbaħ mument fl-annali taċ- ċinema. Heston flimkien mas- sbejħa muta Linda Harrison jaħarbu biż-żiemel permezz tal- għajnuna ta' Cornelius u martu, Dr Zira. L-għaref kap tax-xadini (Maurice Evans) li kien marbut jgħidilhom: "Ħallihom jitilqu, mhux se jieħdu gost b'dak li jaraw. Sejrin ifittxu d-destin tagħhom!" Meta jiġu f 'wesgħa kbira Heston kważi jaqa' minn fuq iż-żiemel u jesklama b'sogħba kbira "Oh my God!" Quddiemhom, nofsha midfuna fir-ramel ikun hemm l-Istatwa tal-Libertà. Mingħajr ma kien jaf, illendja fid-dinja mijiet ta' snin wara issa distrutta mill- bniedem li spiċċa lsir! Sekwenza li tibqa' tidwi f 'moħħi tul ħajti! Oscar għall-irtokk tax-xadini. 1970. BENEATH THE PLANET OF THE APES. Dirett minn Ted Post bil-ħin ta' 95 minuta. Jaħdmu James Franciscus, Kim Hunter, Maurice Evans, Linda Harrison u Charlton Heston. Dan it-tieni attentat għandu sets imponenti, irtokk tajjeb u ideat konkreti. Din id-darba, ix-xadini jiġġieldu ma' umani sfigurati li jsalvaw minn attakk nukleari u jgħixu fis-sotteran abbandunat u mkisser tal-ferroviji ta' New York. 1971. ESCAPE FROM THE PLANET OF THE APES. Dirett minn Don Taylor bil-ħin ta' 98 minuta. L-atturi huma Roddy McDowell, Kim Hunter, Bradford Dillman u Ricardo Montalban. L-aħjar wara l-oriġinal. Cornelius, Zira u Milo (Caesar), tliet chimpanzees intelliġenti jikkraxxjaw bil- vettura spazjali fis-Sud ta' California u jittieħdu taħt il-kura tal-psikoloġista tal-annimali, Dr Lewis Dixon (Dillman) li jiskanta kif ivvjaġġjaw mijiet ta' snin mill-futur meta d-dinja tagħhom inqerdet bi splużjoni nukleari. Cornelius u Dr Zira jittieħdu f 'ċirklu u Zira twelled. Bil-moħbi, xadina intelliġenti taċ-ċirklu trabbi lil Caesar li se jkun il-kataklist għaż-żewġ films ta' wara u għas-serje ġdida li bdiet fl-2011. 1972. CONQUEST OF THE PLANET OF THE APES. Dirett minn J. Lee Thompson bil-ħin ta' 88 minuta. Jidhru Roddy McDowell, Don Murray, Ricardo Montalban. Dan ir- raba' episodju juri kif ix-xadini rribellaw u b'hekk rebħu lill- umani. 1973. BATTLE FOR THE PLANET OF THE APES. Dirett minn J. Lee Thompson. L-atturi huma Roddy McDowell, Natalie Trundy u John Huston. Il- ħames u l-aħħar puntata tas- serje oriġinali tipprova ġġib din is-sensiela kompluta, b'filmati mill-films ta' qabel. Il-kumpanija 20th Century Fox (issa 20th Century Studios mixtrija mill-Kumpanija Disney) kienet konxja li fil- pussess tagħha għandha akkwist kbir f 'idejha b'din is-sensiela tax-xadini u, kif diġà semmejt qabel, reġgħet irxuxtat fl-2011, u issa bil-protagonist ikun Caesar, u b'aktar episodju maħsubin għall-futur. 14 films IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2025 • illum Carmel Bonnici Is-sensiela oriġinali Planet of the Apes IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Heston on his knees couldn't believe his eyes seeing the Statue Of Liberty engulfed in sand

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 February 2025