Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532663
16 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2025 • illum S T R E N G T H E N I N G K N O W L E D G E O N I N T E G R AT I O N A N D N O N - D I S C R I M I N AT I O N • Persuni ta' dixxendenza Afrikana u persuni ta' twemmin Musulman qasmu l-esperjenzi tagħhom f 'Malta waqt focus groups organizzati mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (l-NCPE) u l-fondazzjoni aditus fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-proġett li għaddej bħalissa 'Strengthening Knowledge on Integration and Non-discrimination' (SKIN). Bosta parteċipanti indikaw li fuq il-post tax-xogħol jiffaċċjaw trattament inġust jew differenti meta mqabbla ma' impjegati oħra, li jvarja minn inqas paga sal-fastidju. Minkejja dawn l-isfidi, huma ftit biss li jitkellmu jew jirrappurtaw inċidenti ta' diskriminazzjoni, minħabba nuqqas ta' għarfien dwar fejn u kif għandhom jirrappurtaw iżda, fuq kollox, minħabba l-biżgħa li jitilfu l-impjieg tagħhom jew li s-sitwazzjoni tagħhom tmur għall-agħar. Dan in-nuqqas ta' fiduċja joħloq ċiklu fejn l-abbuż ma jiġix ikkontrollat, u l-vittmi jibqgħu vulnerabbli. Dawn l-esperjenzi jenfasizzaw il-ħtieġa għal aktar edukazzjoni u għarfien kemm għal min iħaddem kif ukoll għall-impjegati. Dawk li jħaddmu huma mħeġġa jadottaw u jimplimentaw politika ta' ugwaljanza, permezz ta' dokument formali li jiddeskrivi l-impenn tagħhom għal trattament ġust ta' kull impjegat, li għandu jinkludi diversi elementi, li huma: ◦ Proċeduri identifikati f'konformità mal-prinċipji ta' ugwaljanza u inklussività ◦ Sistema ta' lmenti trasparenti u ta' appoġġ ◦ Taħriġ u monitoraġġ •••••••• •••• -•€ ••‚ƒ„€„……ƒ„†‡ˆ • •••••••• Nindirizzaw id-Diskriminazzjoni fuq il-Post tax-Xogħol Dawk li jħaddmu jistgħu wkoll jimplimentaw medjazzjoni ma' partijiet terzi biex isolvu tilwim jew jaħtru uffiċjali tad-diversità biex jindirizzaw l-ilmenti internament, b'konformità mal-aspett tal-kontabilità tal-Karta tad-Diversità u l-Inklużjoni ta' Malta . Il-miżuri dixxiplinarji għandhom ukoll ikunu definiti b'mod ċar għal każijiet fejn id-diskriminazzjoni tiġi kkonfermata. L-NCPE toffri appoġġ u gwida lill-organizzazzjonijiet u l-entitajiet li jiddeċiedu li joħolqu u jimplimentaw politiki ta' ugwaljanza u inklussività, biex b'hekk jimpenjaw ruħhom li jipprevjenu d-diskriminazzjoni u jippromwovu l-ugwaljanza għal kulħadd • . Min-naħa l-oħra, l-impjegati huma mħeġġa li jsegwu l-politiki tal-ugwaljanza, jirrappurtaw każijiet ta' allegat ta' diskriminazzjoni, u jrawmu ambjent inklużiv, biex b'hekk jinħoloq sens ta' appartenenza fuq il-post tax-xogħol. L-NCPE tirċievi u tinvestiga lmenti ta' allegat ta' diskriminazzjoni. Il-fondazzjoni aditus toffri taħriġ dwar id-diversità għall-kumpaniji kif ukoll tipprovdi informazzjoni u servizzi legali b'xejn għal persuni li jħossu li ġew diskriminati. ILENIA DEBONO Iż-żewġt irġiel akkużati bis-serq ta' żewġ banek tal-lottu t-Tlieta, inżammu taħt arrest wara li dehru fil-Qorti is-Sibt waranofsinhar. Dejan Mrvos, Serb ta' 45 sena li jaħdem bħala kok, u Ali Ahmad, Sirjan ta' 43 sena li jaħdem għal rasu, it-tnejn residenti ta' San Pawl il-Baħar, dehru quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea. Huma wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom. L-ewwel serqa tat-Tlieta seħħet fi Triq Dun Karm, Birkirkara, għall-ħabta tat-3.30 pm u t-tieni serqa saret fi Triq Burmarrad, Burmarrad għall-ħabta tas-6 pm. Fl-ewwel serqa, raġel mgħammad daħħal idu mit-tieqa biex jaħtaf il-flus m'għand il-kaxxiera. Fis-serqa ta' Burmarrad, raġel daħal fil-ħanut b'sikkina u talab lill- kaxxiera għall-flus. Mrvos, Serbjan ta' 45 sena, ġie akkużat li wettaq is-serqiet u li kellu arma li taqta' fuqu waqt ir-reati. Ahmad, Sirjan ta' 43 sena, ġie mixli li kien kompliċi fis-serqiet wara li nstab li kien qed jistenna lil sieħbu f 'vann waqt ir-reati. Il-Pulizija arrestat lil Ahmad f 'San Pawl il-Baħar u lil Mrvos fil-Mosta wara li l-vann li ntuża fis-serqiet ġie identifikat. Il-prosekuturi qalu li ġew infurmati bit-tieni serqa f 'Burmarrad waqt li kienu għadhom qed jinvestigaw il-hold-up ta' Birkirkara. Il-ħalliel kien ħarab meta l-pulizija waslu fuq il-post. L-investigaturi qalu li l-istess vann u sikkina ntużaw għaż-żewġ hold-ups. Il-koppja Mrvos u Ahmad kellhom sehem ukoll f 'serqa oħra x-xahar li għadda, li fiha nsterqu €2,000 mingħand persuna miexja f 'San Pawl il-Baħar. Il-Maġistrat Charmaine Galea ċaħdet il- libertà proviżorja għaż-żewġ akkużati. Għal Ahmad dehru l-Avukati Franco Debono u Charles Mercieca. Silvan Pulis deher għal Mrvos. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukati Brandon Bonnici, Stephen Gulia, Keith Rizzo u Joseph Mallia. Żewġt irġiel jinżammu taħt arrest wara li serqu minn banek tal-lottu L-investigaturi qalu li l-istess vann u sikkina ntużaw għaż-żewġ hold-ups Il-banka tal-lottu fi Triq Dun Karm, Birkirkara (Ritratt: TVM)