MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532663

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2025 • illum opinjoni Ninvestu fil-familja I l-familja hija waħda mill-pedamenti tas-soċjetà tagħna. Għaldaqstant, huwa fl-interess tagħna lkoll li jkollna politika favur il-familja. Bit-terminu familja qiegħed niem fid-definizzjoni wiesgħa li nimu biha llum. Dan għaliex ilkoll kemm aħna nixtiequ ngħixu f 'bejta fejn hemm l-imħabba u l-għożża. Bħal kull żmien, il-familja tal- lum għandha numru ta' sfidi li trid taffaċċja. Jekk fi żmien il-gwerra jew wara l-gwerra, il-familji ta' dak iż-żmien affaċċjaw il-ġuħ, il-mard u saħansitra l-imwiet, illum il- familja għandha sfidi oħra u ġodda. Fost diversi sfidi, hemm l-isfida tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħin għall-familja minħabba impenji finanzjarji, self mal-banek minħabba xiri ta' appartamenti, u l-ġirja tal-ħajja. Dan in-nuqqas ta' bilanċ jew ħin għall-familja qiegħed iwassal biex numru ta' koppji, għalkemm jixtiequ li jkollhom it-tfal, ma jħossuhomx li għandhom ħin u riżorsi biżżejjed biex iġibuhom fid-dinja. Fil-fatt, fejn qabel il- membri tal-familja kienu jkunu aktar minn erba' persuni, illum il-ġurnata, numru ta' familji mhumiex aktar minn tliet membri! Wieħed irid jgħid ukoll li dan mhuwiex biss minħabba nuqqas ta' ħin imma wkoll minħabba li l-aspettazzjonijiet għolew; edukazzjoni, housing, u l-kwalità tal-ħajja imxiet 'il quddiem. Imma hawn qiegħda l-imma kollha! Ir-riżultat ta' dan huwa li jekk nibqgħu b'din l-istess rata ta' twelid, tletin sen'oħra se jkollna l-maġġoranza tal-pajjiż li jkollu 'l fuq minn sittin sena! L-istatistika turina biċ-ċar li mhux qegħdin inġibu biżżejjed trabi biex ir-razza Maltija tibqa' teżisti! L-istess statistika turina li biex tiġġedded ir- razza Maltija għandna bżonn li kull mara twelled żewġ trabi li jitwieldu, iżda fir-realtà kull mara għandha biss wild wieħed! Mill-ġdid l-istatistika turina li fl-2023, mietu 5,000 Maltin filwaqt li twieldu biss 4,100 (li minnhom kien hemm trabi mhux ta' nazzjonalità Maltija). Dan ifisser allura li l-mara hija xi magna li twelled biss it-tfal? Dażgur li le. Filwaqt li hija għażla personali li wieħed ikollu t-tfal u din l-għażla trid tkun mibnija fuq deċiżjoni matura bejn il-koppja, huwa fl-interess tagħna lkoll li niffaċilitaw l-ambjent li fih wieħed ikollu t-tfal! Għaldaqstant huwa fl-interess nazzjonali li naraw li nwieżnu lill-familji tagħna biex nagħmluha aktar faċli biex koppja jkollha aktar minn wild wieħed. Jekk ma jiġrix dan, allura hemm riskju li mhux biss ir-razza Maltija tispiċċa biż-żmien, imma wkoll ikollna tibdil kbir fuq il-kultura tagħna. Ifisser ukoll li jekk hemm inqas tfal li jitwieldu, 'il quddiem se jkollna inqas ħaddiema Maltin biex isostnu l-attivitajiet ekonomiċi tal-pajjiż! U dan se jfisser aktar ħtieġa ta' ħaddiema barranin biex jaħdmu! Għalhekk hemm bżonn b'mod urġenti li l-politiċi ta' kull fehma, min iħaddem, u kull min jista' jagħti kontribut, ipoġġu flimkien biex jitfassal pjan ta' azzjoni li jaħseb għall-futur. Il-PN, bħala forza politika fil- pajjiż, ħriġna numru ta' proposti biex nagħtu l-appoġġ lil dawk il- ġenituri biex ikollhom aktar bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, bl-għan li jkun hemm aktar ulied. Dawn kienu l-proposti tal-PN: 1. Espansjoni tal-leave tal-ġenituri biex il-familji jkollhom aktar ħin flimkien • Leave tal-missirijiet (parternity leave) jiżdied minn 10 għal 15-il ġurnata biex jiġi rikonoxxut ir-rwol dejjem jikber tal-missirijiet fil-kura tat-tfal. • Leave tal-ġenituri (parental leave) jiġi estiż minn 8 għal 28 ġimgħa, maqsum indaqs bejn iż-żewġ ġenituri u mhux trasferibbli biex tkun promossa r-responsabbiltà kondiviża. • Leave tal-maternità (maternity leave) jiżdied minn 18 għal 24 ġimgħa, bl-aħħar sitt ġimgħat ikunu trasferibbli lill-ġenitur l-ieħor jekk ikunu jridu. • Total ta' sena sħiħa leave mħallas bejn leave tal-maternità u leave tal-ġenituri, li jagħti l-flessibbiltà essenzjali lill- familji. 2. Leave mħallas mill-Gvern għal kull ħaddiem, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom • Il-leave tal-ġenituri, tal- missirijiet u ż-żieda fil-leave tal-maternità jkunu mħallsa mill-Gvern għall-ħaddiema kollha. Fil-każ tal-leave tal-ġenituri, il-ħlas ikun sal- livell tal-paga medja, li hu ferm aktar mir-rata tal-leave tal-mard li hemm bħalissa. • Ħaddiema għal rashom (self-employed) jingħataw l-istess drittijiet bħal ħaddiema impjegati, biex jiġi żgurat trattament ġust għal kull forma ta' xogħol. • Il-Gvern ikopri dawn l-ispejjeż biex inaqqas il-piż finanzjarju fuq min iħaddem u n-negozji. 3. Appoġġ għall-kura tat-tfal u remote working • Għajnuna finanzjarja għall- ġenituri li jagħżlu li jibqgħu d-dar mat-tfal fit-tieni sena wara t-twelid, ekwivalenti għas-sussidji li jagħti l-gvern għall-kura tat-tfal (childcare centres). • Krediti tat-taxxa għall- kumpaniji privati li jimplimentaw mudelli ta' remote working, biex jiġu rikonoxxuti l-benefiċċji ta' arranġamenti flessibbli tax- xogħol. • Inkoraġġiment biex aktar negozji jadottaw policies ta' remote working u flessibbiltà ħalli jtejbu l-produttività u l-benesseri tal-impjegati. Bħala kelliem għall-familja, flimkien ma' kollegi oħra li ħdimna fuq dawn il-proposti, nitolbu li fil- pajjjiż ikollna diskussjoni matura fuq din is-sitwazzjoni. Għaldaqstant, nistiednu lill- Gvern – li nemmen li anke hu jiem is-serjetà tas-sitwazzjoni għaliex fl-aħħar baġit kien ħabbar xi miżuri f 'dan ir-rigward – biex 'l hinn mill-politika partiġġjana, inpoġġu flimkien ħalli nfasslu pjan ta' ħidma. Flimkien inkunu aktar b'saħħitna. Huwa fl-interess tagħna lkoll li ninvestu fil-familja. Il-familja hija l-futur tagħna. Deputat Nazzjonalista fuq l-10 distrett u kelliem għall-familja u s-solidarjeta' soċjali ALBERT BUTTIGIEG

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 February 2025