MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532663

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Jitħabbru total ta' 45 kunċert bħala parti minn Rock'N Malta 2025 Il-Qarċilla hija "farsa tat-triq" għal żmien il-Karnival jew reċta li tirrappreżenta kuntratt taż- żwieġ li fih kulħadd jiddikjara dak kollu li jiġi ġo moħħu: x'rigali jkunu se jirċievu l-għarajjes mingħand il- ġenituri, mingħand ix-xhieda, il-ħbieb, kif ukoll mingħand ċerti persuni prominenti u korpi kostitwiti, kollox taħt forma ta' versi rrimati. U n-nutur irid jieħu ħsieb jiddokumenta kollox biex il-biċċa tkun torbot legalment. Ovvjament, waqt dan kollu, tkun qed titwassal satira dwar il-qagħda politika u soċjali tal-pajjiż. Il-qarċilla tmur lura bosta snin. X'aktarx li l-aktar waħda famuża hija dik li kiteb Dun Feliċ Demarco għall-Karnival tal-1760. Hawn ta' min ngħidu li din il- qarċilla, minbarra l-botti politiċi u soċjali li semmejna, kien ikun fiha wkoll ħafna referenzi għas-sess u kliem vulgari. Fl-2014 il-qarċilla reġgħet bdiet tingħata l-ħajja fit-toroq tal-Belt Valletta u fl-2022 saret għall- ewwel darba fit-Teatru ta' Spazju Kreattiv. Din l-edizzjoni tal-qarċilla se jkollha t-talent ta' atturi bħal Ryan Galea, Karl Schembri, u Matthew Balzan, immexxija taħt id-direzzjoni ta' Joseph Galea. L-għadd ta' mużiċisti mqabbda biex jgħinu jagħtu s-sensazzjoni ta' festa hija wkoll notevoli. Il-Qarċilla 2025: Farsa satirika għall- Karnival fil-Belt Valletta Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar total ta' 45 kunċert li se jibbenefikaw mill-fond ta' Rock'N Malta għas-sena 2025. Dan il-fond, li huwa amministrat minn Festivals Malta, jinċentiva lill-organizzaturi, promoturi, artisti u bands lokali biex jinvestu fil- mużika Rock billi joffri għajnuna monetarja kif ukoll gwida fuq livell loġistiku, marketing u aktar. Il-Ministru Bonnici spjega li Rock'N Malta qed ikompli jikseb popolarità, b'Festivals Malta tirċievi rekord ta' sottomissjonijiet din is-sena. "Dan il-fond żdied għal miljun ewro, biex aktar artisti jibbenefikaw minnu. Dan se jwassal għal 45 proġett b'parteċipazzjoni totali ta' madwar 700 artist, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, u jkompli jsaħħaħ ix-xena mużikali f 'pajjiżna. Barra minn hekk, dan l-investiment se jagħti aktar opportunitajiet lil talenti ġodda, isaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn artisti differenti u jkompli jqajjem interess akbar fil-mużika live, u b'hekk ikompli jarrikkixxi l-kultura tagħna," sostna l-Ministru Bonnici. Iċ-Chairman ta' Festivals Malta Aaron Zahra tkellem fuq l-importanza ta' dan il-fond bil- għan li jkompli jgħin fl-iżvilupp tal-prodott lokali. "Permezz ta' Rock'N Malta, Festivals Malta qed tkompli tinvesti fil-prodott lokali, b'mod partikolari kunċerti tal-mużika Rock u s-sottoġeneri tagħha. Nagħmlu dan, mhux biss biex il- poplu Malti jkompli jgawdi minn kunċerti tal-ogħla kwalità, iżda wkoll biex inkomplu nattiraw viżitaturi biex iżuru lil pajjiżna għal dawn il-kunċerti. Din is- sena kien hemm interess kbir għal dan il-fond u nħarsu 'l quddiem sabiex naraw dawn l-avvenimenti jittellgħu b'suċċess matul ix-xhur li ġejjin," qal Zahra. Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta' Festivals Malta, Frans Agius, ta aktar dettalji tal- avvenimenti u kunċerti li se jkunu qed isiru matul din is-sena, u tkellem dwar l-irwol ta' Festivals Malta fl-amministrazzjoni ta' dan il-fond. "Rock'N Malta, li issa ilu jiġi amministrat minn Festivals Malta mill-2017, ta' kull sena qed isaħħaħ l-importanza tiegħu fil-portafoll ta' Festivals Malta. Permezz ta' dan il-fond, it-tim ta' Festivals Malta jkun jista' joffri l-assistenza u l-esperjenza tiegħu kemm f 'termini loġistiċi, aspetti ta' marketing, u f 'diversi oqsma oħra, biex inkomplu nsaħħu l-livell tal- avvenimenti li jsiru f 'pajjiżna." Il-kunċerti li din is-sena ħa jibbenifikaw mill-fond ta' Rock'N Malta se jittellgħu bejn Frar u Diċembru tal-2025. Għal-lista sħiħa tal-benefiċjarji ta' Rock'N Malta u għal aktar informazzjoni żur festivals.mt/ rocknmalta. Owen Bonnici

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 February 2025