MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532663

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Wiċċ il-karnival: wirja ta' wċuħ u maskri Novecento, monologu teatrali prestiġjuż fit-Teatru Manoel Il-maskra hija element ewlieni tal- Karnival madwar id-dinja, inkluż Malta, fejn l-oriġini tagħha jmur lura għall- era medjevali. Il-wasla tal-Kavallieri ta' San Ġwann trasformat il-Karnival fi tradizzjoni prominenti Maltija. Il- maskri jissimbolizzaw il-kreattività u l-libertà, billi jippermettu lil min jilbishom jadotta identitajiet ġodda; prattika li għadha tidher sal-lum matul il-festi tal-Karnival f 'Malta u Għawdex. B'differenza minn kulturi oħra li għandhom maskri tradizzjonali distinti, Malta m'għandhiex maskra speċifika tradizzjonali, forsi mitlufa matul iż-żmien. Madankollu, artisti Maltin juru t-talenti tagħhom permezz ta' wċuħ tal-Karnival u skulturi magħmula bil-kartapesta, li jenfasizzaw l-aspett artistiku tal-festival. Wirja bħala parti mill-programm tal- Karnival ta' Malta 2025 tiċċelebra dawn il-kontribuzzjonijiet artistiċi. Din tinkludi maskri u busti magħmula minn artiġjani lokali u tesplora l-kunċett ta' maskra tradizzjonali Maltija. Din l-esebizzjoni hija organizzata minn Festivals Malta bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Wirt Kulturali, u tiddedika ruħha għall-arti u t-tradizzjoni tal-Karnival Malti. Il-produzzjoni teatrali Novecento, organizzata minn Costantino Films Ltd, se tittella' fit-Teatru Manoel fil-Belt Valletta fit-22 ta' Frar fit-8 pm u fit-23 ta' Frar fil-5.30pm. Din il-produzzjoni hija taħt id-direzzjoni ta' Daniela Ardini, direttur b'reputazzjoni internazzjonali, u se tpoġġi fil- qalba tal-palk lill-attur ewlieni Giovanni Costantino. Huwa se jkun akkumpanjat mill-mużiċista żagħżugħa ta' talent straordinarju, Alessia Bonnici, fuq il-pjanu. L-ambjent tal-ispettaklu se jkun imfassal minn Giorgio Panni, artist magħruf għall-kontributi tiegħu fil-qasam tat-teatru u l-iskultura. Novecento huwa monologu teatrali miktub minn Alessandro Baricco, li deher għall-ewwel darba fuq il-palk fl-1994 u, fl- istess sena, ġie ppubblikat f 'forma ta' ktieb mill-pubblikazzjoni rinomata Feltrinelli. L-opra kisbet suċċess internazzjonali u ġiet tradotta f 'bosta lingwi, fosthom bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż. L-istorja ta' Novecento teħodna lura għall-bidu tas-seklu 20, bejn l-1900 u t-30ijiet, u ssegwi lil Danny Boodman T.D. Lemon Novecento, pjanista li twieled u trabba fuq vapur transatlantiku. Qatt ma niżel fuq l-art, iżda l-mużika tiegħu kienet tgħaġġeb lill-passiġġieri u ssir riflessjoni tal-immensità tal-baħar li kien isuq miegħu. Dan il-monologu ta' Baricco kien ispirazzjoni għall-film e Legend of 1900 (1998) ta' Giuseppe Tornatore. Il-film, li għandu lil Tim Roth fir-rwol prinċipali, jirrakkonta l-esperjenzi u r-relazzjonijiet ta' Novecento fuq il-vapur, waqt li jżomm il-valuri ewlenin tax-xogħol oriġinali. B'ċinematografija impressjonanti u mużika mhux minsija ta' Ennio Morricone, il-film jesplora l-arti, l-identità u d-destin bħala limiti li jfasslu l-ħajja tal-bniedem. L-ispettaklu fit-Teatru Manoel se jkun ippreżentat bil-lingwa Taljana, b'sottotitli bl-Ingliż u bil- Malti. B'risq din il-produzzjoni, se jiġi stampat ktieb li jinkludi n-noti tad-direttur u tal-produzzjoni, kif ukoll it-test tal-adattament, kemm bit-Taljan, kif ukoll bil-Malti. Il- ktieb se jkun qed jinbiegħ għall- prezz ta' €10, filwaqt li l-ewwel 20 persuna li jattendu se jingħataw kopja b'xejn. Din il-produzzjoni qed issir bl-appoġġ ta' diversi entitajiet, fosthom Arts Council Malta, l-Ambaxxata Taljana f 'Malta, l-Istitut Kulturali Taljan fil-Belt Valletta, kif ukoll id-Dipartiment tal-Istudji Taljani u l-M.A. fl- Istudji tal-Films fi ħdan il-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta. Biljetti għall-ispettaklu jistgħu jinxtraw direttament mis-sit uffiċjali tat-Teatru Manoel: booking.teatrumanoel.mt.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 February 2025