MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532663

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Fil-bidu tas-seklu 20 meta l-films saru mezz leġittimu ta' divertiment, xi wħud ikkonsidrawhom bħala alternattiva għax-xorb alkoħoliku. Il-moviment li kien favur il-moderazzjoni fix-xorb, l-aktar fi żmien il- proħibizzjoni (snin tletin) fl-Istati Uniti, ħasbu li dan id-divertiment ġdid u popolari se jżomm lin-nies barra mill-ħwienet tax-xorb. Infatti, xi produzzjonijiet ċinematografiċi bikrin urew dan is-sentiment, fejn esibixxew stejjer ta' abbuż traġiku u l-effetti ta' wara. Però, irriżulta li snin wara, l-alkoħol fil-films sar xi ħaġa komuni. Sakemm ħareġ The Lost Weekend (1945), wieħed mill- films b'impatt serju u qawwi f 'din il-kategorija, l-alkoħoliċi fil-films kienu purament sakranazzi. Jitbandlu neżlin it- taraġ b'xi flixkun f 'idejhom, iħawdu fi kliemhom, jitfewqu f 'kull opportunità jew mitluqin mal-art f 'xi rokna mwarrba jew f 'xi sqaq fejn joħorġu ż-żibel, jew ikantaw. Dawn l-episodji u aktar, kienu garanzija li se jnisslu d-daħk. The Lost Weekend tad- Direttur Billy Wilder, għalkemm mhux l-ewwel wieħed f 'dan is-suġġett, kien dak li biddel il-kunċett ta' kif Hollywood u l-udjenzi jħarsu lejn is- sakranazzi bi problemi akuti. L-eroj (!) ta' din il-produzzjoni jgħaddi minn diversi sitwazzjonijiet bħal dawn. Kif diġà aċċennajt, l-alkoħoliċi kienu figuri familjari kważi mill-bidu ta' din is-"seba' arti". Jack Norton u Arthur Housman għamlu ħajjithom jidhru, aktarx dejjem, f 'dan ix-xenarju. Ċelebritajiet komiċi oħrajn kienu jinkludu lil James Stewart f 'Harvey, William Powell f 'The Thin Man u s-sequels, Wallace Beery f 'Ah Wilderness, warajh Frank Morgan f 'Summer Holiday, Dean Martin f 'Rio Bravo u xi snin wara rrepeta l-parti Robert Mitchum f 'El Dorado, Jackie Gleeson f 'Papa's Delicate Condition u Dudley Moore bħala l-miljunarju dejjem fis-sakra f 'Arthur. Studji aktar serji dwar dan l-abbuż kienu jikkonċernaw lil Frederick March, u warajh lil James Mason, Kris Kristofferson u Bradley Cooper fil-verżjonijiet differenti ta' A Star Is Born, Bing Crosby f 'The Country Girl, James Cagney u Gig Young f 'Come Fill The Cup, Spencer Tracy f 'The People Against O'Hara, Michael Redgrave f 'Town Without Pity u Claude Rains f 'The White Tower. In-nisa wkoll kienu involuti f 'dan ix-xenarju; Ingrid Bergman f 'Under Capricorn, Lee Remick ma' Jack Lemmon f 'Days Of Wine And Roses, Julie London f 'The Great Man, Susan Hayward fi Smash Up u I'll Cry Tomorrow, Bette Davis f 'Dangerous, Joan Fontaine f 'Something To Live For, Myrna Loy fi From The Terrace, Claire Bloom f 'Red Sky At Morning, Meg Ryan f 'When A Man Loves A Woman, Jane Fonda f 'The Morning After, Tilda Swinton f 'Julia, Nicole Kidman f 'Destroyer, Gena Rowlands f 'Opening Round, Emily Blunt f 'The Girl On The Train, Meryl Streep u Jack Nicholson f 'Ironweed u Faye Dunaway u Mickey Rourke f 'Barfly. Atturi oħrajn involuti f 'dan il-vizzju li jaħkem bil-kbir, kienu: Chester Morris fi Blind Spot, Ray Milland f 'The Lost Weekend u Night Into Morning, Van Johnson f 'The Bottom Of The Bottle (U.K. Beyond The River), Henry Fonda f 'The Fugitive, Burt Lancaster f 'Come Back Little Sheba, Thomas Mitchell u warajh Bing Crosby fi Stagecoach, David Farrar f 'The Small Back Room, Jason Robards f 'Long Day's Journey Into Night, Gregory Peck f 'Beloved Infidel, Donald O'Connor f 'The Buster Keaton Story, George Murphy f 'Show Business, Charles Laughton u warajh Robert Newton f 'Vessel Of Wrath u The Beachcomber, James Dunn f 'A Tree Grows In Brooklyn, Kenneth More f 'Dark Of The Sun (U.K. The Mercenaries), Frank Sinatra f 'The Joker Is Wild, Dick Van Dyke f 'The Morning After (għat-TV), Mark Rylance f 'The Grass Arena, Abert Finney f 'Under The Volcano, James Wood f 'Curse Of The Starving Class, Nicolas Cage f 'Leaving Las Vegas, Rutger Hauer f 'The Legend Of The Holy Drinker, Denzel Washington fi Flight, Jeff Bridges fi Crazy Heart u ġo produzzjonijiet barranin oħrajn. 14 films IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2025 • illum Carmel Bonnici L-alkoħoliżmu fiċ-ċinema L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Lost Weekend

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 February 2025