Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532663
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt K ienet stramba, mhux hekk li fost il-mexxejja politiċi li marru Washington għall-inawgurazz- joni ta' Donald Trump kien hemm it mexxejja mill-Ewropa. Iżda fuq quddiem nett rajna lil Ian Borg, Ministru għall-Affarijiet Barranin fl-inawgurazzjo- ni ta' Donald Trump. Mhux sigriet li Ian Borg huwa viċin l-Amerikani. U hekk għandu jkun. Imma fid- dikjarazzjonijiet pubbliċi Borg jidher li qed ikun meqjus fi kliemu. (F'parti oħra ta' din il-gazzetta ta' min jgħid li Ian Borg joħroġ bħala fost l-iktar ministri popolari f 'pajjiżna.) Rajna wkoll li l-Prim Ministru Robert Abela, dan l-aħħar beda jitkellem fuq il-bżonn li Malta tonfoq aktar fuq il- forzi armati. Diskors li qisu jirrepeti n-narrattiva Amerikana. Imbagħad kien hemm ukoll referenza għan-newtralità. Narrattiva oħra li tinfilsa ruħha wkoll man-narrattiva Amerikana. Post Malta fl-Ewropa, u post il-Gvern u l-Partit Laburista hu favur politika li tħaddan politika għall-paċi, kif ukoll għall-popli oppressi. Il-politika ta' Donald Trump hija waħda mibnija fuq kunċetti medjokri u perikolużi. Trid tisma' biss id-diskors tal-Viċi President Amerikan Vance meta tkellem fuq il-lemin estrem. Wisq aktar inkwetanti hu d-diskors dwar Gaża u l-proposta dwar id- deportazzjoni tal-Palestinjani. Jew inkella l-kummenti bla sens fuq id-diversità jew ix-xenati biżarri ta' Elon Musk. Tibda tinkwieta li l-Gvern Amerikan qed isir Gvern faxxist. Il-Gvern Malti ma jista' jiġġieled ma' ħadd. La maċ-Ċiniżi u lanqas mal- Amerikani. Imma jista' jkun punt ta' referenza biex l-Ewropa tiem kemm hu importanti li jkun hawn l-għaqda u politika ċara. Ma rridux inkunu psataż mal- Amerikani imma lanqas għandna nibżgħu nitkellmu ċar. U importanti li l-Gvern Malti, ispirat minn prinċipji Laburisti, jibqa' jitkellem b'mod ċar dwar Gaża, dwar l-aggressjoni Russa fl-Ukrajna, kif ukoll dwar id-diversità b'leħen sod u wieħed. Fuq kollox biex ma nispiċċawx pupazz ta' gvern immexxi minn miġnun u narċisista bl-isem ta' Donald Trump. Il-politika ta' Malta quddiem il-ġenn ta' Trump