MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 February 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532663

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2025 • illum opinjoni Associate Professor, l-Universita' ta' Malta PROFESSUR CARMEL BORG Viżjoni 2050. Mir-retorika għall- azzjoni fil-qasam edukattiv F i ċrieki internazzjonali, id-diskors dwar il-futur tal-edukazzjoni ma jieqaf qatt. Huwa diskors kwali- tattivament differenti mid-diskuss- jonijiet li kultant jixirfu mit-twieqi edukattivi ta' pajjiżna. Mhux mingħajr riflessjoni kritika, ix-xenarji edukattivi qegħdin dejjem joqorbu lejn viżjoni edukattiva aktar inklużiva, personalizzata, dinamika, diġitali, interġenerazzjonali, tul il-ħajja, u bla fruntieri. Edukazzjoni li tgħin lill-bnedmin, mhux biss biex jirnexxu fid-dinja tax-xogħol, iżda wisq aktar biex jilħqu l-milja personali tagħhom, u jiżviluppaw f 'ċittadini globali, soċjalment empatiċi u protagonisti fil- mixja mixtieqa, lejn soċjetajiet aktar ġusti, demokratiċi, anqas polarizzati u sostenibbli. Biex din il-viżjoni sseħħ, jeħtieġ li miljuni ta' tfal madwar id-dinja, inkluż dawk li jgħixu fi gżiritna, ikollhom aċċess ekwu għal edukazzjoni ta' kwalità, miuma mit-tagħlim bl-amment, minn pedagoġija li tħaddar il-passività, minn esperjenzi kurrikulari irrelevanti, u minn strutturi riġidi li jservu definizzjoni waħdanija u standardizzata ta' suċċess skolastiku. Dan l-artiklu jagħti togħma ta' x'qegħdin niddiskutu internazzjonalment, mhux biex Malta timita mingħajr kritika, iżda biex nikkonvinċu lilna nfusna li hemm mezzi biex nilħqu lil kulħadd, u biex niżguraw li m'aħniex nedukaw għall-passat. Tagħlim personalizzat Waħda mill-akbar sfidi għall- għalliema hija l-kumplessità dejjem tikber tal-klassi. Id- diversità u d-differenzi bejn l-istudenti f 'ambjenti edukattivi li jsegwu l-istilla polari tal-inklużjoni komplew jiżdiedu, tant li bosta għalliema qed iħossuhom sfidati u skoraġġuti quddiem din ir-realtà. F'kuntesti edukattivi futuri li se jsiru dejjem aktar kumplessi, l-Intelliġenza Artifiċjali (IA) se tkun, aktar minn qatt qabel, il-mutur li jsaħħaħ u jagħni esperjenzi ta' tagħlim personalizzat. Id-diskussjoni ewlenija dwar l-IA fl-edukazzjoni qed tiffoka fuq proposta pedagoġika innovattiva: it-twaqqif ta' 'Tutur IA' personalizzat għal kull student. Dan it-tutur ikun kapaċi jiem l-istili tat-tagħlim, il-ħiliet u d-dgħufijiet tal-istudenti, filwaqt li jikkumplimenta x-xogħol tal- għalliema. Barra minn hekk, ikun jista' jaddatta l-kontenut għall-pass individwali ta' kull student b'mod flessibbli, u joffri ritmi differenti ta' tagħlim f 'oqsma diversi tal-għerf. L-IA toffri għodod varjati li jgħinu lill-għalliema jilħqu studenti bi bżonnijiet u interessi differenti. Pjattaformi magħrufa bħala 'Adaptive Learning Systems' (ALS) kapaċi janalizzaw il- progress tal-istudenti u jaddattaw il-kurrikulu kif meħtieġ. Dawn is-sistemi għandhom il-ħila jidentifikaw fejn l-istudenti sejrin tajjeb jew fejn qegħdin isibu diffikultajiet, u jipproponu modi ta' tagħlim, eżerċizzji u rispons personalizzat biex jgħinu lill- istudenti javvanzaw fl-istudji tagħhom. Sistemi oħra, magħrufa bl-Ingliż bħala 'Intelligent Tutoring Systems' (ITS), diġà huma disponibbli għall-istudenti u mistennija jsiru aktar mifruxa fil-ħajja tat- tfal. Dawn is-sistemi jipprovdu gwida personalizzata, iwieġbu mistoqsijiet, joffru spjegazzjonijiet, u jaddattaw l-għajnuna tagħhom skont il-progress tal-istudenti. Barra minn hekk, jipprovdu appoġġ supplimentari f 'oqsma bħall-Matematika, il-lingwi, ix- Xjenza u oqsma oħra tal-għerf. Fejn m'hemmx biża', u fejn se jkun hemm investiment, rieda u taħriġ, l-IA se tkun l-id il-leminija tal-għalliema. L-IA diġà qed tintuża biex tgħin lill-għalliema fl-analiżi tal-progress tal-istudenti, l-andament tat-tagħlim u d-drawwiet edukattivi individwali. Din l-informazzjoni, li tiswa mitqlu deheb, tgħin lill-għalliema jidentifikaw nuqqasijiet fit- tagħlim, jivvalutaw l-effettività tal- metodi tagħhom u jkejlu l-livelli ta' motivazzjoni tal-istudenti. Dan l-approċċ jista' jkun ta' għajnuna kbira biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet personalizzati, speċjalment f 'kuntest fejn id- diversità fil-klassi tista' tkun ta' sfida. Fid-dawl tal-isfida li qed jaffaċċja t-tagħlim tal-ilsna barranin, applikazzjonijiet avvanzati tal-IA, bħal 'Natural Language Processing' (NLP), jistgħu jkunu ta' għajnuna kbira. Chatbots u assistenti virtwali jistgħu joffru appoġġ lill-istudenti fil-prattika tal-lingwa mitkellma, jipprovdu rispons immedjat fuq pronunzja u grammatika, u jippermettu interazzjonijiet ma' tuturi IA fi djalogi simili għal dawk tal-ħajja konkreta. L-IA tista' tintuża wkoll fil- qasam tal-predictive analytics u teknoloġiji assistivi, billi tantiċipa diffikultajiet qabel ma jsiru kważi impossibbli li jiġu indirizzati. B'dan il-mod, l-għalliema jistgħu jużaw riżorsi u strateġiji alternattivi biex jiżguraw progress kontinwu. Barra minn hekk, għodod fil-qasam tal-gamifikazzjoni u t-teknoloġija assistiva se jkomplu jippenetraw il-proċess edukattiv. Dawn mhux biss jindirizzaw sfidi edukattivi, iżda jagħmlu l-esperjenza tat-tagħlim ferm aktar interattiva, inklużiva u interessanti. Fil-qosor, l-irwol tal-IA fit- tagħlim personalizzat se jkompli jikber. Il-viżjoni edukattiva hija li, hekk kif l-IA tkompli tevolvi, l-użu responsabbli u etiku tal- opportunitajiet li toffri għandu jwassal biex l-istudenti jsiru aktar ċentrali fil-proċess tat-tagħlim, jieħdu sehem aktar attiv u jiksbu riżultati aħjar. Edukazzjoni immersiva u esperjenzjali Hawnhekk, l-enfasi tad- diskussjoni hija fuq kif il-klassi, kif nafuha tradizzjonalment, se tkompli tevolvi f 'taħlita ta' spazji virtwali u fiżiċi. Kif semmejt, ir- realtà miżjuda (augmented reality) u r-realtà virtwali se jkomplu joffru lill-istudenti l-opportunità li jesperimentaw, janalizzaw u jiskopru – kemm individwalment, kif ukoll fi gruppi. Il-ħsieb hu li l-edukazzjoni attiva u applikata ssir in- norma, fejn m'għadx se jkun hemm distinzjoni qawwija bejn edukazzjoni akkademika astratta u dik vokazzjonali prattika. L-għan huwa li titnaqqas id-differenza bejn l-iskola u d-dinja 'l hinn mill- grada tal-iskola. F'dan il-kuntest, l-edukazzjoni se tiffoka aktar fuq l-iżvilupp tal-ħsieb kritiku mwaħħad mal- azzjoni konkreta, bi proġetti li jieħdu sura ta' interventi fil- komunità, u mhux biss xogħol teoriku. Tagħlim tul il-ħajja u deċentralizzat L-edukazzjoni tul il-ħajja, mhux biss issir prijorità, iżda dritt fundamentali li tippermetti lil kull individwu jkompli jiżviluppa ħolistikament f 'dinja li qiegħda dejjem tinbidel. L-edukazzjoni ma tibqax limitata għal stadju jew età speċifika, iżda ssir vjaġġ kontinwu, imsaħħaħ minn sistemi innovattivi bħal mikrokredenzjali, korsijiet modulari, u ċertifikazzjoni tal- ħiliet. Dawn il-mekkaniżmi joffru flessibbiltà biex individwi ta' kull sfond, f 'kull stadju tal-karriera jew tal-ħajja, jiksbu u jaġġornaw il-kompetenzi tagħhom skont il- ħtiġijiet personali, soċjali u tas-suq tax-xogħol. Bi tweġiba għall-edukazzjoni tul il-ħajja, it-teknoloġija blockchain qed toħloq rivoluzzjoni fil-qasam edukattiv, u aktar minn qatt qabel, se sservi mhux biss bħala spazju ta' tagħlim, iżda wkoll bħala sistema sigura u trasparenti għall-ħażna u l-verifika tal-ħiliet u l-kwalifiki. Dan jippermetti lill-individwi jikkonsolidaw il-kisbiet edukattivi tagħhom f 'portafoll diġitali li jista' jiġi rikonoxxut globalment, u b'hekk jiffaċilita tranżizzjonijiet aktar faċli bejn setturi u impjiegi differenti. F'dan il-kuntest, il-blockchain issir, mhux biss bank ta' ħiliet, imma wkoll agora diġitali – pjattaforma fejn l-individwi jistgħu jsarrfu l-kompetenzi tagħhom f 'opportunitajiet konkreti ta' xogħol, f 'kull rokna tad-dinja. B'dan il-mod, il-proċess tat-tagħlim jinqata' mil-limitazzjonijiet ġeografiċi, u s-suq tax-xogħol jieħu dimensjoni globali, fejn talent u ħiliet jiġu rikonoxxuti u vvalutati f 'waqthom, irrispettivament minn fejn inkisbu. Konnettività globali u tagħlim għalenija Il-mobilità tal-istudenti se tiżdied b'mod spettakolari, u l-edukazzjoni se ssir dejjem aktar interkonnessa u globalizzata. Aktar minn qatt qabel, studenti mill-istess kontinent u minn kontinenti differenti se jkollhom l-opportunità li jikkollaboraw fuq proġetti multidixxiplinarji, jaffaċċjaw sfidi globali bħal tibdil fil-klima, faqar, u żvilupp sostenibbli, u jibdlu ħsibijiethom f 'ekosistema edukattiva fejn il- fruntieri tradizzjonali jiġu sfumati. Mill-ġdid, l-IA se tkun essenzjali f 'dan il-proċess, u l-għodod ta' IA multilingwali se jkomplu jittejbu biex jaqdu l-funzjoni tagħhom, mhux biss bħala tradutturi, iżda wkoll bħala medjaturi lingwistiċi u kulturali. Dawn it-teknoloġiji se jgħinu biex jeliminaw il-ħitan tal-komunikazzjoni, jagħmlu l-għarfien aktar aċċessibbli, u jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni bejn studenti minn realtajiet differenti. Il-viżjoni hija li l-edukazzjoni ssir pjattaforma universali li tgħaqqad talenti minn kull rokna tad-dinja. L-edukazzjoni fil-qalba tas- saħħa mentali u l-iżvilupp emozzjonali Nafu li l-pandemija ħalliet impatt qawwi fuq is-saħħa mentali. F'ġejjieni fejn il-problemi ta' saħħa mentali se jilħqu livell pandemiku, il-benesseri emozzjonali irid isir aspett ċentrali fid-disinn tas-sistemi edukattivi. L-edukazzjoni trid tkun obbligata li ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex toħloq spazji u esperjenzi li jippromovu s-saħħa mentali, l-intelliġenza emozzjonali, u l-benesseri tat-tfal. Se naraw enfasi akbar fuq programmi personalizzati u opportunitajiet li joffru lill- istudenti u lill-għalliema spazju għal prattiki u tekniki ta' ġestjoni tal-istress. L-iskejjel u s-sistemi jridu jidentifikaw fejn qed jinħolqu livelli ta' stress bla bżonn u jimplimentaw strateġiji biex joffru esperjenza edukattiva aktar bilanċjata. Anke f 'dan il-qasam, l-IA jista' jkollha rwol kruċjali billi tissorvelja u tanalizza l-andament emozzjonali tal-istudenti permezz ta' sistemi intelliġenti ta' monitoraġġ. Dawn se jkunu kapaċi jidentifikaw sinjali ta' stress eċċessiv, ansjetà jew burnout, u joffru suġġerimenti jew interventi personalizzati.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 February 2025