MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532881

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' MARZU 2025 • illum PISCES (IL-ĦUT), MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, l-istess Pisces se tkun ġimgħa ta' preparazzjoni meta issa baqa' ħmistax biss sabiex jintemm iż-żodjaku tiegħek. Tajjeb li tanalizza, twettaq, u tirrifletti. Pisces huma magħrufin li huma nies ta' fehma soda. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Gemini se tkun ġimgħa li fiha trid tkun aktar int. Tibżax minn dak li tħoss ġewwa fik sabiex tagħmlu. Issa hu dak il-mument li timxi 'l quddiem. Gemini huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Libra se tkun ġimgħa li tagħmel il-kontijiet finanzjarji. Taf li hemm bżonn tinvesti fit-tkabbir tiegħek u għalhekk tajjeb li twettaq għarfien profond lejn il-finanzi tiegħek. Libra huma magħrufin għall-gwida li kapaċi joffru. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Sagittarius se tkun ġimgħa li tara fejn qiegħed fir-relazzjoni. Toqgħodx tħares lejn il- passat, agħraf biss il-futur tiegħek. Kultant, mhux kulma jleqq hu deheb. Għalhekk analizza l-pożizzjoni tiegħek sew. Sagittarius huma magħrufin kemm jagħrfu jimu lill-oħrajn. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Aquarius huwa mument ta' riflessjoni. Għalhekk prova wettaq dak kollu li tista' f 'dawn il-ħmistax ħalli tagħraf tkun aktar stabbli fil-ġimgħat li ġejjin u b'hekk tagħraf tħossok aktar int. Aqaurius huma magħrufin għall-motivazzjoni kbira tagħhom. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-Qamar Ġdid (New Moon) għaż- żodjaku ta' Pisces – Il-Ħut Mill-Ħadd 23 ta' Frar sas-Sibt 28 ta' Frar MARIANNA CALLEJA Malta tinsab lesta biex toffri spazju għal taħdidiet ta' paċi, skont il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ian Borg, li s-Sibt tkellem dwar il-konfront bejn il-President Amerikan Donald Trump u l-President Ukren Volodymyr Zelensky fil-White House. F'intervista ma' Andrew Azzopard i fuq RTK103, Borg qal li kellem uffiċjali Amerikani dwar il-possibbiltà li jekk issir laqgħa bejn l-Istati Uniti, l-Ewropa u l-alleati dwar l-Ukrajna, Malta tkun tista' sservi ta' post għal dawn it-taħdidiet. "Iżda jekk trid toffri dak l-ispazju, ma tistax tattakka l-ebda naħa," qal Borg. "Jiena konvint li għandna nallinjaw ruħna mal-kawża Ukrena, kif qed jagħmlu l-Ewropa, l-Istati Uniti, il-Kanada u pajjiżi oħrajn, għax din hija kwistjoni ta' sigurtà Ewropea u anke ta' libertà għalina." S'issa, Borg u l-Prim Ministru Robert Abela għad ma ddekjarawx pubblikament appoġġ dirett lil Zelensky wara l-konfront li kellu ma' Trump waqt il-laqgħa f 'Washington. Min-naħa l-oħra, il-Kap tal- Oppożizzjoni Bernard Grech ingħaqad ma' mexxejja Ewropej biex juri s-solidarjetà mħux biss mal-Ukrajna, imma wkoll personalment ma' Zelensky. L-istess sentiment esprimietu Roberta Metsola, il-President tal-Parlament Ewropew, li qalet lil Zelensky li qatt mhu se jkun waħdu f 'din il-ġlieda. "Id-dinjità tiegħek tagħti unur lis-saħħa tal-poplu Ukren [...]. Aħna se nkomplu naħdmu miegħek għal paċi ġust u dejjiem." Malta ilha jkollha rwol importanti fid-diplomazija globali, iżda l-aħħar attentat tagħha biex torganizza taħdidiet ta' paċi dwar il-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna ma tantx kellha suċċess. Madankollu, Malta kellha suċċess kbir fl-isferra internazzjonali f 'Diċembru tal-1989 meta laqgħet il- laqgħa storika bejn il-President Amerikan George H.W. Bush u l-Mexxej Sovjetiku Mikhail Gorbachev , laqgħa li hi meqjusa bħala moment kruċjali fit-tmiem tal-Gwerra Bierda. L-eks deputat Franco Debono fakkar f 'dan il-wirt diplomatiku u f 'post fuq il-midja soċjali s-Sibt, waqt li sejjaħ lill-gvern Malti biex jieħu rwol ta' medjatur f 'taħdidiet ġodda bejn ir-Russja u l-Ukrajna. IL-KONFRONT BEJN ZELENSKY U TRUMP L-inċident bejn Trump u Zelensky nqabad mill-kameras nhar il-Ġimgħa waqt laqgħa fil- White House. Trump allegatament attakka lil Zelensky għaliex skont hu ma kienx bižżejjed grat lejn l-Istati Uniti għall-għajnuna mogħtija. Huwa wissa lill-President Ukren li jew jinnegozja ma' Putin jew jirriskja li jitlef l-appoġġ Amerikan. Il-Viċi President Amerikan JD Vance, li kien preżenti, akkuża lil Zelensky li huwa "diżonest." Zelensky irribatta bil-qawwa, u sostna li "m'hemmx kompromessi possibbli" ma' Putin, billi semma l-ksur kriminali tal-gwerra tar- Russja, inkluż id-deportazzjoni tat-tfal Ukreni. Mexxejja Ewropej urew l-appoġġ tagħhom immedjatament. Il-Prim Ministru Pollakk Donald Tusk u l-Prim Ministru Ingliż Keir Starmer kienu fost l-ewwel li ddefendew lil Zelensky. Fl-Italja, il-Prim Ministru Giorgio Meloni sejħet għal summit bejn l-Istati Uniti, l-Ewropa u l-alleati tal-Ukrajna biex jiġu diskussi l-passi li jmiss. Borg jgħid li Malta lesta tospita taħdidiet ta' paċi, iżda jibqa' ma jurix solidarjetà ma' Zelenskyy Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ian Borg Il-President Ukren Volodymyr Zelensky u l-President Amerikan Donald Trump Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ian Borg qal li kellem uffiċjali Amerikani dwar il-possibbiltà li jekk issir laqgħa bejn l-Istati Uniti, l-Ewropa u l-alleati dwar l-Ukrajna, Malta tkun tista' sservi ta' post għal dawn it-taħdidiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 March 2025