Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532881
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 2 TA' MARZU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti X'jiġri jekk li tara ma temmnux? It-Teatru Manoel ħabbar il- produzzjoni tal-opra komika Il Barbiere di Siviglia bħala parti minn 'Rossini Week' li tiċċelebra x-xogħol tal-kompożitur rinomat Taljan, Gioachino Rossini. Din il-produzzjoni ta' Il Barbiere di Siviglia se tkun taħt id-direzzjoni ta' Paul Carr b'direzzjoni mużikali tal- Maestro Michael Laus, li se jkun qiegħed jidderieġi l-Orkestra Filarmonika ta' Malta. Id-disinn tas-sett huwa f 'idejn Adrian Mamo, filwaqt li d-disinn tal-kostumi huwa f 'idejn Denise Mulholland. Il Barbiere di Siviglia se tkun ikkaratterizzata bi prestazzjonijiet minn artisti lokali u internazzjonali, li jinkludu lil Leonardo Ferrando bħala l-Konti ta' Almaviva, Felipe Oliveira bħala Don Bartolo, Heather Lowe bħala Rosina, u Andre Morsch bħala Figaro l-barbier. Pavlo Balakin se jkun qed jaħdem il-parti ta' Basilio, James Agius, il-parti ta' Fiorello, u Alexandra Camilleri Gambin, il-parti ta' Berta. Kor ta' tnax-il raġel minn KorMalta se jżid il- ħila vokali tal-opra taħt id-direzzjoni ta' Riccardo Bianchi. Il Barbiere di Siviglia ta' Rossini nkitbet fl-1815 meta Rossini kien għad għandu biss 24 sena u l-opra ttellgħet għall-ewwel darba sena wara. Għalkemm ma ntgħoġbitx fl-ewwel lejl tagħha, u saħansitra ġiet ibbuwjata, wara, saret meqjusa bħala l-iprem biċċa xogħol ta' mużika kummiedja, u ġiet deskritta bħala l-"opera buffa" mill-"opere buffe" kollha. Wara żewġ sekli, għadha opra popolari madwar id- dinja kollha. Opra komika li tikkonsisti f 'żewġ atti, Il Barbiere di Siviglia ssegwi l-istorja ta' żewġ namrati fix-xewqa tagħhom li jkunu flimkien bl-għajnuna tal-ħabib tagħhom Figaro. L-opra se tesibixxi għadd ta' kostumi, tixħim u qerq, u arji memorabbli ħafna. L-opra se tittella' fit-Teatru Manoel fid-9, il-11, it-13 u l-15 ta' Marzu fis- 19:30. Il Barbiere di Siviglia tifforma parti minn Rossini Week, li se tkun qed tinkludi wkoll recitals ta' 'Sins of Old Age' u 'Petite Messe Solennelle'. Għal iktar informazzjoni dwar din il- produzzjoni ta' Il Barbiere di Siviglia u sabiex tibbukkja l-biljetti tiegħek, tista' żżur is-sit: https://teatrumanoel.mt/ event/il-barbiere-di-siviglia/, iċċempel il-Box Office tat-Teatru Manoel fuq (+356) 21246389, jew tmur il-Box Office fi Triq it-Teatru l-Antik, il-Belt Valletta. L-opra komika u memorabbli ta' Rossini, Il Barbiere di Siviglia, se tittella' fit-Teatru Manoel Ingħaqad magħna għal vjaġġ fid-dinja tal-illużjonijiet viżwali, fejn il-perċezzjoni tiltaqa' mal-qerq! Il-Prof. Ian M. Thornton mid-Dipartiment tax-Xjenza Konjittiva se jeħodna lil hinn mill-wiċċ ta' dak li naraw, u jiżvela kif l-illużjonijiet jesponu l-proċessi moħbija tal-moħħ. L-illużjonijiet viżwali jagħmlu aktar milli sempliċement divertiment — joffru tieqa unika fil-mekkaniżmi tal-mod kif naraw. F'din il-preżentazzjoni affaxxinanti, int se tara sensiela ta' illużjonijiet klassiċi li jqarrqu l-għajn u jisfidaw il-fehim tagħna tar-realtà. Permezz ta' dawn il-puzzles ottiċi, aħna se niskopru l-evidenza konvinċenti li l-imħuħ tagħna, mhux biss jirċievu immaġini tad-dinja, imma huma jibnuhom b'mod attiv. Imma dan mhux kollox! Ipprepara biex tkun étonné b'illużjonijiet skoperti ġodda żviluppati fid-Dipartiment tax- Xjenza Konjittiva. Dawn il- meravilji ottiċi friski jipprovdu ħarsa saħansitra aktar profonda fil-konjizzjoni ottika. U l-aħjar parti? Int se jkollok aċċess għal demos online esklussivi, li jippermettulek tesperjenza l-maġija ta' dawn l-illużjonijiet direttament. Ingħaqad magħna fl-4 ta' Marzu 2025, fis-7:00 pm fi Studio B, Spazju Kreattiv, il-Kavallier ta' San Ġakbu, il-Belt Valletta, għal taħdita affaxxinanti mill- Prof. Ian M. Thornton. Ipprepara biex tiddubita dak kollu li tara … ir-realtà hija biss illużjoni! Titlifx din l-esplorazzjoni li tiftaħ l-għajnejn tal-perċezzjoni, l-illużjoni, u l-qawwa tal-moħħ tal-bniedem! Biex tibqa' aġġornat dwar l-avvenimenti u l-kelliema, ara l-paġna ta' Facebook tal-Malta Café Scientifique jew il-website. Il-Malta Café Scientifique tirringrazzja lill-proġett STEAM, Spazju Kreattiv talli ospitaw dan l-avveniment, l-Università ta' Malta, u l-Malta Chamber of Scientists (li l-Cafè jifforma parti minnha). L-avveniment huwa appoġġat minn Spazju Kreattiv, l-Università ta' Malta, u l-Kamra tax-Xjenzati ta' Malta.