MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532881

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' MARZU 2025 • illum opinjoni "Issa wasal iż- żmien li dawn l-entitajiet edukattivi jerqsu aktar qrib xulxin. Wieħed jista' jistaqsi għaliex dan? Nemmen li dan għandu jsir għall-ġid tal- istudenti " L-Edukazzjoni Terzjarja M alta huwa wieħed mill-it pajjiżi fl-Unjoni Ewropea fejn l-età obbligatorja tal-iskola hija bejn il-5 u s-16-il sena. Pajjiż ġar tagħna li huwa l-Italja jesiġi li ż-żgħażagħ jibqgħu jitgħallmu b'obbligu sal-età ta' 18- il sena u mbagħad jagħmlu dak li jissejjaħ "ezame di maturita'". M'iniex se nidħol fl-argument li ngħid jekk għandniex inkomplu ninvestu fiż-żgħażagħ tagħna u naraw li jkomplu jitgħallmu kemm jifilħu għaliex dan l-ar- gument se nħallih f 'idejkom il-qarrejja ta' dan l-artiklu. Se ngħidilkom biss li nemmen li aktar ma ninvestu, aktar se jkollna żgħażagħ ippreparati għal kull sfida fil-futur. M'ilux kelli l-opportunità li fuq ir-radju nistieden tliet uffiċjali għolja jirrappreżentaw l-akbar entitajiet edukattivi f 'pajjiżna: l-Università ta' Malta, il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija, u l-Istitut għall-Istudji Turistiċi. Minn dan il-programm ħarġu punti importanti immens. Il-bżonn li nżewġu t-teorija li ssir fil-klassi ma' dak li jesperjenzaw l-istudenti fl-industrija; il-bżonn li kemm jista' jkun nibagħtu lill-istudenti tagħna lil hinn minn xtutna; u l-bżonn li nsiru aktar flessibbli fuq kif noffru t-tagħlim fil- korsijiet tagħna. Irridu ngħidu li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi saħansitra rnexxielu jiaħ kampus fiċ-Ċina tant li hemmhekk qed isiru korsijiet għal studenti Ċiniżi. M'ilux ukoll sar ehim sabiex flimkien mal-Istitut Lyfe fi Franza u CAST Alimenti l-Italja jsiru programmi ta' tagħlim. L-ewwel wieħed se jkun programm avvanzat fuq il-Gastronomija Mediterranja u l-ieħor se jkun Baċellerat fl-Arti Kulinarja fejn l-istudenti se jkollhom l-opportunità li jistudjaw ġewwa Lyon fi Franza. Min-naħa l-oħra, l-MCAST dejjem qed jiaħ aktar korsijiet sabiex iħajjar lil dak li jkun biex ikompli jistudja. Bħalissa fil-fatt għaddejjin mal-185 kors full-time u aktar minn 300 kors fuq bażi part-time. L-Università ta' Malta mbagħad jattendu aktar minn 11,000 student f 'diversi korsijiet. Illum il-ġurnata sirna naħsbu aktar dwar perkors edukattiv li jdur mal-istudent. Aktar minn hekk, ma tantx għadna naħsbu wisq fuq min hu akkademiku u min hu tal-id. Kulħadd jaqbel li kull ħila li tista' tiġi akkwistata hija bżonjuża. Wieħed jara wkoll kif żviluppaw dawn l-entitajiet edukattivi. L-Università ta' Malta fetħet il-bibien tagħha bħala Collegium Melitense fl-1592 filwaqt li l-MCAST reġgħet bdiet topera fl-2001 u l-ITS fl-1987. Hemm għaldaqstant diskrepanza kbira fl-istorja ta' dawn l-entitajiet edukattivi u wieħed jista' jgħid li dawn fetħu bħala reazzjoni għal dak li l-Università ma setgħetx tkopri. Issa wasal iż-żmien li dawn l-entitajiet edukattivi jersqu aktar qrib xulxin. Wieħed jista' jistaqsi "għaliex dan?" Nemmen li dan għandu jsir għall-ġid tal-istudenti. Ħafna mill-korsijiet infetħu matul is-snin għaliex ma ġewx aċċettati studenti li pereżempju temmew kors l-MCAST u xtaqu li jkomplu l-Università iżda ma ġewx aċċettati. Il-perkors li jixtiequ jagħmlu l-istudenti għandu jkun wieħed ċar u spjegat kemm jista' jkun għax faċli li dak li jkun jaqta' qalbu jipprova jiem eżatt x'għandu jagħmel sabiex jirnexxi. Għaldaqstant jiena nipproponi li għandu jsir kunsill konsultattiv fejn l-uffiċjali għolja ta' kull entità edukattiva jiltaqgħu u jiddiskutu l-futur tal-edukazzjoni terzjarja f 'pajjiżna. Hemm bżonn li dawn ukoll flimkien jiltaqgħu ma' min jimpjega sabiex jiddiskuti tibdil fil-korsijiet ħalli dejjem ikunu aġġornati ma' dak li tirrikjedi l-industrija. Aktar minn hekk irridu neliminaw l-irduppjar tal- korsijiet billi nagħmlu perkorsijiet ċari bejn entità edukattiva u oħra, u nevitaw li niħu korsijiet minħabba li ċerti studenti sabu t-triq magħluqa. Mill-programm tar-radju li mexxejt, ħareġ biċ- ċar l-għatx li hawn għal ċerti diskussjonijiet u l-bżonn li dawn l-entitajiet jiltaqgħu sabiex ifasslu politika xierqa għall-edukazzjoni terzjarja f 'pajjiżna. Psikologa u Membru Parlamentari Laburista KATYA DE GIOVANNI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 March 2025