MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532881

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 2 TA' MARZU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I s-serqa ta' droga konfiskata mill-Forzi Armati turi f 'liema stat tal-biki qegħ- din f 'dan il-pajjiż. Tista' targumenta li dawn l-affarijiet jiġru dejjem imma bla dubju dak li qed naraw huwa riflessjoni ta' kif l-affarijiet qed jikkrollaw madwarna. Minn istituzzjoni bħall-Armata li tispiċċa lanqas tista' tgħasses droga konfiskata għat- teatrini ta' riżenji fażulli. Kull fejn tħares tara sitwazzjoni fejn in- nies qed jiġu ttrattati ta' boloh. U fejn kollox huwa aċċettabbli sakemm ikun hemm il- preservazzjoni politika tinżamm. Il-ġlieda kontra t-tixrid tad-droga hija waħda minnhom. Qisu ħadd ma qed jinduna bil-problema kbira li għandna f 'pajjiżna. Qisu xejn mhu xejn. Din mhix problema li twieldet issa, imma l-fatt li hawn aktar ġid fil-pajjiż qed jagħti aktar lok ta' abbuż ta' droga, għax hawn aktar flus fl- idejn u aktar ħin liberu. L-impressjoni tagħna hi li pajjiżna tilef il-boxxla waħda u sew, u m'hemmx rispett għall-valuri. U b'valuri m'aħniex qed nitkellmu fuq valuri Nsara, imma aktar fuq valuri fejn kull argument li nagħmlu, kull kejl li nieħdu huwa marbut mal- kunsiderazzjoni fiskali. Imma lura għall-każ tas-serqa tad-droga minn taħt is-sorveljanza jew l-għajnejn tal- Forzi Armati. Li ġie sospiż il-Kap Kmandant tiimha. Imma li jiġi l-Ministru Byron Camilleri li jagħmel teatrin b'riżenja finta, din tħallina strumblati sew. Jew tirriżenja jew ma tirriżenjax! Diġà Camilleri kellu raġun li jirriżenja fuq il-ħniżrijiet li għamel l-Eks Direttur tal-ħabs Alex Dalli, iktar u iktar għax meta kien direttur mietu numru mdaqqas ta' ħabsin. Ferm iktar inkwetanti hu li Alex Dalli, wara li kellu jitlaq mill-ħabs, ingħata kariga ġdida mill-Gvern bħala pont bejn Malta u l-Libja fuq il-kwistjoni tal-migrazzjoni; għażla li tikkonferma l-insensittività tal-Gvern ta' Robert Abela. U meta ngħidu l-Gvern inkunu qed nirreferu għall-Prim Ministru Robert Abela li huwa hu li jiddeċiedi meta niġu għar- riżenji u l-għażla tal-persuni. U kull oġġett żgħir li jsir fil-gvern. Huwa għalhekk li iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed naraw nies, jew aħjar votanti, jabdikaw u jeħduha kontra l-Partit Laburista. Huma ma jistgħux jimu l-loġika tad-deċiżjonijiet li qed jittieħdu. Iktar minn serqa u riżenja finta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 March 2025