Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532881
Xeni ta' sakranazzi kienu l-għors ta' ħafna atturi u udjenzi. Min jista' jiġġudika bejn il-faxxinu, ta' dawn li ġejjin? – Greta Garbo f 'Ninotchka, Robert Montgomery f 'June Bride, Jean Arthur f 'Mr. Smith Goes To Washington, Laurel & Hardy f 'Bohemian Girl u Scram!, Lionel Barrymore f 'A Free Soul, Eva Marie Saint f 'at Certain Feeling, Errol Flynn f 'e Sun Also Rises, Katharine Hepburn f 'e Desk Set, Leslie Caron f 'Father Goose, Frederick March f 'ere Goes My Heart, Lee Marvin f 'Cat Ballou (akkumpanjat minn żiemel fis-sakra), Albert Finney f 'Saturday Night And Sunday Morning, Alan Bates f 'A Kind Of Loving, Bette Davis f 'Dark Victory, Claudia Cardinale f 'e Pink Panther, Charles Laughton f 'Hobson's Choice, terġa' Katharine Hepburn f 'e Philadelphia Stor u State Of e Union, Lucille Ball f 'Yours, Mine And Ours, Arthur Askey f 'e Love Match, Dan Dailey f 'It's Always Fair Weather, Vanessa Redgrave f 'Isadora, Julie Andrews fi Star, Dean Martin u Tony Curtis f 'Who Was at Lady? u ħafna oħrajn. Fost il-ħafna films dwar dan is- suġġett topiku, dawn huma l-aktar li jispikkaw: e Lost Weekend (1945). Ħin: 101 min. Dirett minn Billy Wilder u jaħdmu Ray Milland, Jane Wyman, Howard da Silva u Doris Dowling. Don Birnam (Milland) novellist aspirant, imma alkoħoliku, jevita li jiltaqa' biex jgħaddi weekend ma' ħuh, Wick (Phillip Terry) għax jisker. Wick u Helen (Wyman), id-devota maħbuba tiegħu, isibulu x-xorb moħbi u jwaqqfulu l-karta tal- krettu. Dan jisraq il-flus li lesta biex iħallas lis-seura u jmur fil-bar ta' Nat (da Silva) fejn jirrakkonta l-esperjenzi tiegħu tal-aħħar tliet snin u li jrid jikteb novella dwarhom, e Bottle. Wara bidu ħażin, hu jmur f 'nightclub fejn jinqabad jisraq il-kartiera ta' mara, jipprova jagħti bħala rahan it-typewriter tiegħu, imma jsib il- ħwienet magħluqa. Imbagħad jitlef it-typewriter u jintilef minn sensih u meta jistenbaħ isib ruħu fi sptar f 'sala tal-alkoħoliċi. Matul il-lejl jaħrab u jisraq flixkun minn ħanut tax- xorb, jirritorna d-dar u jesperjenza delużjonijiet tal-biża'. L-għada filgħodu jmur f 'ħanut fejn jieħu bħala rahan il-kowt ta' Helen biex jixtri pistola ħalli jagħmel suwiċidju. Tasal Helen u tipprova tikkalmah u dlonk ukoll jiġi Wick bit-typewriter tiegħu. Fl-aħħar, iwiegħed li se jikteb in-novella, waqt li jitfa' s-sigarett fil-wiski. Dan il-film rebaħ erba' Academy Awards (Oscars), tnejn għal Charles Brackett u Billy Wilder li kitbu l-iscreenplay għall-Aqwa Film, Billy Wilder u Ray Milland għall-Aqwa Attur. e Lost Weekend ipprovda lil Hollywood dak li dejjem xtaqu – suċċess kbir kummerċjali magħmul minn messaġġ soċjali. Days Of Wine And Roses (1962). Direttur Blake Edwards. Ħin: 117-il minuta. L-atturi huma Jack Lemmon, Lee Remick, Charles Bickford u Jack Klugman. Verżjoni "moderna" ta' e Lost Weekend ambjentata f 'San Francisco. Lemmon jiżżewweġ lil Remick u jressaqha fi stat ta' sokor. Direzzjoni realistika, miktub b'mod eċċellenti u b'mużika ta' Henry Mancini li ddaħħlek fl- ispirtu tal-film u li rebħet Oscar flimkien ma' Johnny Mercer li kkompona l-kanzunetta tat-titlu. 14 films IL-ĦADD 2 TA' MARZU 2025 • illum Carmel Bonnici L-alkoħoliżmu fiċ-ċinema IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Lost Weekend Days Of Wine And Roses