Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1532881
aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' MARZU 2025 • illum 04 SEAN FENECH Minkejja ż-żieda fir-rapporti, bis-saħħa tal-introduzzjoni tal-mandatory reporting, ir-rapporti dwar tfal li qed jesperjenzaw abbuż kien pjuttost stabbli, qal il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon. "Minkejja dan, jidher biċ- ċar illi l-każijiet qed ikunu aktar kumplessi u ħafna drabi jkun hemm bżonn ta' riżorsi u interventi speċjalizzati u multidimensjonali," huwa żied jgħid. Din l-informazzjoni ħarġet f 'mistoqsija parlamentari mistoqsija mill-Kelliem tal- Oppożizzjoni għall-Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u d-Drittijiet tat-Tfal, Graziella Attard Previ. Il-Ministru kien mistoqsi dwar ir-raġuni prinċipali għaliex żdiedu l-każijiet riferuti lid- Direttorat għall-Ħarsien tal- Minuri. Mit-tweġiba tal-Ministru ħareġ li waħda mir-raġunijiet ta' żieda fir-rapporti hija minħabba miżuri li l-Gvern ħa lura fl-2020, dwar rapportar obbligatorju. Ir-rapportar obbligatorju huwa kunċett fejn individwi partikolari, li spiss ikunu professjonisti li jkunu f 'kuntatt ma' tfal f 'kuntesti informali jew formali, huma obbligati bil-liġi li jirrapportaw kull tagħrif jew suspetti serji ta' trattament ħażin tat-tfal. Meta mistoqsi dwar jekk rapportar obbligatorju kienx qed iwassal biex ikun hemm defensive practice u x'inhi tagħmel il-Fondazzjoni għas- Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) biex timminimizza dan it-tip ta' pattrika, il-Minsitru ma weġibx. Minflok huwa kkummenta li l-iskop tar-rapportar obbligatorju kien li jissaħħaħ l-element ta' sensibilizzazzjoni u responsabbiltà, fejn professjonisti u individwi li jaħdmu mat- tfal għandhom l-obbligu li jirrapportaw każijiet t'abbuż biex il-protezzjoni tal-minuri tkun imsaħħa u mtejba iktar. Żied jgħid li minkejja li linji gwida jinsabu għad-dispożizzjoni tal-esperti b'mod diġitali, il- ministeru qed jiltaqa' ma' sitwazzjonijiet fejn professjonijiet jirrapportaw immedjatament mingħajr l-informazzjoni neċessarja biex id-Direttorat għall-Ħarsien tat-Tfal ikun jista' jagħmel l-investigazzjoni meħtieġa. "Sabiex tiġi indirizzata din il- possibbiltà, id-Direttorat waqqaf servizz ta' konsultazzjoni interna fejn kull professjonist jista' jikkonsulta u jiġi ggwidat minn espert fil-protezzjoni tal-minuri." Intant, Falzon qal ukoll li fost ir-rapporti li jirċievi d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Minuri qed jiġi nnutat li qed jiżdiedu r-rapporti fejn hemm; diżgwid relazzjonali bejn il-ġenituri, sitwazzjonijiet multikulturali li jġibu magħhom sfidi varji u anke, diffikultajiet fir- relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, partikolarment meta jaslu fl-età tal-adolexxenza. IL-MAĠĠORANZA TAL- KAŻIJIET HUMA MALTIN Il-Ministru kien mitlub mill- istess membru parlamentari biex jiaħ aktar dwar il-każijiet riferuti lid-Direttorat għall- Ħarsien tal-Minuri mill-bidu tas-sena 2024 sal-ġurnata li fiha ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari u kemm minn dawk il-każijiet kienu marbuta ma' tfal mhux Maltin. Skont iċ-ċifri mqiegħda fuq il- mejda tal-Kamra, minn total ta' 945 każ, 773 huma ta' tfal Maltin, 167, huma ta' tfal mhux Maltin, u ħamsa huma każijiet fuq tfal mhux imwielda. "Fost il-'mhux Maltin,' kien hemm 10 jfittxu l-ażil, 12 li kellhom status ta' refuġjat u tlieta bi status ta' protezzjoni sussidjarja." Falzon temm billi fakkar li l-FSWS tippubblika l-istatistika uffiċjali tagħha darbtejn fis-sena. F'April/Mejju għax-xhur Jannar- Diċembru tas-sena preċedenti u f 'Settemrbu/Ottubru għax-xhur Jannar-Ġunju tas-sena kurrenti. Għall-fini ta' din il- mistoqsija, il-Ministru wieġeb b'informazzjoni sal-aħħar ta' Ġunju 2024. 'Abbużi fuq it-tfal jibqgħu stabbli,' iżda l-każijiet isiru aktar kumplessi Il-każijiet ta' abbużi fuq it- tfal qed isiru aktar kumplessi minħabba ġlied bejn ġenituri u multikulturaliżmu, il-Ministru għad-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon jispjega Skont iċ-ċifri mqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra, minn total ta' 945 każ, 773 huma ta' tfal Maltin, 167, huma ta' tfal mhux Maltin, u ħamsa huma każijiet fuq tfal mhux imwielda Michael Falzon u Graziella Attard Previ