MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533583

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

analiżi IL-ĦADD 23 TA' MARZU 2025 • illum 04 HARRY VASSALLO Karmenu Grima rrakkontali l-istorja tiegħu bilqiegħda f 'pultruna fis-salott tiegħu l-Mosta. Rajtu ċkejken f 'dik il- pultruna. Xejn ma kien itini x'niem li kelli quddiemi xi assassin jew terrorista. Kien kalm, kalm ħafna hu u jirrakkontali storja li qanqlet l-irwiefen kollha f 'pajjiżna. Kien imissni indunajt li kien kalm wisq, kalm iżżejjed hu u jlissen dettall wara l-ieħor ta' dak li seħħ fil-15 ta' Ottubru 1979, dak li ġarrab dakinhar u għal disa' snin wara. Kalm iżżejjed. Qalli li kellu biċċa art fil-Mosta li kienet se tiġi f 'kantuniera meta jiħu t-triq ġdida li kien hemm ippjanata. Il-bużillis kien li riedu jagħmlu splay biex il-kantuniera ma tkunx kartabun u s-sewwieqa jkunu jistgħu jaraw aħjar f 'salib it- toroq. Dak il-misħut splay kien se jeħodlu parti sew mill-art tiegħu u dak li jibqa' ma jkunx jista' jiġi żvilluppat kif kien jixtieq. Grima ħaseb li jista' jsolvi din il-kwistjoni privata billi jitlob pjaċir lill-Mexxej li kien jammira b'devozzjoni u saħansitra fidi għamja; Duminku Mintoff, is- Salvatur ta' Malta. Kien jaf li Mintoff kien iħobb jirkeb iż-żiemel il-Marsa u qatagħha li jistennieh hemm biex ikellmu. Fil-fatt lil Mintoff sabu riekeb iż-żiemel iżda l-eroj tiegħu ma solvilux il-problema. "Mhux hawn. Ejja Kastilja," kien qallu Mintoff. Hekk għamel, mar Kastilja, palazz li għandu ħabta jinfetta lil min jokkupah bil-marda tal- arroganza. Mhux biss lil dak jew dik li jsib/issib ruħha fil-quċċata tal-poter ta' gvern ta' partit wieħed iżda wkoll lil dawk ta' madwaru. Raġel ċkejken, b'envelopp karti u pjanti li jitfaċċa f 'Kastilja jitlob appuntament mal-Prim qajla jtuh wiċċ. Għaddewh minn Kajfa għal għand Pilatu sakemm fehem sew li kienu qed jgħadduh biż-żmien. Rahom bħala għedewwa li riedu jżommuh milli jkellem lil Mintoff li żgur kien isolvilu l-problema kbira li kellu qabel ma jkun tard wisq u t-triq tkun saret. Kellu mezz jegħleb dan it-tfixkil: kellu arma, pistola u biha seta' jġegħelhom iħalluh ikellem lil Mintoff. Illum azzjoni bħal din iżjed narawha tixraq lil xi film tal-Far West milli r-realtà kif nafuha. Illum mhux l-1979 meta l-vjolenza politika kienet ħaġa ta' kuljum: każini jinħarqu, bombi jieħdu 'l hemm u 'l hawn, nies iweġġgħu, nies imutu, nies jogħsfru, arresti, swat u intimidazzjoni. Il-PN iddokumenta dak li bata u kkapitalizza kemm felaħ għal għexieren ta' snin dik it-tbatija. Min-naħa tal-PL, darba l-MLP, mhux daqstant. Fl-aħħar mill- aħħar kien il-MLP il-partit fil- gvern u bl-akbar responsabbiltà għal dik il-gwerra ċivili mhix iddikjarata. Jekk il-kbarat kienu L-assassin li ma kienx Din il-ġimgħa, il-midja reġgħet qajmet il-kwistjoni ta' Karmenu Grima. Harry Vassallo, li kien l-editur tal-Ġurnal Alternattiva fis-snin disgħin, jirritorna biex jitkellem fuq dan l-episodju.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 March 2025