MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 March 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1533838

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarjiet illum • IL-ĦADD 30 TA' MARZU 2025 05 Wara l-kawża: Il-gazzetta ILLUM iddur fuq l-għaqdiet fil-qalba tal-komunità li jaħdmu u jistinkaw għal valuri li huma jħaddnu. Din il-ġimgħa, nitkellmu ma' Żibel. 'Hemm ċerta apatija li qed tagħmilha iżjed diffiċli għall-individwi ddedikati li jridu jinvolvu ruħhom.' ILENIA DEBONO X'INHUMA L-IKBAR SFIDI LI QED TESPERJENZAW BĦALISSA? Waħda mill-akbar sfidi li qed inħossu bħalissa hija n-nuqqas ta' spazju allokat minn fejn nistgħu noperaw u nipproċessaw l-iskart marittimu li niġbru waqt xogħolna. KIF TIRREKLUTAW, TĦARRĠU, U ŻŻOMMU LILL- VOLUNTIERA? Kull min jixtieq jikkontribwixxi jista' jingħaqad magħna waqt il- cleanups ta' kull xahar li jkunu miuħin għall-pubbliku. Waqt dawn l-avvenimenti, it-tim tagħna jipprovdi struzzjonijiet sabiex ikun aċċertat li l-voluntiera jafu x'qed jagħmlu. L-iżjed ħaġa importanti hija kif aħna naħdmu mal-voluntiera. Huma jfissru kollox għall-organizzazzjoni tagħna u mingħajrhom, ma nkunu nistgħu nagħmlu xejn. Aħna nittrattawhom kif irriduhom jittrattawna. KEMM HEMM NIES LI GĦADHOM LESTI JIDDEDIKAW ĦINHOM GĦALL-GĦAQDIET SOĊJALI? Hemm ħafna nies, imma wieħed irid jolqothom, isir jaf x'inhu għal qalbhom u kif din tirrelata mal-kawża tiegħek. L-AMMONT TA' ŻGĦAŻAGĦ LI QED JISSIEĦBU MAGĦKOM QED JONQOS JEW JIŻDIED? Qiegħed jiżdied ... l-iżjed minħabba programmi ta' volontarjat rikjesti mill- iskola bħas-SOK u l-SRP. Sfortunatament iż-żgħażagħ mhumiex lesti jaħdmu magħna fit-tul. Hemm ċerta apatija li qed tagħmilha iżjed diffiċli għall- individwi ddedikati li jridu jinvolvu ruħhom. TISTA' TAQSAM STORJA JEW EŻEMPJU WIEĦED TA' KIF L-NGO ĦALLIET IMPATT TANĠIBBLI? Mill-2018 s'issa, neħħejna 180 tunnellata skart minn qiegħ il- baħar u mill-kosta. Qed naraw żoni li jibqgħu nodfa u dan ifisser li qed naħdmu f 'żoni tajba. X'TIP TA' APPOĠĠ (FINANZJARJU, RIŻORSI UMANI, BIDLIET FIL- POLITIKA) JGĦIN LILL- ORGANIZZAZZJONI TAGĦKOM TIKBER? Post iddedikat u fondi jistgħu jagħmlu differenza kbira. Dawn jgħinuna nikbru, nagħtu iżjed appoġġ lill-voluntiera u lill-isponsors, waqt li nippożizzjonaw lil Malta bħala waħda mill-aħjar pajjiżi fil- ġlieda kontra l-iskart marittimu. KIF TIKKOLLABORAW MA' NGOS OĦRA, KORPI GOVERNATTIVI, JEW NEGOZ JI? Aħna niffukaw fuq kollaborazzjonijiet fejn kulħadd jibbenefika. La l-iskart jiġi ġġenerat minn kulħadd, aħna nippruvaw naħdmu ma' kulħadd li huwa ġenwinament lest li jikkontribwixxi ħinu u xogħlu. L-aħjar kollaborazzjonijiet huma dawk prattiċi u li fihom jibbenefika kulħadd. KEMM HU FAĊLI SSIBU GĦAJNUNA JEW KOPERAZZ JONI MILL-GVERN JEW MILL- ENTITAJIET? Kultant vera diffiċli. Aħna niffukaw iżjed fuq kif nistgħu nedukaw dipartimenti tal- Gvern u nikkollaboraw fejn hu possibbli sabiex nagħmlu bidla ikbar. X'INHUMA XI KUNĊETTI ŻBAL JATI LI GĦANDHOM IN-NIES DWAR XOGĦOLKOM? Ħafna nies jassumu li aħna kemm nitfaċċaw għall-cleanups, imma fil-verità, dak huwa biss terz ta' xogħolna. Il-biċċa l-kbira ta' xogħolna jikkonsisti f 'loġistika, ippjanar, edukazzjoni u attiviżmu. Kunċett żbaljat ieħor huwa li aħna nagħmlu kollox full time, meta fil-verità, aħna kollha voluntiera b'xogħol filgħodu u x-xogħol li nagħmlu hawn joħdilna l-parti kbira mill-ħin personali tagħna. TAĦSEB LI HEMM NUQQAS TA' INTERESS JEW NUQQAS T'GĦARFIEN LE JN GĦAQDIET BĦALKOM? Iva ... għax x'jitla' fuq il-midja qiegħed gradwalment jinbidel u aħna rridu niġġieldu sabiex insemmgħu leħinna kontra ditti b'budgets kbar. KIEKU TISTA' TBIDDEL ĦAĠA WAĦDA DWAR IS- SETTUR TAL-NGOS F'MALTA XI TKUN? Iżjed opportunitajiet ta' finanzjar b'inqas burokrazija, u iżjed kollaborazzjoni ma' dipartimenti tal-Gvern. MADWAR DAWN L-AĦĦAR ĦAMES SNIN, RAJTU BIDLA KBIRA FIL-QASAM KIF TOPERAW? Iva, kbirna ħafna u qed naraw il-Gvern, il-kunsilli lokali, u l-kumpaniji privati ħadu passi kbar 'il quddiem, u l-pajjiż qiegħed f 'pożizzjoni aħjar minn meta bdejna. Il-pajjiż qiegħed f 'pożizzjoni ħafna aħjar. Rajna wkoll iżjed organizzazzjonijiet bħal 'Rota' li komplew it- tradizzjoni tal-isem. L-għan tal-għaqda ambjentali Żibel huwa li jitnaqqas l-ammont ta' skart li jiġi ġġenerat f 'Malta, u r-restawr tal- ambjent naturali fl-istat naturali tagħhom. L-iskart qed iwaqqaf lil Malta milli tiffjorixxi. B'hekk Żibel qed taħdem ma' kull min hu lest sabiex jitnaddaf l-iskart u li jrawmu kuxjenza ambjentali f 'kull ċittadin, bis-saħħa tal- voluntiera.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 March 2025