MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 May 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535231

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' MEJJU 2025 • illum TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Taurus, għalik, l-istess Taurus se jkun il-waqt li tkattar lilek lejn l-istabbiltà. Issa li int taf li l-pożizzjoni tiegħek hi waħda soda, ħares biss 'il quddiem. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Leo. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Cancer se jkun il-waqt li jagħtik ħin tagħraf liema hi l-aktar deċiżjoni importanti li tkun meħuda f 'din il-fażi. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Gemini. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Libra se jkun il-waqt li tibda ssib aktar ħin għalik. Il-ħin għalik huwa ferm importanti. Wettaq xi eżerċizzji sabiex tibda tagħraf dik id-differenza. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Scorpio. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Sagittarius se jkun il-waqt li tagħraf jekk il-pożizzjoni tiegħek fl-imħabba hijiex dik li verament tixtieq. Ħu deċiżjoni dwarha. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Taurus. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'dan il-qamar kwinta waqt iż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Aquarius se jkun il-waqt li tagħraf aħjar il-qagħda ta' saħħtek. Huwa l-waqt li twettaq testijiet sabiex tkun tista' sserraħħ moħħok. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Sagittatius. Namaste. SEBA' VOUCHERS TA' €7 GĦALIK L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta' Taurus – It-Tawr Mill-Ħadd 11 ta' Mejju sas-Sibt 17 ta' Mejju Gabriel Grixti jgħid li ġie mċaħħad mill-Kumitat Olimpiku Malti ADPD isejjaħ għal rispett lejn il-memorja ta' Daphne Caruana Galizia L-atleta jitkellem fuq id-dispjaċir tiegħu hekk kif il-kumitat m'għażlux għad-delegazzjoni tal-GSSE Games f 'Andorra ILENIA DEBONO Gabriel Grixti, student u ċ-champion nazzjonali tat- table tennis, fuq il-pjattaforma soċjali Facebook esprima d-dispjaċir li qed iħoss hekk kif il-Kumitat Olimpiku Malti m'għażlux sabiex ikun parti mid- delegazzjoni Maltija fil-logħob tal-GSSE f 'Andorra, minkejja li huwa ċ-champion renjanti lokali bħalissa u minkejja wkoll li dejjem iddedika ruħu sabiex jirrappreżenta lil Malta. Hu qal li minkejja li bħalissa qiegħed fil-ħames sena tal-kors tal-mediċina, xorta waħda jqatta' minn tal-inqas 18-il siegħa fil- ġimgħa jipprattika u jitħarreġ għall-isport tiegħu. Dan is- sagrifiċċju sarraf f 'ġid hekk kif f 'dawn l-aħħar erba' snin, huwa rnexxielu jirbaħ tliet kampjonati. Fid-delegazzjoni Maltija tat- table tennis għal-logħob tal-GSSE f 'Andorra hemm Maria-Carmelia Iacob, Viktoria Lucenkova, Dmitrij Prokopcov, Renata Strbikova, Felix Wetzel, u Daniel Bajada. Grixti kkummenta fuq kif minn dawn is-sitta, wieħed biss huwa Malti. Hu għamel referenza għal- logħob tal-GSSE tal-2023 fejn il-gvern Malti ta erba' passaporti lil atleti mhux Maltin sabiex jirrappreżentaw lil pajjiżna ħalli Malta "jkollha iżjed ċans tirbaħ." Hu qal kif hu ma qabilx ma' dan imma baqa' fit-tim xorta waħda, avolja ma kellux ċans jilgħab. Skontu, dawn l-atleti sparixxew mill-2023 'l hawn u issa reġgħu tfaċċaw sabiex jilagħbu. "Lill-Kumitat Olimpiku Malti, jien nistaqsi: għaliex ir-rebbieħ nazzjonali li għamel minn kollox qed jiġi eskluż? L-istess kriterja ntużat fuq kulħadd? Għaliex il-Kumitat Olimpiku Malti mhux qed ikun trasparenti fuq min u kif qed jittieħdu d-deċiżjonijiet?" L-atleta jgħid li din mhux kwistjoni personali imma tirrelata mal-ġustizzja u r-responsabbiltà. Hu għalaq billi qal li hu dejjem kien kburi jilbes il-kuluri ta' Malta imma llum qed iħossu abbandunat "mill-istituzzjonijiet li suppost qegħdin jipproteġu lill- atleti u lill-isport." ILENIA DEBONO Iċ-Chairperson ta' ADPD Sandra Gauci fakkret kif din il-ġimgħa kompla għaddej il-ġuri ta' dawk akkużati li għamlu l-bomba li biha nqatlet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia waqt konferenza stampa quddiem il-monument tal-Assedju. Hija qalet li kull dettall huwa żgur ta' weġgħa għall-familjari tagħha li minn hawn nestendu s-solidarjetà kollha tagħna bħala ADPD u ħa jibqgħu jaħdmu biex il-qtil politiku Caruana Galizia jissolva b'dawk responsabbli jieħdu dak li ħaqqhom. "Żgur ma rridux li jkun hemm min jaħrab mill-ġustizzja bħalma spiċċaw dawk responsabbli għall- qtil ta' Karin Grech u Raymond Caruana. Ma nistgħux fl-2025 ikollna t-tielet vittma li tibqa' bla ġustizzja. Diġà kważi għaddew tmien snin." qalet hi. Fl-istqarrija l-partit jgħid li hemm il-mezzi xjentifiċi u forensiċi kollha li 40 sena ilu konna noħolmuhom u kif żgur ma hemmx hi r-rieda min-naħa tal-awtoritajiet li dan il- każ effettivament jissolva u nsiru nafu l-mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. L-ADPD jenfasizza fuq ir- rakkomandazzjonijiet fir-rapport tal-inkjesta pubblika tal-2021 li għadhom qas biss twettqu. "Is- sens ta' impunità li din in-nuqqas ta' ħeġġa biex jitwettqu dawn ir- rakkomandazzjonijiet juri kemm hemm min għandu x'jitlef u x'jaħbi." Huma jgħid kif huwa assurd li l-maar li ddeċidew li jiddedikawlha faċċata tal-qorti qiegħed jispiċċa kull darba vvandalizzat u li jekk il-vittma, anke jekk mejta, għadha ddejjaqkom ovvja li xi ħaġa ħażina hemm. Il-partit jgħid li dan huwa simboliku kif il-monument tal- Assedju l-Kbir jirrappreżenta l-assedju li Malta għaddejja minnu, assedju minn Maltin li orkestraw b'mod makakk serqa storika mill-kaxxa ta' Malta. Gabriel Grixti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 May 2025