MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 May 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535231

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 11 TA' MEJJU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt MINN PAĠNA 1 Naċċettaw il-kritika, imma ma jfissirx li mhux se ngħaddu deskrizzjonijiet ta' persuni fil-futur għax hemm biża' li xi ħadd jaqlgħalna t-tamal. Ħadd mid-dehra m'għandu s-sinsla pereżempju li jiġġudika d-dagħa u l-kliem ħażin tal-podcaster Jon Mallia. Jew inkella bħalma ġara għal għexieren ta' snin l-attakk feroċi fuq in-nisa u jew l-orjentazzjoni sesswali mingħand il-blogger Caruana Galizia. U xi ngħidu għax-xmara ta' kummenti sesswali u vulgari fuq Michelle Muscat, il-mara ta' Joseph Muscat, fosthom anke mill-kantant brillanti tal-grupp Brikkuni Mario Vella? U għal żmien twil ħadd ma qal xejn dwar l-esaġerazzjonijiet tad-duo Bajd u Bejken, bil-kliem doppju sens, orġa ta' kliem verament baxx u oxxen. Issa għax missejna t-tema marbuta mal-ġeneru, qamu l-irwiefen kollha. Imma alla jbierek sakemm tkellmu kif tkellmu ħadd ma qal xejn. U l-istess nistgħu ngħidu fuq il-karattri l-oħra li jħobbu jippritkaw u jippontifikaw. Il-midja soċjali hija kerha u bla limiti, tlifna l-kontroll, u ma nafux kif f 'dan l-istadju wieħed jista' jikkontrolla jew inkella jillimita l-esaġerazzjonijiet. Forsi l-aħjar għażla hija li tevita li jkollok aċċess għall-midja soċjali. Hija għażla tagħna li naraw jekk narawx Bajd u Bejken, jew nisimgħux il-prietki ta' Jon Mallia, jew jekk naqrawx id-dikjarazzjonijiet ta' Cyrus Engerer, l'hekk imsejjaħ suldat tal-azzar tal- Prim Ministru Joseph Muscat. Huwa minnu li l-forte ta' dil-gazzetta hija l-analiżi politika u soċjali. L-aħħar ħaġa li rridu nagħmlu hi li nissuġġerixxu li jkun hemm kontroll ta' x'ngħidu jew ma ngħidux. Kummenti li jinċitaw il- vjolenza jew il-mibegħda m'għandhomx ikunu tollerati. Imma lanqas aħna ċerti jekk pereżempju l-kumment nofsu ċajtier tal-Avukat anzjan Andrew Borg Cardona li t-trolls Laburisti għandhom jiġu offruti ewtansja jaqa' taħt il-kategorija ta' affarijiet li m'għandhom qatt jinkitbu. Bl-istess mod kif is-satirista Matthew Bonanno kien qal b'mod ċajtier li missna nwaddbu l-bombi fuq il-knisja River of Love. Ir-risposta jew soluzzjoni mhix waħda faċli. Bħalma semmejna ħa noqogħdu it barra mill-kontroversja. Nafu fejn qegħdin ma' ċerti nies bħal Immanuel Mifsud il-poeta, u ma' Cyrus Engerer il-pinnur politiku. Nafu wkoll li fil-każ tad-Deputat Għawdxi Nazzjonalista Alex Borg, nafu li bir-reazzjoni għall-kritika mill-kardjologu Kevin Cassar u r-reazzjoni għall-użu ta' kliem fl-artiklu dwaru fil-gazzetta ILLUM, ngħidu bla tlaqliq li naħsbu li postu mhux fil-politika. Fil-politika jrid ikollok ġilda ħoxna. Apparti n-nuqqas kbir ta' stoffa politika, kif ukoll assenza ta' xi politika viżjonarja u mhux populista. U jekk postu mhux fil-politika, ċertament postu mhu xejn viċin il-kariga tal-kap tal- Partit Nazzjonalista. Fuq dik ċerti! Li nafu li post Borg mhux fil-politika, wisq aktar viċin il-kariga tal-kap tal-PN

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 May 2025