Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1535231
opinjoni illum • IL-ĦADD 11 TA' MEJJU 2025 09 J umejn ilu, f 'Jum l-Ew- ropa, iċċelebrajna l-paċi u l-unità fl-Ewropa, u rrikonoxxejna l-kisbiet tal-Unjoni tagħna waqt li nħarsu lejn il-ġejjieni. Din is-sena, Jum l-Ewropa jfakkar stadji ewlenin għall- Unjoni Ewropea tagħna. Ifakkar il-75 anniversarju tad- Dikjarazzjoni ta' Schuman, li ġiet ippreżentata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Franċiż Robert Schuman proprju fid-9 ta' Mejju 1950. Schuman ippropona l-ħolqien tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar — l-ewwel minn sensiela ta' istituzzjonijiet supranazzjonali Ewropej li wasslu għal dik li llum nafuha bħala l-Unjoni Ewropea. Ifakkar ukoll l-40 sena tal-emblema tal- UE — iċ-ċirku ikoniku ta' 12-il kewkba tad-deheb fuq sfond blu — u 25 sena tal-motto Ewropew "Magħquda fid-diversità". L-Unjoni Ewropea hija storja ta' paċi. Hija storja ta' demokrazija u prosperità. Hija wkoll storja ta' ħidma sfiqa u sagrifiċċji, ta' taqtigħa favur il-libertà, l-istat tad- dritt u s-solidarjetà. L-Unjoni Ewropea hija storja ta' 75 sena ta' sforz kollettiv u l-bini ta' pontijiet lejn il-ġid komuni. Valuri li jmexxuna ta' kuljum. Valuri li bosta artisti u persuni kreattivi jaqbżu għalihom u jippromovuhom permezz ta' xogħolhom u l-inizjattivi tagħhom. Kunċerti bħal Live Aid kellhom impatt kbir fuq is-soċjètà, u tefgħu dawl fuq kwistjonijiet soċjali u politiċi topiċi. Artisti bħal Bono tal-U2 u Bob Geldof użaw il-fama tagħhom biex jiġbru l-flus għal kawżi speċifiċi u joħolqu kuxjenza, kif jagħmlu wkoll għadd ta' artisti Maltin bħal Ira Losco. Minn żmien ilu ħafna, l-awturi użaw il-pinna tagħhom biex jiddefendu u jippromovu l-valuri Ewropej u kellhom rwol importanti fl-istorja tad-demokrazija Ewropea. M'għandniex nissottovalutaw l-impatt qawwi ta' kittieba bħal Oliver Friggieri, li permezz ta' kitbietu wassal it-twemmin sod tiegħu fil-valuri Ewropej. Ir-riżultati tal-istħarriġ tal- Ewrobarometru, li qegħdin nippubblikaw f 'Jum l-Ewropa, jissottolinjaw l-importanza kbira li għandha l-kultura fl-Unjoni tagħna: "Il-kultura" hija l-iktar tweġiba frekwenti li n-nies taw meta ġew mistoqsija x'inhu l-aktar li joħloq sens ta' komunità fost iċ-ċittadini tal-Unjoni tagħna. Barra minn hekk, 86% taċ-ċittadini tal- Unjoni Ewropea jemmnu li l-arti u l-kultura huma importanti għall-benessri u l-iżvilupp ekonomiku tal-post li jgħixu fih. Filwaqt li l-valur tal-kultura ma jistax jitkejjel, dan ir-riżultat ma jissorprendiniex: l-industriji kulturali u kreattivi jimpjegaw 8.7 miljun ruħ fl-UE. Dan huwa kważi daqskemm hemm nies jaħdmu fis-settur tal-biedja. Is-setturi kulturali u kreattivi tagħna jirrappreżentaw aktar minn żewġ miljun intrapriża, li jiġġeneraw madwar €200 biljun fis-sena f 'valur miżjud għall- ekonomija. U l-importanza tal-kultura tmur ferm lil hinn mill-konfini tagħna. 78% tal-Ewropej jaqblu li l-kultura u l-iskambji kulturali jistgħu jaqdu rwol importanti biex ikollna aktar fehim u tolleranza fid-dinja, saħansitra fejn ikun hemm il-kunflitti u t-tensjonijiet. Din kienet żieda minn 82% fl-2017, meta sar l-aħħar Ewrobarometru dwar il- kultura, u Malta qiegħda l-ogħla fost l-Istati Membri kollha. Il-pajsaġġ kulturali rikk Malti qiegħed f 'postu, propju fil- qalba tal-kontinent Ewropew tagħna, f 'kapitlu importanti fl-istorja tal-kultura tal-Unjoni Ewropea. Biss biss, aħseb fil- Belt Valletta, li ngħatat it-titlu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018. Dik is-sena, saru aktar minn 140 proġett u 400 attività fil-Belt Valletta u bosta postijiet madwar Malta, inkluż f 'Għawdex, madwar tliet temi ewlenin: Stejjer tal-Gżejjer, il- Barokk tal-Futur, u l-Vjaġġi. Issa l-Ewropa kollha qed tistenna li fl-2031, tkun lokalità Maltija oħra li tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Jew inkella, aħseb fil-festa Maltija, li sentejn ilu ġiet rikonoxxuta uffiċjalment bħala Wirt Kulturali Intanġibbli mill- UNESCO. Ir-rabta b'saħħitha tal-Maltin mal-kultura hija wkoll riflessa fl-istħarriġ tal-Ewrobarometru: għall- istqarrija li l-kultura u l-iskambji kulturali għandu jkollhom post importanti ħafna fl-Unjoni Ewropea, Malta — flimkien mal- Ungerija — turi l-ogħla livell ta' qbil fost l-Istati Membri kollha, 94%. Madankollu, irridu niżguraw li l-UE tibqa' ċentru globali kulturali. Huwa għalhekk li din is-sena se nipproponi Boxxla Kulturali għall-Ewropa, inizjattiva politika kuraġġuża u ambizzjuża li se tiggwida l-azzjonijiet tagħna fil-qasam tal-politika kulturali. Se naraw li l-potenzjal kollu tas-setturi u industriji kulturali u kreattivi tal-UE jkun jista' jitwettaq; se nippromovu l-libertà artistika u nipproteġu d-drittijiet tal-kreattivi fiż-żmien tal- intelliġenza artifiċjali, u se nagħmlu proposti sabiex intejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-kreattivi, għax il-kultura trid tħallas il-kera. Se nkunu qegħdin inserrħu fuq ir-rwol li l-kultura se jkollha fl-istorja tal-Unjoni tagħna fil-75 sena li ġejjin u lil hinn minnhom. Irridu wkoll nagħtu s-sehem tagħna biex nissalvagwardjaw 'l-Unjoni tagħna u nrawmu l-valuri tagħna, akkost ta' kollox. Ma nistgħux nibqgħu siekta meta dawn il-valuri jiġu mhedda. Il-paċi u l-unità fl-Ewropa Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Interġenerazzjonali, Żgħażagħ, Kultura u Sport GLENN MICALLEF AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALLͲWZKWK^d/d'PROĠETTI TAĦT Fond Soċjali EwropewнϮϬϮϭͲϮϬϮϳ /ůͲMinisteru responsabbli għallͲ&ŽŶĚŝǁƌŽƉĞũ jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għallͲƉƌŽƉŽƐƚŝƚĂ' proġettŝŬŝĨ ŝŶĚŝŬĂƚhawn taħt͗ • WƌŝũŽƌŝƚăϭ–/ƚͲƚŝƚũŝďƚĂůͲŝŵƉũĞŐĂďďŝůƚăƵƌͲreżiljenza tasͲƐƵƋƚĂdžͲxogħol Għan Speċifiku: 4.1ͲAċċess għallͲimpjiegi u miżuri ta' attivazzjoni għal kulħadd • WƌŝũŽƌŝƚăϯ–ĚƵŬĂnjnjũŽŶŝƚĂΖŬǁĂůŝƚăƵƚĂΖinklussività u tagħlim tul ilͲħajja Għan Speċifiku: 4.7 ͲTagħlim tul ilͲħajja u tranżizzjonijiet filͲŬĂƌƌŝĞƌĂ /ƐͲsejħa tagħlaq ŝƚͲdŶĞũŶ͕ϳta'>ƵůũƵϮϬϮϱĨ'ŶŽĨƐŝŶŚĂƌ͘ /ůͲĨŽƌŵŽůĂƚĂůͲapplikazzjoni onlajn għasͲƐŽƚƚŽŵŝƐƐũŽŶŝƚĂ'ƉƌŽƉŽƐƚŝƚĂ'proġetti u dͲĚŽŬƵŵĞŶƚĂnjnjũŽŶŝƚĂ'appoġġ huma ĚŝƐƉŽŶŝďďůŝĨƵƋŚƚƚƉƐ͗ͬͬĨŽŶĚŝ͘ĞƵͬǁŚĂƚͲĨƵŶĚŝŶŐͲŝƐͲĂǀĂŝůĂďůĞͬ͘ DŝŶũŝdžƚŝĞƋũĂƉƉůŝŬĂŚƵǁĂŵŝƐƚŝĞĚĞŶũŝƌƌĞĨĞƌŝgħallͲWƌŽŐƌĂŵŵƚĂůͲFond Soċjali Ewropew+ u ůͲ>ŝŶũŝ'ǁŝĚĂƚĂůͲEliġiďďŝůŝƚă ƐĂďŝĞdžjiġi żŐƵƌĂƚůŝůͲproġetti proposti huma eliġibbli għallͲfinanzjament taħt din isͲsejħa għallͲƉƌŽƉŽƐƚŝƚĂ'proġetti͘ ŬƚĂƌŝŶĨŽƌŵĂnjnjũŽŶŝĚǁĂƌĚŝŶŝƐͲsejħa, kif ukoll dwar ŝůͲ&ŽŶĚŝ^ƚƌƵƚƚƵƌĂůŝƵƚĂ'/ŶǀĞƐƚŝŵĞŶƚǁƌŽƉĞũ͕ƚŝƐƚĂ'ƚŝŶŬŝƐĞďŵŝƐͲ ƐŝƚĞůĞƚƚƌŽŶŝŬƵŚƚƚƉƐ͗ͬͬĨŽŶĚŝ͘ĞƵͬ͘/ůͲŵŝƐƚŽƋƐŝũŝĞƚũŝƐƚgħƵũŝŶƚďĂgħtu fuq lͲŝŶĚŝƌŝnjnjĞůĞƚƚƌŽŶŝŬƵĨŽŶĚŝ͘ĞƵΛŐŽǀ͘ŵƚ͘ Qed tiġi organizzata sessjoni ta'ŝŶĨŽƌŵĂnjnjũŽŶŝŶŚĂƌŝůͲĦamis͕Ϯϵta' DĞũũƵϮϬϮϱŵŝůůͲϭϬ͘ϬϬƐĂŶͲϭϮ͘ϯϬ͕ĨůͲuffiċiniƚĂůͲ WůĂŶŶŝŶŐĂŶĚWƌŝŽƌŝƚŝĞƐŽͲŽƌĚŝŶĂƚŝŽŶŝǀŝƐŝŽŶ;WWͿ –dŚĞKĂŬƐ Business Centre, Blokk B, Triq Farsons, Ħamrun͘ /rreġistra għasͲƐĞƐƐũŽŶŝƚĂ'ŝŶĨŽƌŵĂnjnjũŽŶŝbilli taċċessa lͲYZŽĚĞƚ'hawn taħt.